Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsilli lokali — Ftehim għal manutenzjoni ta' l-iskejjel

Question

Jista’ il-Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li s'issa ffirmaw ftehim/kuntratt mad-dipartiment ta' l-edukazzjoni biex jieħdu sehem fit-titjib u manutenzjoni ta' l-iskejjel?

Response (GALEA, LOUIS)

It-titjib u l-manutenzjoni ta' l-iskejjel hi responsabbilita' l-ewwel tal-ħaddiema fl-iskejjel bl-appoġġ u l-għajnuna tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u l-FTS skond il-każ.

VRT

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm-il garage tilef il-liċenzja tiegħu biex jagħmel testijiet tal-VRT s'issa? Hemm xi investigazzjonijiet għaddejjin fuq garages oħra?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li żewġ (2) garaxxijiet itteħditilhom il-liċenzja tal-VRT, tlett (3) garaxxijiet ġew immultati Lm5,000 kull wieħed, u bħalissa qed isiru investigazzjonijiet fuq tlett (3) garaxxijiet oħra separatament

HIV tests

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x'kienu l-age brackets ta' dawk li rriżultalhom test pożittiv tal-HIV fl-aħħar tliet snin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress li n-numru ta' pazjenti huwa żgħir ħafna l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant titqies ta' natura kunfidenzjali biex tipproteġi l-identita tal-pazjent.

Taxxi Interni — Konvenji

Question

Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm ġew reġistrati konvenji mad-dipartiment tat-taxxi interni fis-sena 2004 u din is-sena? Liema kien l-ogħla valur ta' bejgħ/xiri propost f'konvenju wieħed għal kull sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li matul l-2004 kienu reġistrati 9,908 konvenji mad-Dipartiment tal-Capital Transfer Duty fi ħdan id-Diviżjoni tat-Taxxi Interni waqt li sal-15 ta’ Settembru 2005, kienu reġistrati 6,716-il konvenju. L-ogħla valur ta’ bejgħ/xiri propost f’konvenju wieħed għas-sena 2004 kien ta’ Lm 6,070,500 waqt li għas-sena 2005 l-ogħla valur kien ta’ Lm 18,000,000.

Dipartiment ta' l-Artijiet — Espproprjazzjoni ta' art

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tħallas kumpens lis-sidien ta' artijiet mill-Gvern għall-esproprjazzjoni ta' arthom fl-aħħar ħames snin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta' kumpens li tħallas mill-Gvern f'dawn l-aħħar ħames snin għal artijiet esproprijati kien kif ġej: Sena Ammont 2001 Lm3,952,966 2002 Lm2,256,296 2003 Lm2,305,807 2004 Lm5,173,804 2005* Lm5,801,704 *sal-31 ta' Ottubru.

Multi pendenti

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien l-ammont ta' multi mhux imħalsa fid-data li tiġi mwieġba din l-interpellanza, maqsuma skond is-sena li ġew deċiżi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi permezz ta' Task Force imwaqqfa apposta biex il-multi pendenti jiddaħħlu fis-sistema kompjuterizzata ta' Legal Case Management System (LECAM) s'issa daħlu l-multi inflitti mill-1996 'l hawn u l-ammonti dovuti sena b'sena qed jiġu murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmat ukoll li abbażi ta' din il-ħidma, fis-sena 2004 inġabru l-ammonti ta' Lm454,413 u fis-sena 2005 Lm446,511 li jaqbżu dak li kien qiegħed jinġabar qabel. Irid jingħad ukoll li parti sostanzjali mill-multi hawn indikati qed jitħallsu ratealment u hemm uħud minnhom li ġew kontestati b'kawża kostituzzjonali li għadhom ma ġewx deċiżi. Qed inpoġġi ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta' multi mhux imħallsa fil-Qrati u Tribunali ta' Malta, kif ukoll tabella li turi informazzjoni dwar il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex).

Stabbilimenti ta' divertiment — Bejgħ ta' xorb lil żgħażagħ taħt l-eta'

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm sidien ta' bars tressqu l-Qorti din is-sena talli servew xorb lil minorenni? Fejn kienu dawn il-bars in kwestjoni?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15751 fis-Seduta Nru. 337.

ETC

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm persuni bdew jirreġistraw għax-xogħol għall-ewwel darba bejn Jannar u Awissu 2005 u jagħti l-informazzjoni xahar b'xahar?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' persuni li bdew jirreġistraw għax-xogħol għall-ewwel darba bejn Jannar u Ottubru 2005, kienu hekk :- 2005 Persuni jirreġistraw għall-ewwel darba Jannar 274 Frar 223 Marzu 217 April 222 Mejju 190 Ġunju 181 Lulju 404 Awissu 335 Settembru 358 Ottubru 377 Informat ukoll li n-numri ta' persuni li sabu xogħol bejn Jannar u Ottubru 2005 u li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol ix-xahar ta' qabel rispettivament kienu hekk :- 2005 Persuni li sabu xogħol Jannar 208 Frar 166 Marzu 233 April 434 Mejju 383 Ġunju 266 Lulju 386 Awissu 172 Settembru 144 Ottubru 223

Awtorita' tad-Djar — House building programme

Question

Tista’ il-Ministru tgħid kemm intnefaq mill-Awtorita tad-Djar għal house building programme mis-sena 1999 sal-lum, sena b'sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

VRT

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm-il vettura saru testijiet fuqhom għall-VRT fl-aħħar tliet snin u kemm fallew dan it-test?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li l-ammont ta’ vetturi li saru testijiet fuqhom għall-VRT u l-ammont ta’ vetturi li fallew dan it-test f’dawn l’aħħar tliet snin kienu : Sena Vetturi Testjati Vetturi li fallew l-Ewwel Test Vetturi li fallew it-Tieni Test ( Retest ) 2002 101,235 6,529 5 2003 97,176 5,550 1 2004 106,100 12,534 38 2005 (sa l-aħħar ta’ Novembru) 110,861 15,102 40

Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar — Spezzjonijiet

Question

Tista’ il-Ministru tgħid kemm saru spezzjonijiet mid-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar fis-snin 2003, 2004 u 2005?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Saħħa — HIV tests

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm saru testijiet tal-HIV fis-snin 2003, 2004 u 2005? Kemm kienu pożittivi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2005 saru 3,881 test għal HIV antibodies sal-aħħar ta' Lulju fil-Virology Unit tad-Dipartiment tal-Patoloġija ġewwa l-Isptar San Luqa. Minn dawn 13 irriżultaw posittivi. L-istatistika għas-snin 2003 u 2004 huma s-segwenti: 2003 4,6448 testijiet 16 riżultat posittiv 2004 6,194 testijiet 23 riżultat posittiv Peress li dawn it-testijiet huma anonimi jista jkun hemm l-istess persuna li għamlet it-test aktar minn darba.

Raħal Ġdid — Triq Sir Paul Boffa

Question

Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jara li mill-iktar fis tiġi asfaltata jew b'xi mod ieħor irranġata Triq Sir Paul Boffa f'Raħal Ġdid, speċjalment il-biċċa ta' quddiem u biswit il-pompa tal-petrol li hemm f'din it-triq arterjali, peress li l-ħofor li qed jirriżultaw, speċjalment dan l-aħħar meta komplew jikbru, qed ikunu ta' dannu u/jew periklu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita' dwar it-Trasport ħarġet numru ta' tenders ta' patching f'toroq arterjali u distributorji. Permezz ta' dawn it-tenders ser issir tiswijja u asfaltar ġdid skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Reġistrazzjoni ta' vetturi ġodda

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati vetturi ġodda matul l-2005 u l-informazzjoni tinqasam skond it-tip ta' vettura?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. Fit-tabella jidher it-total ta’ vetturi li ġew reġistrati mill-1 ta’ Jannar sa l-aħħar ta’ Novembru 2005, skond it-tip tagħhom.

Matsec — Ħlas ta' miżati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm studenti ġew eżentati milli jħallsu l-miżata tal-Matsec fis-snin 2002, 2003, 2004 u 2005?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li ġew eżenti milli jħallsu l-miżata tal-Matsec huwa hekk :- Mejju SEC Mat. Certificate Total Single Subjects 2002 309 66 375 2003 356 71 427 2004 395 61 456 2005 397 59 456 Settembru 2002 82 7 89 2003 120 16 136 2004 121 17 138 2005 87 20 107

Taxxi Interni — Kuntratti ta' trasferiment ta' proprjeta'

Question

Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm ġew reġistrati kuntratti ta' trasferiment ta' proprjeta’ inter vivos u causa mortis mid-dipartiment tat-taxxi interni fis-sena 2004 u din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ kuntratti ta’ trasferimenti ta’ proprjeta’ immobbli inter vivos u causa mortis mad-Dipartiment tal-Capital Transfer Duty fi ħdan id-Diviżjoni tat-Taxxi Interni kien kif sejjer jingħad:- SENA INTER VIVOS CAUSA MORTIS 2004 15,926 2,335 2005 sal-15 ta’ Settembru 2005 10,101 1,957

Settur Pubbliku — Ħaddiema bil-light duty

Question

Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li qed jaħdmu bil-light duty?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi minn total ta’ 27,883 ħaddiema full-time mal-Gvern, in-numru ta’ ħaddiema li qegħdin fuq light duties hu ta’ 215.

Reġistru pubbliku — Trasferiment ta' proprjeta'

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew reġistrati atti ta' trasferiment ta' proprjeta’ fir-reġistru pubbliku fis-sena 2004 u din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-insinwazzjonijiet li ġew reġistrati fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta u Għawdex għas-sena 2004 u sa Novembru tas-sena 2005 huwa kif jidher hawn taħt:- Malta Sena 2004 Sena 2005 sa Novembru Inter Vivos Bejgħ 10,396 9,720 Permuta 32 43 Donazzjoni 631 238 Qasma 250 95 Ċens Perpetwu 40 64 Ċens Temporanju 26 30 Causa Mortis 1,662 4,356 Għawdex 1,764 891