Legislature:
Category:
Reset
Active:

Produzzjoni u użu tal-biogas

Question

Jista’ il-Ministru jgħid meta l-provvedimenti ta' Direttiva 2003/30/EC dwar il-produzzjoni u l-użu tal-biogas ser ikunu parti mil-Liġi Maltija?

Response (ZAMMIT, NINU)

Legal Notice 528/2004 tagħmel il-provediment tad-Direttiva 2003/30, parti mill-liġi Maltija u ġiet fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2004.

Sptar San Luqa — Trapjanti tal-qalb

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm saru trapjanti tal-qalb fl-isptar San Luqa f'dawn l-aħħar erbgħa snin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' trapjanti tal-qalb li saru fl-Isptar San Luqa f'dawn l-aħħar erba' snin huma kif ġej: 2001 1 2002 1 2003 0 2004 0 2005 1 (sa Ottubru 2005) It-trapjanti tal-qalb huma limitati minħabba li jiddependu minn donaturi ta' trapjanti li jridu jkunu jaqblu skond il-qies u tip ta' demm.

Qrati — Każi ta' prostituzzjoni

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jindika n-numru ta' persuni mressqa l-qorti fuq prostituzzjoni din is-sena u s-sena l-oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004 kien hemm 73 persuna li bejniethom tressqu l-Qorti 251 darba fuq akkużi ta' tlajjar għal skop ta' ma' prostituzzjoni, filwaqt li matul is-sena 2005 kien hemm 83 persuna li bejniethom tressqu l-Qorti 379 darba.
Leg 10 PQ #14146 Sitting 342 2006-01-18 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA — Fondi mill-UE

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu applikatx għal fondi mill-Unjoni Ewropea s-sena l-oħra u din is-sena?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2004, l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu applikat għall-fondi kif ġej hawn taħt: 1) Fond: Fond Ewropew għal Iżvilupp Reġjonali - European Regional Development Fund; Isem tal-Proġett: Skema għall-Intrapriżi Turistiċi; Valur tal-Proġett: Euro 2.5 miljun (35% minn dan il-valur se jiġi kopert b’Fondi Strutturali Ewropej, u 25% b’fondi mill-Gvern Malti, 40% fondi privati); Skop tal-proġett: Għajnuna lill-Intraprizi turistiċi; 2) Fond: Fond Ewropew għal Iżvilupp Reġjonali - European Regional Development Fund; Isem tal-Proġett: Tourism Product Improvements Project; Valur tal-Proġett (eskluza VAT): Euro 1 miljun; Skop tal-Proġett: Tisbiħ tat-Telgħa tal-Kurċifiss (Valletta) u Howard Gardens (Mdina); 3) Fond: Fond Soċjali Ewropew – European Social Fund; Isem tal-Proġett: Tourism and Support Services Training Programmes ; Valur tal-Proġett (inkluza VAT): Euro 400,000; Skop tal-Proġett: Numru tal-korsijiet ta’ taħriġ u mentoring għall-intrapriżi turistiċi; Proġetti finanzjati minn fondi Ewropej li għalihom applikat l-Awtorita’ fis-sena 2005 qegħdin imsemmija fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari numru 11105, 12789 u 13944.

Qrati — Kawżi ġodda

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew introdotti kawżi ġodda fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili fl-aħħar erbgħa snin, sena b'sena u kif ġew assenjati jew lil liema ġudikant?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' kawżi ġodda li ġew introdotti f'dawn l-aħħar erba' snin, sena b'sena u ġudikant b'ġudikant, fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili ta' Malta hu kif indikat fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ċimiterju ta' l-Addolorata — Xiri ta' oqbra

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għal xiri ta' oqbra fiċ-ċimiterju ta' l-Addolorata?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total tat-talbiet pendenti għal xiri ta oqbra fiċ-ċimiterju ta' l-Addolorata huwa 2,665.

Pulizija — Parking illegali

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jindika n-numru ta' taħrikiet maħruġa mill-pulizija fuq parking illegali din is-sena u s-sena l-oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004 ingħataw 25,791 ċitazzjoni mill-Pulizija fuq parking fejn mhux permess, filwaqt li matul is-sena 2005 ingħataw 22,454.

Pulizija — Sewqan eċċessiv

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jindika n-numru ta' taħrikiet maħruġa mill-pulizija fuq sewqan eċċessiv din is-sena u s-sena l-oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004 ġew mogħtija 1,085 taħrika mill-Pulizija dwar sewqan eċċessiv, filwaqt li bejn Jannar u Ottubru tas-sena 2005 ġew mogħtija 569 taħrika.

Kunsilli Lokali — Ħlas ta' multi

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inġabar ħlas ta' multi mill-kunsilli lokali din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni miġbura s'issa tkopri sal-15 ta' Novembru 2005. Il-ħlas ta' multi miġbura mill-Kunsilli Lokali sa din id-data kien ta' Lm2,882,142. Nixtieq inżid li dawn il-multi huma maqsumin kif ġej: Lm Edukazzjoni 6,920 ADT 44,570 Pulizija 616,750 Gwardjani Lokali 2,213,902

Pulizija — Sewqan mingħajr polza ta' l-assikurazzjoni

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jindika n-numru ta' taħrikiet maħruġa mill-pulizija fuq sewqan mingħajr polza ta' assikurazzjoni, din is-sena u s-sena l-oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004 kien hemm 216 persuna li ġew akkużati quddiem il-Qorti talli saqu vettura mingħajr ma kienu koperti b'polza ta' assigurazzjoni, filwaqt li matul is-sena 2005 kien hemm 155.

Tribunal tat-talbiet żgħar

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jara li tispiċċa l-anomalija li fejn si tratta ta' kawżi quddiem it-tribunal tat-talbiet żgħar, persuna ma tistax tirkupra l-ispejjeż ġudizzjarji meta s-sorte jkun taħt il-Lm250?

Response (BORG, TONIO)

Fl-avviż legali Numru 380 tas-sena 2001 m'hemm ebda dispożizzjoni li żżomm persuna milli tagħmel talba sabiex tirkupra l-ispejjeż ġudizzjarji f'kawżi quddiem it-Tribunal għat-Talbiet Żgħar, meta s-sorte jkun taħt il-Lm250.

Dikjarazzjonijiet ta' azzjonijiet industrijali

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien hemm dikjarazzjonijiet ta' azzjonijiet industrijali fl-aħħar tliet snin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul is-sena 2002 kien hemm 5 azzjonijiet industrijali, matul is-sena 2003 kien hemm 8,u matul is-sena 2004 kien hemm 6 azzjonijiet industrijali.

Pulizija — Qbid ta' droga

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jindika l-ammont ta' droga li nqabdet mill-pulizija fis-sena 2004 u 2005?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ammont u t-tip ta’ droga li nqabdet mill-Pulizija bejn Jannar u Novembru ta’ l-2005 huwa kif muri hawn taħt: TipAmmont Cocaine6kg 394g Heroin15kg 481.7g Cannabis grass1kg 884.6g Cannabis resin5kg 252.26g Cannabis plants3 plants Ecstacy15.309 tablets LSD3 micro-dot Methadone250ml DHC26 tablets Valium2 tablets Halcion4 tablets Tramal1 tablet Dwar l-ammont ta’ droga li nqabdet fl-2004, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8709.

Każi ta' suwiċidji

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jindika n-numru ta' suwiċidji li kienu rrapportati din is-sena u s-sena l-oħra? Liema kienu l-iżgħar u l-ogħla etajiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004 ġew irrapurtati lill-Pulizija 25 każ ta' suwiċidju, filwaqt li bejn Jannar u Novembru ta' l-2005 ġew irrapurtati 16-il każ. L-iżgħar eta' kienet 17-il sena, filwaqt li l-għola eta' kienet ta' 95 sena.