Legislature:
Category:
Reset
Active:

MEPA — Applikazzjonijiet għal gallarijiet ta' l-injam

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm każini applikaw taħt l-iskema tal-MEPA għall-gallariji ta' l-injam għal każini, sena b'sena min meta bdiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14172.

Stallazzjoni ta' pelican lights

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm-il pelican light ġew stallati fl-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ pelican lights li ġew installati tul dawn l-aħħar ħames snin huma dawn: 2000 30 2001 21 2002 29 2003 6 2004 11 2005 8 105

Saħħa — Thyroid cancer

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każi ta' thyroid cancer fl-aħħar tliet snin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

It-tabella ta' hawn taħt turi n-numru ta' każijiet ta' thyroid cancer irreġistrati fir-Reġistru Nazzjonali tal-Kanċer, sena b'sena mill-2001 sal-2004. Sena Numru ta' każijiet 2001 24 2002 25 2003 28 2004 (proviżorja) 22

MEPA — Applikazzjonijiet għal bini

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x'applikazzjonijiet għal bini ġew approvati mill-MEPA fis-snin 2003, 2004 u 2005?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għal Mistoqsija Parlamentari Numru 14154.

Visas għal persuni mir-Russja

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jindika n-numru ta' visas maħruġa għal Russi biex jidħlu Malta, din is-sena u s-sena l-oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004 ġew maħruġa 22,151 visas għall-persuni ta' nazzjonalita' Russa sabiex jidħlu Malta, filwaqt li fis-sena 2005 inħarġu 19,634.

Immigration appeals board

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' appelli li saru lill-immigration appeals board minn immigranti li kellhom ikunu deportati? X'kien l-eżitu ta' dawn l-appelli?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-appelli li ġew deċiżi mill-Bord ta' l-Appell dwar l-Immigrazzjoni kienu (20) għoxrin. L-ebda wieħed minn dawn l-appelli ma ġie milqugħ, filwaqt li hemm (7) sebgħa appelli oħra li għadhom pendenti.

EU — Energy policy

Question

Jista’ il-Ministru jgħid meta huwa maħsub li ser tiġi approvata energy policy ibbażata fuq l-obbliġi ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li d-draft ta' l-Energy Policy huwa lest. Il-Gvern flimkien ma' l-Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi qegħdin jirrevedu xi punti mportanti u meta jittieħdu d-deċiżjonijiet fuq dawn, il-policy document ikun jista' jiġi ppubblikat għal konsultazzjoni. Jien infurmat ukoll illi ma jeżisti l-ebda obbligu Komunitarju li jiġi prodott dokument ta’ dan it-tip. Xorta waħda iżda, dan id-dokument ser ikun konsistenti ma dak kollu li Malta nnegozjat u/jew qed tinnegozja ma' l-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' din il-materja.

Ħruġ ta' visas lil Ċiniżi

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' visas li nħarġu din is-sena u s-sena l-oħra għal Cinizi biex jidħlu Malta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004 ġew maħruġa 2,648 visas għall-persuni ta' nazzjonalita' Ċiniża sabiex jidħlu Malta, filwaqt li fis-sena 2005 inħarġu 846.

Visas għal persuni mill-Ukrajna

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jindika n-numru ta' visas li nħarġu din is-sena u s-sena l-oħra biex nies mill-Ukrajna jidħlu Malta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004 ġew maħruġa 3,565 visas għall-persuni ta' nazzjonalita' Ukrena sabiex jidħlu Malta, filwaqt li fis-sena 2005 inħarġu 2,862.

Tarxien — Manutenzjoni ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jara li, fl-isfond tal-prioritajiet ta' l-awtorita' dwar it-trasport, tingħata attenzjoni immedjata u urġenti lil Triq Tarxien u Triq Paola, Tarxien minħabba l-istat ferm perikoluż tagħhom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-periti ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport diġa qegħdin jistudjaw x-xogħlijiet li huma meħtieġa f'dawn it-toroq.

Sta Luċija — Triq Ineż Soler

Question

Jista' il-Ministru jara li, fl-isfond tal-prioritajiet ta' l-awtorita' dwar it-trasport, tingħata attenzjoni immedjata u urġenti lil Triq Ineż Soler f'Sta Luċija minħabba l-istat ħażin tagħha?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din it-triq hija asfaltata u għalhekk il-manutenzjoni u tiswijiet meħtieġa huma responsabilita' tal-Kunsill Lokali ta' Santa Luċija.

Gudja — Triq Ħal Resquin

Question

Jista' il-Ministru jara li, fl-isfond tal-prioritajiet ta' l-awtorita' dwar it-trasport, tingħata attenzjoni immedjata u urġenti lil Triq Ħal Resquin fil-Gudja minħabba l-istat perikoluż tagħha?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub li jagħti aktar dettalji għal-liema parti qed jirreferi minħabba li jirriżulta li fejn it-triq hi miftuħa hi asfaltata u fejn mijhiex miftuħa għadha mijhiex żviluppata. Tappiera tad-drenaġġ li kienet fi stat ħażin ġiet irranġata mill-korporazzjoni għas-servizzi tal-ilma u rigward patching it-triq hija f'idejn il-Kunsill Lokali.
Leg 10 PQ #14150 Sitting 343 2006-01-23 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Mużew ta' l-Istorja Politika ta' Malta

Question

Jista’ il-Ministru jikkonsidra li jitwaqqaf mużew ta' l-istorja politika ta' Malta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li mużew ta’ l-istorja politika diġa kien jeżisti. Infetaħ fl-1981 fil-Berġa ta’ Franza fil-Birgu, iżda qatt ma laħaq il-livell mixtieq u kien ukoll l-inqas mużew iffrekwentat min-nies mill-mużewijiet kollha. Fil-fatt ingħalaq sitt snin wara, fl-1987. L-istorja politika ta’ Malta għandha tiġi interpretata f’kuntest ġenerali u mhux f’iżolament. Hemm pjan sabiex fil-futur wirja fuq dawn il-linji ġenerali tiġi ppreparata fl-istess Berġa ta’ Franza fil-Birgu.

Pulizija — Sewqan taħt l-influwenza tax-xorb

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jindika n-numru ta' taħrikiet maħruġa mill-pulizija fuq sewqan taħt l-influwenza tax-xorb din is-sena u s-sena l-oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' sewwieqa li kellhom riżultat pożittiv wara li l-Pulizija għamlitilhom it-testijiet tan-nifs fuq suspett li kienu qed isuqu taħt l-influwenza ta' l-alkoħol fis-snin imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, huwa kif ġej: Sena Test pożittiv Irrifjuta jew test mhux komplut 2004 48 59 2005 30 39

Skejjel primarji — Computers

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm ġew stallati computers fi skejjel primarji b'kollox mis-sena 2001 'l hawn, maqsuma sena b'sena? Kemm intnefqu flus kull sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-introduzzjoni tal-kompjuters fl-iskejjel primarji ġiet imnedija fis-sena 1996 u ġiet finalizzata fis-sena 2001. Dan il-proġett beda billi fl-1996 ġew installati il-kompjuters fl-ewwel sena tal-primarji, filwaqt illi fl-2001 il-proġett kollu ġie finalizzat bit-tqassim tal-kompjuters fis-sitt sena tal-primarja. Wara s-sena 2001 tqassmu xi kompjuters kemm f'sitwazzjonijiet fejn żiedu xi klassijiet jew f'xi siti fejn il-kompjuters kellhom jinbidlu. Fejn in-numru ta' klassijiet naqsu il-kompjuters reġgħu ġew ri-allokati skond il-ħtiġijiet tal-ġurnata. Sena Numru ta' Kompjuters Total (Lm) 2000(Year 5) 720 355,123 2001(Year 6) 744 245,064 2002(klassijiet varji) 52 22,620 36(ri-allokati) - 2003(klassijiet varji) 23 9,085 8(ri-allokati) - 2004(klassijiet varji) 16 6,080 14(ri-allokati) - 2005 59(ri-allokati) -

Enerġija elettrika — Ilma tax-xorb

Question

Jista’ il-Ministru jindika l-ammont ta' enerġija elettrika li pajjiżna kellu jipproduci s-sena l-oħra biex jipproduċi l-ilma tax-xorb (f'termini ta' ratio jew proporzjon)?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li fis-sena 2004 ħamsa fil-mija (5%) ta' l-enerġija elettrika prodotta mill-powerstations kienet użata fil-produzzjoni ta' l-ilma.