Jista’ il-Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' quality service charters li ġew imnedija s'issa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li s’issa ġew imnedija uffiċjalment sittin-il (60) Quality Service Charter. Il-lista kompluta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Minn dawn ic-Charters, tlieta (3) ġew miżmuma.
Jista’ il-Ministru jgħid x'applikazzjonijiet hemm pendenti ta' kunsilli lokali quddiem il-MEPA? Kemm ilhom pendenti? Min huma l-applikanti u għal liema skop?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi l-informazjoni mitluba fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm għandha vetturi l-Enemalta? Kemm minnhom għandhom inqas minn 15-il sena, kemm għandhom iktar minn 15-il sena u inqas minn 20 sena u kemm għandhom 'il fuq minn 20 sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista’ il-Ministru tgħid x'kien in-numru ta' talbiet u talbiet aċċettati għal Pensjoni għall-Invalidita’ mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali fl-aħħar ħames snin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Sidien ta' ħwienet — Bejgħ ta' alkoħol lil żgħażagħ taħt l-eta'
Question
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm sidien ta' ħwienet tressqu l-Qorti talli servew xorb alkoħoliku lil minorenni kontra l-liġi fl-aħħar tliet snin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar tlett snin il-Pulizija ressqet 27 persuna quddiem il-Qorti talli servew xorb alkoħoliku lill-persuni taħt is-sittax il-sena.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tressqu nies il-qorti akkużati b'kaċċa jew insib illegali fl-aħħar tliet snin, sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' persuni li tressqu l-Qorti bi ksur tar-Regolamenti ta' l-1993 dwar il-Ħarsien ta' l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ; Regolamenti ta' l-1993 dwar l-Għasafar u l-Fenek Selvaġġ (Dikjarazzjoni ta' Speċi Protetti u Riservi Naturali); u l-Ordinanza dwar l-Armi (Kap. 66), fis-snin 2003, 2004 u 2005 kienu 245, 475 u 289 rispettivament.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il bozza nbidlu mill-kunsilli lokali din is-sena u mil-liema kunsilli?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra li turi n-numru ta' bozoz li nbidlu mill-Kunsilli Lokali mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Ottubru 2005.
Jista’ il-Ministru jindika n-numru ta' rapporti li daħlu lill-awtorita’ tat-trasport fuq dħaħen eċċessivi fl-inizjattiva lodevoli li tniedet fi tmiem Awissu 2005 sad-data li tiġi mwieġba din l-interpellanza?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport irċiviet 45,327 rapporti fuq dħaħen eċċessivi sat-12 ta’ Jannar 2006.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm postijiet vojta f'idejn l-Uffiċċju Konġunt u li jistgħu jiġu rranġati għal akkomodazzjoni soċjali, ġew trasferiti lil Awtorita’ tad-Djar fl-aħħar ħames snin? F'liema lokalita’?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
MEPA — Applikazzjonijiet għal proġett ta' slum clearance
Question
Jista’ il-Ministru jgħid x'applikazzjonijiet hemm pendenti quddiem il-MEPA għal proġett ta' slum clearance? Kemm ilha pendenti? Min huma l-applikanti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għandha quddiema applikazzjoni waħda għal proġett ta' "slum clearance". L-applikazzjoni hija numru PA 5863/99 sottomessa mill-Awtorità tad-Djar, u ġiet validata f'Ottubru ta' l-2002.
Fid-dawl tal-fatt li waħda mill-kundizzjonijiet li għandhom senior managers fil-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ hija li jew li l-korporazzjoni tipprovdi karozza li jkollha inkluż petrol, liċenzji u xi ħsarat li jistgħu jinqalgħu jew inkella min jagħżel li juża l-karozza tiegħu jkollu allowance ta' Lm1,500 fis-sena, jista' il-Ministru jindaga dwar jekk hemmx senior manager partikolari li jieħu l-allowance u juża l-karozza tal-korporazzjoni u kif ukoll il-karozza tiegħu tokkupa garage fil-premises tal-korporazzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Ġejt informat li l-każ imqanqal mill-Onor. Membru qed jiġi mistħarreġ u ġejt assigurat li jittieħdu l-passi li jirriżulta meħtieġa.
Kemm kien hemm applikazzjonijiet għal bini pendenti quddiem il-MEPA fl-aħħar tas-snin 2003, 2004 u 2005?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li, skond is-sistema ta’ l-informatika ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, f'għeluq is-sena finanzjarja 2003, kien hemm 2,639 applikazzjoni pendenti quddiem l-istess Awtorità, 3,342 f'għeluq is-sena finanzjarja 2004, filwaqt li f'għeluq is-sena finanzjarja 2005 l-Awtorità kellha 3,263 applikazzjoni pendenti.
Wireless Telegraphy — Reġistrazzjoni ta' satelliti
Question
Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien hemm satelliti reġistrati mal-Wireless Telegraphy fl-aħħar tliet snin sal-lum?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li n-numru ta' sistemi tas-satelliti reġistrati mad-Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr fili fl-aħħar tlett snin qabel ma tneħħa l-bżonn tal-liċenżja, kien kif ġej hawn taħt:
2002 15,071
2003 16,154
2004 15,792
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jindika n-numru ta' ilmenti jew rapporti li daħlu mill-pubbliku lill-bord li jinvestiga l-aġir tal-pulizija ppresedut minn imħallef irtirat minn meta dan twaqqaf? X'kien l-eżitu tar-rapporti li daħlu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi sal-20 ta' Jannar 2006 daħlu 70 ilment lill-Bord tal-Pulizija.
Infurmat ukoll li l-Bord ta' l-opinjoni li minn dawn, 16 kienu ġustifikati, 3 ġew irtirati mill-kwerelant, 8 mhux ġustifikati, 3 ġew solvuti waqt l-investigazzjonijiet u 1 ma kienx fil-kompetenza tal-Bord, filwaqt li l-kumplament tal-każi qed jiġu ikkunsidrati.
MEPA — Applikazzjonijiet għal gallariji ta' l-injam
Question
Jista’ il-Ministru jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet taħt l-iskema tal-MEPA għall-gallariji ta' l-injam għal NGO's u każini, sena b'sena minn meta bdiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li kien hemm skema waħda biss għal Non-Government Organisations (NGOs) u Każini li ħarġet fil-bidu tas-sena 2004 u l-applikazzjonijiet kienu għalqu fis-27 ta' Frar 2004.
Kien hemm wieħed u tletin (31) applikazzjoni u kollha ġew aċċettati.