Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qrati — Seduti mill-Kummissarji tal-Ġustizzja

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inżammu seduti mill-Kummissarji tal-Ġustizzja matul din is-sena, wieħed b'wieħed?

Response (BORG, TONIO)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. L-informazzjoni tkopri mill-1 ta' Jannar 2005 sa l-aħħar ta' Ottubru 2005 (l-informazzjoni disponibbli sa issa).

Qrati — Kawżi deċiżi

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew deċiżi kawżi mill-Kummissarji tal-Ġustizzja matul din is-sena, wieħed b'wieħed?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2005 ġew deċiżi dawn in-numru ta’ kawżi minn dawn it-Tribunali: Tribunal Kummissarju tal-Ġustizzja Nru ta’ każi Żejtun Dr Louis Vella 12,445 Qormi Dr Anton Farrugia Sacco 26,958 Żurrieq Dr Deborah Farrugia 5,542 Birkirkara Dr Ramon Rossignaud 13,612 Sliema Dr Robert Mangion 30,087 Fgura Dr Ian Spiteri Bailey Dr Grazio Mercieca Dr Matthew Brincat Dr Noel Bartolo Dr Louis Vella 8,926 Tramuntana (Mosta) Dr Matthew Brincat 17,317 Valletta Dr Benny Delia l-informazzjoni għadha ma waslitx Ghawdex Dr Grazio Mercieca 6,410

Dokument dwar it-tisħiħ tas-sistema edukattiva

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi, sad-data li tiġi mwieġba din l-interpellanza, wara l-pubblikazzjoni tad-dokument "Biex it-Tfal tagħna kollha jirnexxu" għat-tisħiħ tas-sistema edukattiva f'pajjiżna?

Response (GALEA, LOUIS)

Fil-bidu tas-sajf kien ippubblikat id-dokument (' BIEX ULIEDNA JIRNEXXU LKOLL' ' For All Children to Succeed - A New Network Organisation for Quality Education in Malta') li għandu l-iskop li jissaħħaħ u jtejjeb il-kwalita' u l-operat ta' l-iskejjel tagħna kif ukoll it-tmexxija, sorveljanza u amministrazzjoni ċentrali. L-iskop ewlieni hu li l-istudenti kollha jkollhom edukazzjoni ta' kwalita'. Minn meta ħareġ id-dokument għall-pubbliku kien hemm konsultazzjonijiet estensivi. Intbagħtet kopja tad-dokument lil kull għalliem u amministratur edukattiv, kemm ċentrali kif ukoll fl-iskejjel ta' l-istat, tal-Knisja u indipendenti. Tnediet sensiela ta' laqgħat informattivi u konsultattivi għall-għalliema li għalihom attendew aktar minn 3,000 għalliem, u għall-ġenituri li fihom ħadu sehem qrib l-elf ruħ. Saru laqgħat ukoll għal kull settur edukattiv fil-livell ċentrali u anke mal-kapijiet ta' l-iskejjel. F'dawn il-laqgħat saru preżentazzjonijiet mill-Ministru nnifsu u kien hemm ħin għall-mistoqsiqsijiet u osservazzjonijiet. Intbagħtu ukoll kopji tad-dokument lill-Malta Union of Teachers, il-Kelliem Ewlieni għall-Edukazzjoni ta' l-Opppżizzjoni, lill-Alternattiva Demokratika, lill-korpi kostitwiti u lill-istampa, ir-radju u t-televiżjoni. Infetħu diskussjonijiet u negozjati mal-Malta Union of Teachers dwar ir-riformi. Saru laqgħat mal-korpi kostitwiti individwali, bħal ma huma il-General Workers Union, il-Union Ħaddiema Maqgħudin, il-Federazzjoni ta' l-Industriji, l-Assoċjazzjoni ta' Min Iħaddem, il-GRTU, il-KHPA kif ukoll kien indirizzat il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali. Saru wkoll programmi fuq it-televiżjoni u r-radju, fosthom Channel 22. L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli ta' l-iSkejjel (AKS) organizzat konferenza li għaliha attendew mas-600 ġenitur propju fuq is-suġġett tar-riforma. Tnieda wkoll il-proġett pilota bil-bidu tat-tlett kulleġġi - Cottonera, Għawdex u San Benedittu kif ukoll il-proġett pilota ta' l-iskejjel speċjali u l-implimentazzjoni tar-rakkommandazzjonijiet tar-rapport tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-edukazzjoni inklużiva u speċjali.

WSC — Service applications

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kelliex service applications ġodda l-Water Services Corporation din is-sena u s-sena l-oħra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ammont ta' service applications li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma rċeviet fl-2004 kien jammonta għal 4433. L-ammont ta' service applications għal din is-sena sa l-aħħar t'Awwissu kien ta' 2802.

Belt Valletta — Escalator

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi dwar l-applikazzjoni għall-fondi taħt l-Interreg III biex ikun hemm escalator il-Belt Valletta mid-dwana għal Kastilja? Xi kemm huwa maħsub li ser iqum dan il-proġett utili u kemm minnhom ser toħroġ l-Unjoni Ewropea?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni għall-fondi taħt l-Interreg III B biex ikun hemm mezz ta' komunikazzjoni bejn il-Belt Valletta mid-Dwana għal Kastilja ġiet sottomessa fl-ewwel ġimgħa t'Awissu fejn trid tiġi evalwata fil-ġimgħat li ġejjin mill-Awtorita' Griega ta l-Interreg III B. Il-budget totali tal-proġett huwa ta' 2.400,000 Euro fejn Malta mistennija toħroġ l-ammont ta' 237.500 Euro.

MFSA

Question

Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm-il avviż ta' twissija lill-investituri ħarġet l-MFSA din is-sena u s-sena l-oħra li kienu joriġinaw minn regulaturi barranin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-MFSA ippubblikat dawn it-twissijiet lill-investituri li kienu joriġinaw minn regolaturi barranin: Is-sena l-oħra (2004) - 73 Din is-sena (sat-12 ta’ Settembru 2005) - 71 Dan isir permezz tal- website u tan- Newsletter tal-MFSA li tiġi pubblikata kull xahar.

Dwieli f'Malta

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien hawn dwieli f'Malta mill-1998 sal-lum, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li t-Taqsima tal-Vitikultura u l-Enoloġija bdiet tiġbor l-informazzjoni fuq l-uċuh bid-dwieli mill-2003 ‘l quddiem. Iċ-ċifri uffiċjali huma dawn li ġejjien: 2003 - 616 Ettari jew madwar 5500 Tmien 2004 - 710 Ettari jew madwar 6340 Tmien 2005 - 840 Ettari jew madwar 7500 Tmien

Sussidju lil sidien tal-karozzi tal-linja

Question

Jista’ il-Ministru jgħid il-gvern kemm ta sussidji lis-sidien tal-karrozzi tal-linji f'dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-ammont ta' sussidju li ngħata lis-sidien tal-karozzi tal-linja mis-sena 1995 sa l-2005.

Mobile blood unit

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kienu d-donazzjonijiet tad-demm fil-mobile blood unit f'dawn l-aħħar tliet snin, sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, l-informazzjoni mitluba hi kif ġej: Sena Donazzjonijiet 2003 3535 2004 3604 2005 (sa 25/09/05) 2450

Remote gaming

Question

Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm hu d-dħul għall-gvern illum mill-industrija tar-remote gaming u kemm kien dan id-dħul fis-sena 2000 u fis-sena 2003?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li d-dħul għall-Gvern mill-industrija tar-remote gaming huwa dan: Sena Dħul għall-Gvern Lm 2000 93,317.76 2003 943,529.68 Sa Awissu – 2005 1,105,048.75

Occupational Health & Safety Unit — Rapporti dwar xogħol perikoluż

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti għand l-Occupational Health and Safety Unit dwar xogħol perikoluż jew ħaddiema jaħdmu mingħajr ilbies protettiv fis-sena 2004 u 2005? X'passi ttieħdu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul is-sena 2004 l-Awtorita' għas-Saħħa u Sigurta' fuq il-post tax-xogħol irċeviet 633 ilment li minnhom 104 kienu dwar ħaddiema mingħajr ilbies protettiv. Matul is-sena 2005 l-Awtorita' ghas-Saħħa u Sigurta' fuq il-post tax-xogħol irceviet 355 ilment li minnhom 57 kienu dwar ħaddiema mingħajr ilbies protettiv. Fil-każijiet li ġew investigati u rriżultaw ksur ta' regolamenti jew liġijiet inbdew jew qed jinbdew proċeduri legali quddiem il-Qorti Kriminali.
Leg 10 PQ #14194 Sitting 350 2006-02-07 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Baħar iċ-Ċagħaq — White Rocks Complex

Question

Jista’ il-Ministru jgħid, sakemm dan ma jkunx ta' xi preġudizzju, x'se jsir mill-White Rocks Complex f'Bahar iċ-Ċagħaq?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

F’dan l-istadju, m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 16163.

MMA — Irmiġġi

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien l-introjtu tal-Malta Maritime Authority mill-irmiġġi fis-sena 2004 u 2005?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-dħul mill-irmiġġi matul is-snin 2004 u 2005 huwa kif ġej: 2004 2005 Yachting Centres ( Malta u Għawdex) Lm435,885 Lm420,450 Irmiġġi tad-Dilettanti* Lm 16,614 Lm 17,145 Total Lm 452,499 Lm 437,595 *Lokalitajiet jinkludu - Msida, Spinola, Birzebbuġia, Buġibba, Il-Magħluq u l-Imġarr Għawdex.

Remote gaming f'Malta

Question

Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni impjegati mill-industrija tar-remote gaming f'Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li n-numru ta’ persuni mpjegati mill-industrija tar-remote gaming f’Malta hu ta’ madwar 280 ruħ li huma mpjegati b’mod dirett. Barra minn hekk hemm dawk li jagħmlu xogħol ta’ konsulenti, avukati, accountants, Internet Service Providers u xogħol ieħor.

Remote gaming f'Malta

Question

Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm hu kkalkulat li jħalsu flus għall-ħlas ta' broadband l-industriji tar-remote gaming f'Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-ħlasijiet għas-servizzi ta’l- internet jitqassmu f’żewġ kategoriji: a) Broadband b) Hosting Il-prezz medju għall-użu ta’ broadband hu ta’ madwar Lm 540,000 fis-sena. Hu estimat li operaturi tar-remote gaming jużaw madwar 150 megabits fix-xahar bi prezz ta’ Lm 300-il megabit. Il-prezz medju annwali għall-użu ta’ hostings hu madwar Lm 240,000. Dan wara li jiġi kkalkulat l-użu ta’ mitt rack bi prezz ta’ Lm 200-il rack fix-xahar. B’hekk il-prezz medju li l-industrija tar-remote gaming tħallas f’servizzi ta’ l-internet huwa ta’ madwar Lm 780,000 fis-sena.

Sedqa — Persuni li rrikorrew għall-għajnuna

Question

Tista’ il-Ministru tgħid kemm din is-sena kien hemm nies li rrikorrew għand is-SEDQA biex tgħinhom jegħlbu l-problema tax-xorb tagħhom? Liema kienet l-iżgħar eta’?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li bejn Jannar u Diċembru 2005 kien hemm 348 persuna li rrikorriet għand l-Aġenzija Sedqa minħabba problema ta' l-alkoħol. L-iżgħar minn dawn il-persuni kellha 15-il sena.

Ilqugħ għall-ilma tax-xita

Question

Jista’ il-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani lodevoli li l-gvern japplika għall-fondi strutturali ta' l-Unjoni Ewropea, skond kif irrapportat fil-ġurnali tal-25 ta' Awissu, 2005 sabiex tinbena sistema taħt l-art biex tilqa' l-ilma tax-xita u jiġu evitati l-għargħar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-Ministeru ppreżenta l-proposti dwar il-proġett lill-Ministeru tal-Finanzi biex jiġu nklużi fil-lista ta’ prijoritajiet li l-Gvern għandu jikkonsidra għall-fondi strutturali li ser jingħataw mill-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2007-2013.

Remote gaming f'Malta

Question

Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm hawn operaturi tar-remote gaming f'Malta bħalissa u kemm kien hawn ħames snin ilu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ operaturi tar-remote gaming f’Malta fis-snin elfejn u elfejn u ħamsa rispettivament huma dawn: Stadju ta’ Liċenzja Sena 2000 Settembru 2005 Liċenzja Kompleta / 16 Liċenzja Provizjonali 5 8 Letter of Intent / 39 Total 5 63

Sedqa — Impjegati tas-Servizz Pubbliku li rrikorrew għall-għajnuna

Question

Tista’ il-Ministru tgħid kemm kienu l-impjegati tas-servizz pubbliku jew aġenziji tal-Gvern li ġew referuti lis-SEDQA biex jindirizzaw il-problema tax-xorb fuq il-post tax-xogħol fl-aħħar ħames snin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li bejn Jannar 2001 u Diċembru 2005 kien hemm 9 persuni mis-settur pubbliku, inkluż aġenziji tal-Gvern, li ġew referuti għand l-Aġenzija Sedqa minħabba problema ta' l-alkoħol fuq il-post tax-xogħol.

Remote gaming f'Malta

Question

Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm hawn applikazzjonijiet pendenti għal-liċenzji ta' remote gaming minn Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sat-30 ta’ Settembru 2005, in-numru ta’ applikazzjonijiet pendenti għall-liċenzji ta’ remote gaming f’Malta kien ta’ 34.