Legislature:
Category:
Reset
Active:

Impjiegi — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm persuni, din is-sena, ma komplewx jirreġistraw għax-xogħol minn jeddhom u kemm inqatgħu mir-reġistrazzjoni b'deċiżjoni ta' l-ETC u għala nqatgħu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn Jannar sa Diċembru 2005 inqatgħu 2,267 persuna minn fuq l-Ewwel u t-Tieni parti tar-reġistru b’deċiżjoni ta’ l-ETC. Minn dawn-il 2,267 persuna, 323 nqabdu jaħdmu u jirreġistraw, 1,440 irrifjutaw opportunita' ta’ xogħol, filwaqt li 504 persuna rrifjutaw opportunita ta’ taħriġ. F’dan l-istess perjodu kien hemm 20,188 persuna li ma komplewx jirreġistraw għax-xogħol minn jeddhom fuq l-Ewwel u t-Tieni parti tar-reġistru. Din il-figura tinkludi persuni li daħlu u ħarġu mir-reġistru aktar minn darba.

Sistema tal-produzzjoni ta' l-elettriku

Question

Jista’ il-Ministru jgħid u jamplifika dwar x'inhuma l-possibbiltajiet, kif jarahom huwa fil-preżent, li fil-futur qarib is-sistema tal-produzzjoni ta' l-elettriku f'Malta tkun konnessa ma' dik Ewropea (European electricity grid)?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta u l-Gvern bħalissa qegħdin jesploraw il-meżżi kollha possibbli li permezz tagħhom il-pajjiż jista' jipprovdi l-elettriku. L-użu tal-Grid m'huwiex eskluż.

Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol — Qtugħ mir-reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm saru appelli quddiem l-Awtorita’ Nazzjonali tax-Xogħol minħabba qtugħ mir-reġistrazzjoni għax-xogħol din is-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' apelli mibgħuta lill-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol bejn Ottubru 2005 u Jannar 2006 kien ta' 221 (Malta biss). Dawn l-appelli jinkludu dawk li ma setgħux jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel parti minħabba r-raġuni tat-tmiem l-impjieg.

Telefonati fuq il-179

Question

Tista’ il-Ministru tgħid kemm daħlu telefonati fuq il-179 f'dawn l-aħħar tliet snin, sena b'sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Industrija tal-films

Question

Jista’ il-Ministru jgħid, imqar jekk bejn wieħed u ieħor, kemm iġġenerat flus l-industrija tal-films f'Malta f'dawn l-aħħar tliet snin, sena b'sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Gvern ma' għandu ebda statistika li fuqha jista' jibbaża r-risposta iżda minn din is-sena permezz ta' l-inċentivi finanzjarji li qed tagħti l-Kummissjoni Ċinematografika ta' Malta ser ikun possibli li l-Gvern ikollu figuri eżatti ta' dak li jkun intefaq f'pajjiżna.

Kunsilli Lokali — Xogħlijiet mis-central districts office

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jagħti lista tax-xogħol kollu li qed isir mis-Central Districts Office għal kull kunsill lokali u għal kull biċċa xogħol jindika meta hu mistenni li jispiċċa x-xogħol u kemm se jħallas il-kunsill lokali?

Response (BORG, TONIO)

Peress li s-Central Districts Office jaqa' taħt ir-responsabbilita' tal-Ministeru tar-Riżorsi u l-Infrastruttura, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.

Income Tax Management Act

Question

Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm-il ittra uffiċjali ġiet mibgħuta mid-dipartiment tat-taxxi interni fejn l-intimati ġew interpellati jħallsu arretrati ta' taxxa in linea ma’ l- Income Tax Management Act , fl-aħħar tliet snin, sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Tista’ il-Ministru tara li applikazzjoni H652 għall-akkomodazzjoni alternattiva ta' mara anzjana fi stat pjetuż tiġi milqugħa fil-futur qasir? Fiex waslet din l-applikazzjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.

Qrati — Multi

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid, għas-snin 2003, 2004 u 2005: a) l-ammont totali ta' multi ordnati mill-qrati; b) l-ammont ta' flus miġbura minn ħlas ta' multi; c) l-ammont li għadu pendenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Qrati — Kawżi pendenti

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti quddiem il-Kummissarji tal-Ġustizzja, wieħed b'wieħed?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2005 kien għad fadal dawn in-numru ta’ kawżi pendenti quddiem it-Tribunali: Tribunal Kummissarju tal-Ġustizzja Nru ta’ każi Żejtun Dr Louis Vella 3,592 Qormi Dr Anton Farrugia Sacco 5,867 Żurrieq Dr Deborah Farrugia 2,710 Birkirkara Dr Ramon Rossignaud 3,907 Sliema Dr Robert Mangion 9,525 Fgura Dr Ian Spiteri Bailey Dr Grazio Mercieca Dr Matthew Brincat Dr Noel Bartolo Dr Louis Vella 1,672 Tramuntana (Mosta) Dr Matthew Brincat 5,035 Valletta Dr Benny Delia l-informazzjoni għadha ma waslitx Għawdex Dr Grazio Mercieca 1,282

Investiment ta' flus barra minn Malta

Question

Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm ġew ripatriati flus lura f'Malta li kienu investiti barra minn Malta, wara l-iskema li ħareġ dan l-aħħar il-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onorevoli Interpellant li l-iskema li qed jirreferi għaliha kienet tinvolvi r-reġistrazzjoni ta’ fondi miżmuma barra l-pajjiż u mhux neċessarjament ir-ripatrijazzjoni ta’ dawn il-fondi. L-ammont reġistrat taħt din l-iskema, magħrufa bħala l-Iskema ta’ Reġistrazzjoni dwar l-Investimenti, wara li din reġgħet infetħet għal perijodu ta’ tliet xhur minn april sa Ġunju 2005, kien ta’ Lm117.2 miljun. Minn dan l-ammont madwar 9% kien attwalment ripatrijat lura f’Malta.

Irkant ta' deheb

Question

Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm kien l-introjtu għall-gvern wara l-irkant ta' deheb li kien hemm ta' deheb maqbud mid-dwana?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-introjtu għall-Gvern mill-irkant ta’ deheb maqbud mid-dwana, u li sar fl-20 ta’ Marzu 2005, kien ta’ Lm17,613.
Leg 10 PQ #14217 Sitting 353 2006-02-14 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ħaddiema/studenti Għawdxin — Sussidju għat-trasport bejn iż-żewġ gżejjer

Question

Tista’ il-Ministru tgħid kemm tħallas sussidju lill-ħaddiema tal-Gvern u lill-istudenti Għawdxin fis-sena 2004 u 2005 għat-trasport tagħhom bejn Malta u Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-ammont li tħallas bħala sussidju lill-ħaddiema tal-Gvern u lill-istudenti Għawdxin fis-sena 2004 u 2005 għat-trasport tagħhom bejn Malta u Għawdex huwa kif muri fit-tabella hawn annessa. Sussidju ghat-Trasport bejn Malta u Ghawdex - Haddiema/Studenti Ghawdxin 2004 2005 Lm Lm Studenti (dawk li ma' jattendux l-Universita' ) u Haddiema 43,635.21 63,631.95 Studenti li jattendu l-Universita' 83,377.35 97,454.50 Studenti li jattendu korsijiet f'Malta li mhumiex provduti f'Ghawdex 2,730.00 2,940.00 Total 129,742.56 164,026.45

Benefiċċji soċjali

Question

Tista’ il-Ministru tindika kemm ħallas il-gvern f'benefiċċji soċjali f'dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Benefiċċji soċjali — Single mothers

Question

Tista’ il-Ministru tgħid kemm tħallas benefiċċju soċjali lis-single mothers f'dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.