Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid xi progress kien hemm għal punt legali sollevat minni fl-interpellanza numru 7238 dwar l-Att dwar il-Gwardjani Lokali?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li in segwitu għad-domanda numru 7238 qed jiġi studjat jekk kemm-il darba din l-emenda għandhix tkun parti mill-abbozz li għandu jiġi ppreparat aktar tard.
Jista’ il-Ministru jispjega x'inhuma l-passi li qed jittieħdu biex ikun hemm riforma fis-saħħa mentali?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-snin li għaddew kien hemm ristrutturar fil-management ta' l-isptar. Qiegħed isir xogħol biex isir tibdil fil-Mental Health Act ħalli b'hekk il-liġijiet relatati mas-saħħa mentali ikunu jirriflettu aktar il-ħtiġijiet tas-soċjeta' tal-lum. Qed isir ħafna xogħol biex servizzi eżistenti fil-komunita' jiġu estiżi u jinbdew ukoll servizzi ġodda. Hemm ukoll il-ħsieb li ġewwa l-isptar il-ġdid ikun hemm taqsima ta' 15-il sodda li tilqa' fiha pazjenti b'mard mentali.
Ir-riforma fil-qasam mentali ilha sejra għal numru ta' snin u diġa ħalliet riżultati tajbin.Wara d-dikjarazzjoni ta' Helsinki u l-impenn tal-Kummissjoni Ewropeja, il-Gvern se jkompli jimpenja ruħu biex jagħti aktar emfasi għall-promozzjoni u prevenzjoni fil-qasam mentali.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm żgħażagħ Maltin ipparteċipaw f'xi wieħed mill-programmi ta' l-Unjoni Ewropea miftuħa għaż-żgħażagħ u studenti fis-snin 2003, 2004 u 2005? Liema kienu l-programmi nvoluti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li aktar minn 2000 żgħażagħ ipparteċipaw f'xi wieħed mill-programm ta' l-UE. It-tagħrif dettaljat hu maqsum hekk:
LEONARDO DA VINCI 2003 2004 2005
Initial Vocational Training 19 24 128
Students 4 19 0
Young Workers 44 139 11
Total 67 182 139
YOUTH 2003 2004 2005
Youth Exchanges 239 266 314
European Voluntary Service 1 4 1
Group Initiatives 53 45 110
Future Capital 0 0 1
Support Measures 23 42 49
Training offered by the National
Agency 4 50 59
Total 320 407 534
Informat ukoll li rigward il-programm ERAMUS, fis-sena 2003 ipparteċipaw 119 student u fis-sena 2004 ipparteċipaw 130 student. Għas-sena 2005/2006 qed jiġu ikkalkulati li jipparteċipaw madwar 147 student. Is-sena tgħalaq fit-30 ta' Ġunju 2006, għaldaqstant in-numru ta' l-istudenti huwa proviżorju għas-sena 2005/06.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inġabru flus minn ħlasijiet ta' multi għal clamping u towing din is-sena u s-sena l-oħra?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ħlasijiet miġbura mill-Pulizija minn tneħħija u kklampjar ta’ vetturi tul dawn l-aħħar sentejn huwa kif ġej:
TneħħijaIkklampjar
2004Lm13,610Lm20
2005Lm2,180Lm40
Għal dak li jirrigwardja l-Kunsilli Lokali, ninsab infurmat illi matul is-snin 2004 u 2005 inġabru dawn il-flus mit-Towing u Clamping.
2004Lm
Towing17,796
Clamping45
Contravening Traffic Signs (Clamping Zone)3,035
Contravening Traffic Signs (Tow Zone)51,125
72,001
2005
Towing5,310
Clamping0
Contravening Traffic Signs (Clamping Zone)3,435
Contravening Traffic Signs (Tow Zone)48,550
57,295
Uffiċċju Konġunt — Talbiet għal xiri ta' fondi kummerċjali
Question
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet fl-Uffiċċju Konġunt jew fid-Dipartiment ta' l-Artijiet minn kerrejja jew ċenswalisti ta' fondi kummerċjali biex jixtruhom fl-aħħar ħames snin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern ma jżommx statistika dwar talbiet minn kerrejja jew ċenswalisti biex jixtru fondi kummerċjali.
Universita'/Junior College — Stipendji ta' l-istudenti
Question
Jista’ il-Ministru jgħid kemm ħallas il-Gvern għall-istipendji ta' l-istudenti ta' l-Universita’ u Junior College fis-snin 2003, 2004 u 2005?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat hekk :-
Junior College Universita' ta' Malta
Sena Ammont Sena Ammont
2003 Lm 870,379.647 2003 Lm3,058,731.81
2004 Lm 958,661.843 2004 Lm3,182,771.58
2005 Lm 1,145.364.790 2005 Lm2,964.448.67
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il mandat ta' sekwestru, qbid u inibizzjoni, inħarġu din is-sena u s-sena l-oħra?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ mandati ta’ Sekwestru, ta’ qbid u ta’ inibizzjoni li nħarġu fis-snin 2004 u 2005 huwa kif jidher fit-tabella hawn taħt:
MandatiSenaPrim AwlaQorti tal-Familja*Qorti InferjuriQorti tal-Maġistrati (Għawdex)Total
Sekwestru2004
2005812
696-
561,222
1,24098
802,132
2,072
Qbid2004
2005325
324-
16899
833 91
471,315
1,220
Inibizzjoni2004
2005378
275-
587
18 74
78459
429
*Nota: In-numru ta’ mandati ppreżentati fil-Qorti tal-Familja mill-4 ta’ Mejju, 2005.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm iggradwaw studenti mill-Institute for Tourism Studies fl-aħħar sena akkademika? Kemm applikaw biex jidħlu fis-sena akkademika l-ġdida?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li f'Diċembru 2004 iggradwaw 128 student, 59 minnhom iggradwaw b'ċertifikat u 69 student iggradwaw b'Diploma.
Informat ukoll li għas-sena akkademika 2005/6, applikaw total ta' 395 student/a biex isegwu xi wieħed mill-course li bdew f'Ottubru 2005.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm inqatgħu appelli quddiem l-Awtorita’ Nazzjonali tax-Xogħol din is-sena u kemm kienu konferma tad-deċiżjoni ta' l-ETC u kemm le?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il kunsill lokali waħħal speed cameras jew forom oħra ta' cameras, bħal CCTV, s'issa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi, sa l-24 ta’ Jannar 2006, il-Kunsilli Lokali li waħħlu speed cameras jew xi forom oħra ta’ cameras bħal CCTV huwa kif ġej:
San Ġiljan - żewġ speed cameras f’Regional Road u CCTV camera
Sliema - tlett CCTV cameras
B'Kara - erba’ CCTV cameras
Fgura - erba’ CCTV cameras
Naxxar - żewġ CCTV cameras
Balzan - CCTV camera
Zejtun/Ghaxaq - żewġ CCTV cameras
San Pawl il-Baħar - Speed Camera fix-Xemxija
Hamrun - CCTV camera
Mosta - CCTV camera
Pembroke - CCTV camera
Gzira - CCTV camera
Birkirkara - CCTV camera ġewwa Fleur-de-Lys
Ta' Xbiex - CCTV camera
Santa Luċija - żewġ CCTV cameras
Qormi - żewġ speed cameras
Żebbuġ (M) - speed camera
Jista’ il-Ministru jgħid kemm saru job placements mill-ETC din is-sena? Kemm placements kienu mal-privat?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' job placements li saru mill-ETC minn Jannar sa Diċembru 2005 kienu ta' 4,462, minn dawn 3,137 kienu mal privat.
Informat ukoll li jista jkun il-każ li hemm numru ieħor ta' nies li setgħu sabu mpjieg minn fuq l-website tal-KXT, mill-Job Centres jew riklami li l-KXT tagħmel minn żmien għal żmien fuq il-mezzi tax-xandir.
Tista’ il-Ministru tgħid kemm saru kuntratti ta' bejgħ ta' residenzi mill-Awtorita’ tad-Djar lill-inkwilini fl-2004 u fl-2005?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li matul l-2004 u l-2005 l-Awtorita’ tad-Djar iffirmat rispettivament total ta' 615 u 708 kuntratti ta' bejgħ ta' residenzi.
Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi speċifikament għall-kuntratti dwar l-iskema ta' l-Awtorita 'Sir Sid Darek' ninsab infurmata li fis-snin 2004 u 2005 ġew iffirmati 46 u 86 kuntratt rispettivament konnessi ma' din l-iskema.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-introjtu għall-kunsill ta' San Ġiljan minn kontravvenzjonijiet ta' speed eċċessiv taħt il-mini ta' Regional Road s'issa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li mill-1 ta' Diċembru, 2004 sal-21 ta' Diċembru, 2005 tħallsu Lm133,916 għall-kontravvenzjonijiet li ngħataw għal veloċita' eċċessiva taħt il-mini ta' Regional Road, San Ġiljan. Dawn kollha nqabdu mill-ispeed camera.
Mis-somma msemmija, il-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan ipperċepixxa s-somma ta' Lm26,172 wara li nqatgħu l-ispejjeż.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm twaħħlu speed cameras b'kollox f'Malta u Għawdex s'issa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi s'issa twaħħlu sitt (6) speed cameras f'Malta u f'Għawdex.
Dawn twaħħlu:- tnejn (2) f'San Ġiljan (Regional Road), tnejn (2) f'Ħal Qormi (Mrieħel By Pass), waħda (1) San Pawl (Xemxija) u waħda (1) f'Ħaż Żebbuġ.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk jaqbilx mas-suġġeriment tiegħi li l-piena fil-każ ta'omiċidju involontarju tiżdied b'mod u manjiera li tirrifletti d-differenza jekk ikun hemm vittma waħda jew ħafna iktar, peress li kif inhi l-liġi llum, imutx wieħed jew imutux għaxra minn nies, il-massimu tal-piena jibqa' l-istess, cioe' sentejn ħabs?
Response (BORG, TONIO)
Fl-ewwel lok għandu jiġi osservat illi l-piena massima għar-reat ta' omiċidju involontarju llum hi ta' priġunerija għal żmien mhux aktar minn erba' snin. Għalkemm jidher li fil-passat kien hemm xi sentenza li applikat massimu wieħed għalkemm il-vittmi kienu iżjed minn wieħed ma jidhirx li din hi l-pożizzjoni legalment korretta għaliex jekk il-vittmi kienu diversi allura jidher li skond il-liġi ir-reati huma wkoll diversi għalkemm ikun japplika l-artikolu 17(b) tal-Kodiċi Kriminali.
Jista’ il-Ministru jindika n-numru ta' parteċipanti fi Skola Sajf din is-sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' parteċipanti li ħadu sehem fi Skolasajf 2005 hu hekk :-
Tfal Studenti Universitarji Facilitators Ko-ordinaturi
L-ewwel It-tieni L-ewwel It-tieni L-ewwel It-tieni
Sessjoni Sessjoni Sessjoni Sessjoni Sessjoni Sessjoni
3,928 307 300 142 138 84 83