Legislature:
Category:
Reset
Active:

Arretrati fuq l-NI

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk korporazzjonijiet jew kumpanniji li l-gvern għandu sehem fihom kellhomx arretrati fil-ħlas ta' NI u kemm kienu l-arretrati għal kull enti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont totali ta’ Lm188,392.23 huwa dovut minn 12-il korporazzjoni jew kumpanniji li l-Gvern għandu sehem fihom bħala arretrati tal-kontibuzzjonijiet tas-Sigurta’ Soċjali. Minħabba d-dispożizzjoni ta’ segretezza, id-Dipartiment tat-Taxxi Interni ma jistax jagħti dettalji ta’ l-entitajiet rispettivi.

Income Tax Management Act

Question

Jista' il-Prim Ministru, fil-kuntest ta' l-Income Tax Management Act, jgħid jekk xi korporazzjoni jew kumpanniji li l-gvern għandu sehem fihom kellhomx arretrati fil-ħlas ta' PAYE u kemm kienu l-arretrati għal kull enti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont totali ta’ Lm29,054 huwa dovut minn 14-il korporazzjoni jew kumpanniji li l-Gvern għandu sehem fihom bħala arretrati fil-ħlas tal-PAYE/FSS. Minħabba d-dispożizzjoni ta’ segretezza, id-Dipartiment tat-Taxxi Interni ma jistax jagħti dettalji ta’ l-entitajiet rispettivi.
Leg 10 PQ #14266 Sitting 361 2006-03-06 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Assemblea Parlamentari tal-EuroMed

Question

Jista’ il-Ministru jagħti ħjiel, wara l-interpellanza tiegħi 7013, jekk ġiex deċiż li l-Assemblea Parlamentari tal-EuroMed ikollha sede permanenti jew le?

Response (FRENDO, MICHAEL)

B'referenza għad-domanda numru 14266 nixtieq ninforma li m'hemm ebda kambjament mir-risposta li jien tajt għall-interpellanza numru 7013. Ma ttieħdet ebda deċiżjoni sabiex jitwaqqaf Segretarjat Permanenti għall-Assemblea Parlamentari Ewro Mediterranja. Anzi nżid li l-Istatut ta' din l-Assemblea jipprovdi mod ieħor kif ġej: Rule 14 Secretariat The Bureau and the other bodies of the Assembly shall be assisted in the preparation, proper conduct and follow-up of the Assembly's work, by a small-scale Secretariat composed of staff from each of Parliaments represented in the Bureau and coordinated by the staff member from the parliament whose representative in the Bureau holds the Presidency at the time.

Awtorita' Maltija tar-Riżorsi — Alternative energy sources

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk l-Awtorita’ Maltija tar-Riżorsi applikatx għal xi għajnuna oħra mill-Unjoni Ewropea dwar il-viabilita' ta' alternative energy sources, wara li fl-2002 it-talba tagħha kienet ġiet rifjutata?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tingħata f'xi seduta oħra.

Capital transfer duty

Question

Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' capital transfer duty li tħallas lill-gvern din is-sena u s-sena l-oħra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li sal-31 ta’ Diċembru 2004 tħallsu Lm36,793,799 waqt li sal-15 ta’ Settembru 2005 thallsu Lm27,227,842.

Cruise liners

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm-il cruise beda minn Malta u spiċċa Malta fis-snin 2002, 2003, 2004 u 2005?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta' cruise liners li mbarkaw u żbarkaw passiġġieri f'Malta huwa hekk: Sena Numru ta' Cruise Liners 2002 69 2003 85 2004 61 2005 79

Ksur tal-liġi tal-VAT

Question

Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm persuni tressqu l-qorti fis-snin 2003, 2004 u 2005 fuq ksur tal-liġi tal-VAT? Kemm weħlu komplessivament f'termini ta' multa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-persuni li tressqu l-Qorti fuq allegat ta’ ksur tal-liġi tal-VAT u kemm weħlu komplessivament f’termini ta’ multi huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Qrati — Kawżi mhux appuntati

Question

Jista’ il-Viċi Prim Minsitru jgħid kemm kawżi għadhom mhux appuntati fid-data li tiġi mwieġba din l-interpellanza?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' kawżi pendenti sabiex jiġu appuntati sal-31 ta' Jannar 2006 huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

EU — Programm Youth

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kienu l-proġetti li ġew sottomessi minn Malta taħt il-kappa tal-programm "Youth" ta' l-Unjoni Ewropea f'dawn l-aħħar sentejn, sena b'sena, u x'kienu l-eżiti tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Servizz ta' internet

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li għandhom is-servizz ta' l-internet f'pajjiżna, fl-aħħar ħames snin u sena b'sena, mingħand kumpaniji reġistrati lokalment bħala internet service providers?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta' Internet Subscribers huwa ta' 88,145. Jien infurmat ukoll li Internet Subscribtions matul dawn l-aħħar ħames snin kienu kif ġej: Sena Internet Subscriptions 2001 51,343 2002 67,001 2003 78,260 2004 87,870 Sa Settembru 2005 88,145 22 subscribers per 100 inhibitants.

Djar ta' l-anzjani — Anzjani rikoverati

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm daħlu anzjani fi djar ta' anzjani tal-Gvern u f'San Vincenz de Paule fis-snin 2003, 2004 u 2005, maqsuma skond id-dar/sptar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-snin imsemmija anzjani fi Djar tal-Anzjani u f'San Vinċenz de Paul daħlu kif ġej: Sena 2003 2004 2005 Anzjani Anzjani Anzjani Bormla 14 48 22 Floriana 13 11 5 Gżira 7 8 3 Mosta 14 17 14 Msida 8 11 8 Mtarfa 20 28 27 Żejtun 124 35 32 San Vinċenz de Paul 321 301 285
Leg 10 PQ #14264 Sitting 360 2006-03-01 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Programm Media

Question

Jista’ il-Ministru jikkonferma li fi ħdan il-Ministeru tiegħu twaqfet taqsima biex tieħu ħsieb il-programm Media ta' l-Unjoni Ewropea, u jekk iva x'inhi l-mansjoni ta' tali programm?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura applika għall-fondi għall-operat għall-uffiċċju tal-Media għal din is-sena. Il-fondi li ngħataw huma ta’ madwar €35, 500. Dawn ikopru ħamsin fil-mija tal-budget. Dawn il-fondi qegħdin jintużaw sabiex jkun hemm persuna illi tieħu ħsieb l-immaniġġjar tal-uffiċċju li jaqa’ fi ħdan id-direttorat ghall-affarijiet ta’ l-UE u Żvilupp ta’ Policy. L-uffiċċju għandu r-responsabbiltà li jinforma lin-nies li huma nteressati fil-qasam awdjovisiv permezz ta’ seminars li qedgħin jiġu organizzati, kreazzjoni ta’ sit tal-internet, publikazzjonijiet b’informazzjoni fuq il-programm, kif ukoll laqgħat fuq bażi ndividwali ma’ persuni li juru nteress f’din l-iskema. L-uffiċċju qiegħed ukoll jagħmel kuntatti ma’ msieħba privati u pubbliċi.

Korporazzjonijiet/kumpanniji — Arretrati

Question

Jista’ il-Ministru, fil-kuntest ta' l-Income Tax Management Act, jgħid jekk xi korporazzjonijiet jew kumpaniji li l-Gvern għandu sehem fihom kellhomx arretrati fil-ħlas ta' PAYE u kemm kienu l-arretrati għal kull enti?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Awtorita' tad-Djar — Operational and maintenance expenses

Question

Tista’ il-Ministru tgħid kemm intnefaq mill-awtorita’ tad-djar għal operational and maintenance expenses mis-sena 2000 sal-lum, sena b'sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

AFM — Proċeduri ta' dixxiplina

Question

Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm-il każ ta' proċeduri ta' dixxiplina ttieħdu fil-konfront ta' membri tal-forzi armati f'dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li n-numru ta’ kazijiet ta’ proċeduri ta’ dixxiplina (ġurisdizzjoni sommarja) li ttieħdu fil-konfront ta’ membri tal-Forzi Armati ta’ Malta f’dawn l-aħħar ħames snin kienu dawn: 2001 307 2002 186 2003 292 2004 355 2005 245

Awtorita' tad-Djar — Sussidji fuq kirjiet

Question

Tista’ il-Ministru tgħid kemm intnefaq mill-Awtorita’ tad-djar għal sussisdji fuq il-kirjiet tal-privat mis-sena 2000 sal-lum, sena b'sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.