Legislature:
Category:
Reset
Active:

Servizz pubbliku — Impjegati

Question

Jista’ il-Prim Ministru jikkwantifika l-ispiża ta' overtime imħallas lill-impjegati tas-servizz pubbliku dovut għal half days mis-sena 2003 'il hawn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-overtime imwettaq fix-xhur li fihom l-impjegati tas-Servizz Pubbliku jaħdmu bil-half days huwa kif jidher fit-tabella hawn taħt. Dan l-overtime ikun hemm bżonnu minħabba raġunijiet varji bħal xogħol urġenti li jinqala’ minn zmien għal żmien u xogħol ieħor li minħabba n-natura tiegħu jinħtieġ sigħat itwal biex jitwettaq. Sena LM 2003 1,704,292 2004 2,426,164 2005 2,014,692

Tribunal tal-Konsumatur — Ħlas ta' kumpens għal danni materjali

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kienu l-każi li fihom negozjanti jew ditti ġew ordnati jħallsu kumpens għal danni materjali l-konsumaturi mit-Tribunal tal-Konsumatur fl-aħħar ħames snin?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-każi li fihom negozjanti jew ditti ġew ordnati jħallsu kumpens għal danni materjali l-konsumaturi mit-Tribunal tal-Konsumatur fl-aħħar ħames snin, sena b'sena kienu hekk: 2000 120 każ 2001 138 każ 2002 137 każ 2003 150 każ 2004 141 każ 2005 302 każ

MCAST

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm ġew investiti flus fl-MCAST fl-aħħar tliet snin u kemm minnhom kienu minn fondi ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bejn l-2002 u l-2005 il-Gvern investa kważi Lm16 il-miljun (Lm15,980,533) maqsumin bejn Lm12,427,010 fi spiża Rikorrenti u Lm3,553,523 fi spiża kapitali. Minn din l-ispiża Lm378,397 ġejjin minn fondi taħt xi programm ta' L-Unjoni Ewropea.

Forzi Armati — Suldati

Question

Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' suldati li huma detailed biex iħarsu l-immigranti rregolari f'pajjiżna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li n-numru ta’ suldati li huma detailed biex iħarsu l-immigranti rregolari f’pajjiżna huwa ta’ 123 (ħames uffiċjali u mija u tmintax-il raġel).

Char-a-bancs

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru tal-karrozzi tal-linji fl-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-permessi eżistenti tal-karozzi tal-linja huwa dak ta' 508. Dawn il-permessi ilhom hekk, bla tnaqqis jew żieda għall-ammont kbir ta' snin.

Job experience scheme

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm żgħażagħ li ħadu sehem fil-job experiene scheme ġew miżmuma biex jaħdmu permanentement mill-employer tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li 78 il-żgħażugħ spiċċaw il-Job Experience Scheme, fejn 39 individwu qabdu jaħdmu. 6 minnhom bdew l-impjieg tagħhom ma' l-istess employer.

Tħawwil ta' siġar

Question

Jista’ il-Ministru jindika l-ammont ta' siġar li ġew imħawla din is-sena, il-lokalitajiet fejn tħawlu u t-tip tagħhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li numru ta’ siġar ġew imħawla mill-Environmental Landscaping Consortium (ELC) din is-sena minkejja l-maltemp kontinwu. Dawn is-siġar ġew imħawla f'diversi postijiet fosthom il-Pinetum tal-Pietà, Xrobb l-Għaġin u triqat ċentrali. It-taħwil jikkonsisti f’: Siġar 1,148 Arbuxel 5,446 Pjanti staġjonali 22,631 Minn naħa tas-Sezzjoni għall-Park, Afforestazzjoni u r-Restawr tal-Kampanja din is-sena ġew imħawlin f’diversi nħawi : Siġar 4,472 Arbuxel 1,161

Tribunal tal-Konsumatur — Każi deċiżi

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każi deċiżi mit-Tribunal tal-Konsumatur fl-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta' każi deċiżi mit-tribunal tal-Konsumatur fl-aħħar ħames snin, sena b'sena kienu hekk: 2000 142 deċiżjoni 2001 164 deċiżjoni 2002 167 deċiżjoni 2003 188 deċiżjoni 2004 162 deċiiżjoni 2005 333 deċiżjoni

Xiri ta' kotba mil-libreriji

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jindika l-ammont ta' flus minfuq fuq xiri ta' kotba din is-sena mil-libreriji lokali b'mod nazzjonali u mil-libreriji fir-raba’ distrett, lokal b'lokal?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta' flus minfuq fuq xiri ta' kotba fis-sena 2005 kien kif ġej: (i) libreriji lokali b'mod nazzjonali kien ta' Lm6,731.93 (ii) libreriji fir-raba' distrett kien ta' Lm833.26 maqsuma hekk Għaxaq Lm120 Gudja Lm713.26

Tribunal tal-Konsumatur — Ħlas ta' danni morali

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kienu l-każi li fihom ġew ordnati jitħallsu danni morali l-konsumaturi mit-Tribunal tal-Konsumatur fl-aħħar ħames snin?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-każi li fihom ġew ordnati jitħallsu danni morali l-konsumatur mit-Tribunal tal-Konsumatur fl-aħħar ħames snin sena b'sena kienu hekk: 2000 3 każi 2001 3 każi 2002 1 każ 2003 4 każi 2004 3 każi 2005 5 każi

Ħaddiema tat-tarznari

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' ħaddiema fiż-żewġ tarznari llum? Kemm minnhom huma taħt il-35 sena u 'l fuq minn 35 sena?

Response (GATT, AUSTIN)

In-numru ta' ħaddiema fil-Malta Shipyards hu ta' 1750 li minnhom 407 għandhom 35 sena jew inqas, fil-waqt li l-kumplament, jiġifieri 1343 huma 'l fuq minn 35 sena.

Bastimenti bil-bandiera Maltija

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' bastimenti li ġew reġistrati taħt il-bandiera Maltija din is-sena u x'inhu t-tunnellaġġ tagħhom? Xi kemm hu t-total allura ta' tunnellaġġ reġistrat sal-lum?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta' bastimenti li ġew reġistrati matul is-sena 2005 taħt il-bandiera Maltija kien ta' 675, b'tunellaġġ gross ta' 4,203,472. Sal-31ta' Diċembru 2005 kien hemm total ta' 4,104 bastiment reġistrat taħt il-bandiera Maltija b'tunnellaġġ gross ta' 24,186,698.

ETC — Raba' distrett elettorali

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' dawk li qed jirreġistraw taħt Part 1 ma' l-ETC li huma mir-raba’ distrett elettorali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li skond il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, kien hemm 610 persuni li kienu qed jirreġistraw taħt l-Ewwel Parti tar-reġistru f’ Jannar 2006 u li huma mir-raba’ distrett elettorali. Filwaqt li kien hemm 2,534 persuni mir-raba’ distrett elettorali li bdew jaħdmu s-sena l-oħra (2005).

Ksur ta' liġi tal-VAT

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li l-multa imposta fuqhom taħt il-liġi tal-VAT ġiet konvertita f'ħabs minħabba li ma ħallsuhiex fl-aħħar ħames snin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul l-aħħar ħames snin, u ċioe' bejn l-2001 u 2005, id-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi irċieva ħamsa u tmenin (85) referral ticket mill-Qorti ta' multi tal-VAT mibdula f'ħabs. Jista' jkun il-każ li persuna jkollha aktar minn referral ticket wieħed.

Persuni bis-sick leave

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhu l-average number tan-nies li jirrapportaw sick kuljum? Dan x'persentaġġ hu mill-working population?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li, skond it-talbiet għall-benefiċċju għall-mard li jirċievi d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali, n-numru medju tan-nies li rrappurtaw morda kuljum matul l-2005 kien 652. Ninsab infurmata wkoll li dan in-numru jirrapreżenta 0.47% tal-figura tal-gainfully occupied population skond l-Economic Survey ta' Jannar - Settembru 2005.