Legislature:
Category:
Reset
Active:

Vetturi

Question

Jista’ il-Ministru jindika n-numru ta' vetturi li hawn reġistrati u li għandhom iktar minn 25 sena u iktar minn 30 sena? X'persentaġġ jikkostitwixxi tal-vetturi kollha reġistrati f'Malta u Għawdex?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Fit-tweġiba li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tidher tabella bin-numru ta’ vetturi skond it-tip li qabżu l-25 sena u t-30 sena minn meta ġew reġistrati hawn Malta. Dawn jagħtu persentaġġ ta’ 7.44% għal dawk li għandhom aktar minn 25 sena u 3.73% għal dawk li għandhom aktar minn 30 sena.

Awtorita' tad-Djar — Skema ta' shared ownership

Question

Tista’ il-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' koppji miżżewġa, nies jgħixu waħedhom u persuni separati li applikaw għall-iskema ta' shared ownership ta' l-Awtorita’ tad-Djar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel — Assenteiżmu

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' studenti fl-iskejjel primarji u sekondarji li jassentixxu ruħhom f'ġurnata waħda?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat hekk: Skejjel In-numru ta' studenti li ma marrux skola għal ġurnata waħda biss fix-xhur indikati hi :- Jannar 2006 Frar 2006 Primarji 3,254 3,203 Sekondarji 3,369 3,630 TOTAL 6,623 6,833

Ċentri tas-saħħa — Siringi

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' siringi li ngħataw miċ-ċentri tas-saħħa, wieħed b'wieħed, is-sena l-oħra u din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total tas-sirngi li tqassmu miċ-Ċentri tas-Saħħa, lil pazjenti li jabbużaw mid-droga matul is-sena 2004 u s-sena 2005 rispettivament huma kif ġej: Ċentru tas-Saħħa 2004 2005 Furjana 44986 51147 Qormi 17161 12335 Gżira 47369 50636 Raħal Ġdid 63600 56300 Bormla 15327 21000 Mosta 21143 20975 Rabat 7582 7818

Klandestini

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' klandestini li applikaw għal status ta' refuġjat fis-snin 2004 u 2005 u kemm minnhom ġew milqugħa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' persuni li waslu Malta fuq dgħajjes u li applikaw għal status ta' refuġjat u ngħataw protezzjoni fis-snin 2004 u 2005 hu kif ġej: 2004 Applikazzjonijiet - 859 Rikonoxxuti bħala refuġjati - 8 Ingħataw protezzjoni umanitarja - 548 2005 Applikazzjonijiet - 1,060 Rikonoxxuti bħala refuġjati - 7 Ingħataw protezzjoni umanitarja - 481

Public cleansing department

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm daħlu telefonati fuq il-freephone tal-public cleansing department imniedi sabiex jiġi rrapportat rimi ta' skart f'postijiet mhux awtorizzati u għalhekk mormi illegalment?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li matul is-sena 2005 daħlu 705 telefonata fuq il-freephone tad-Dipartiment għas-Servizzi ta' l-Indafa sabiex jiġi rrappurtat rimi ta' skart f'postijiet mhux awtoriżżati, filwaqt li matul ix-xhur Jannar u Frar ta' l-2006 daħlu 118 telefonata.

Public cleansing department

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm hu kkalkulat li hu l-ammont ta' skart li l-public cleansing department ġarr u neħħa din is-sena minn siti fejn intrema kontra l-liġi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li matul is-sena 2005 (Jannar sa Diċembru) id-Dipartiment għas-Servizzi ta' l-Indafa ġabar 19,807 tunnellata ta' skart mormi llegalment.
Leg 10 PQ #14313 Sitting 367 2006-03-20 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Heritage Malta

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm daħlet flus Heritage Malta minn kiri ta' postijiet storiċi għall-attivitajiet privati s'issa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li bejn Jannar 2004 u Awissu 2005 Heritage Malta daħlet Lm 12,175 minn kiri ta' postijiet storiċi għall-attivitajiet privati.
Leg 10 PQ #14314 Sitting 367 2006-03-20 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Heritage Malta

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm-il darba din is-sena u s-sena l-oħra ġew mikrija postijiet storiċi minn Heriage Malta għall-attivitajiet privati?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li matul l-2004 Heritage Malta kriet postijiet storiċi għall-attivitajiet privati għal 19-il darba, filwaqt li bejn Jannar u Awissu 2005 ġew mikrija postijiet storiċi għal 20 darba.

MFSA — Regolamenti għal banek

Question

Jista’ il-Prim Ministru jgħid x'kienu l-iżviluppi, sad-data li tiġi mwieġba din l-interpellanza, wara li f'Awissu 2005 l-MFSA ġiet mitluba tabbozza regolamenti għal banek fuq self ta' flus għal xiri ta' proprjeta’?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq nippreċiża lill-Onor Interpellant, illi l-Gvern kien esprima ħsieb dwar iż-żieda qawwija fil-prezz tal-proprjeta’, u li kien talab lill-MFSA sabiex tistudja x’impatt jistgħu qed ikollhom il-klawsoli u il-kndizzjonijiet offruti mill-banek lokali lill-klijienti tagħhom meta dawn jisselfu flus sabiex jixtru proprjeta’. Il-Gvern qiegħed għalissa jsegwi s-sitwazzjoni u għadu ma ħax deċiżjoni speċifika jekk għandhomx jiġu introdotti xi regolamenti jew imposti xi restrizzjonijiet, għax wara kollox Malta tħaddem sistema ta’ suq liberu fejn supply u demand jilgħabu rwol importanti. Fil-frattemp, il-Ministeru tal-Finanzi kellu diskussjonijiet mal-MFSA dwar din il-matrja u l-MFSA bħalissa qegħda tipprepara rapport li ser jinkludi suġġerimenti sabiex jgħin il-Ministeru jistudja aħjar x’miżuri jistgħu jew għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet, inklużi jekk hemmx ħtieġa ta’ regolamenti li jesiġu li self għal xiri ta’ proprjeta’ isir fuq kundizzjonijiet aktar ristretti. L-MFSA mistennija tippreżenta r-rapport u s-suġġerimenti tagħha fil-futur qarib.

CCF — Detenuti

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm detenuti fil-faċilita’ korrettiva ta' Kordin maqsumin skond dawk sentenzjati u dawk le u skond dawk Maltin u dawk barranin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fl-14 ta' Marzu 2006 kien hemm tlett mija u wieħed u tletin (331) il-persuna li qed jinżammu fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin. Kien hemm:- Maltin 174 sentenzjati u 48 arrestati Barranin 57 sentenzjati u 52 arrestati

Awtorita' tad-Djar — Sussidju fuq kirjiet

Question

Tista’ il-Ministru tgħid kemm kien l-ammont ta' sussidju fuq kirjiet li l-Awtorita’ tad-Djar ħallset fl-aħħar ħames snin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Barranin b'impjiegi hawn Malta

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jindika n-numru ta' barranin li mill-1 ta' Mejju 2004 'il hawn applikaw biex jaħdmu Malta? Għal liema ġeneru ta' xogħol applikaw ċittadini li gejjin minn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-responsabbilita' għall-ħruġ ta' liċenzji ta' impjieg (work permits) għaddiet lill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ. Għalhekk huwa mitlub li jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.

Każi ta' naso-pharynx cancer

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każi ta' naso-pharynx cancer din is-sena u s-sena l-oħra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

It-tabella ta' hawn ta' taħt turi n-numru ta' każijiet ta' nasopharyngeal cancer irreġistrati fir-Reġistru Nazzjonali tal-Kanċer, sena b'sena mill-2001 sal-2004. Sena Numru ta' Każijiet 2001 7 2002 9 2003 6 2004 (proviżżorju) 8
Leg 10 PQ #14302 Sitting 366 2006-03-15 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Tourists areas

Question

Jista’ il-Ministru jgħid liema huma l-main tourist areas, secondary tourist areas u/jew non-tourist areas f'Malta u Għawdex, kif indikat fit-tweġiba għall-interpellanza 6115?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Gvern kien identifika sitt żoni turistiċi li qed jingħataw prijorità f’xogħol ta’ tisbiħ. Dawn is-sitt żoni huma: il-belt Valletta u ż-żona tal-Port il-Kbir; tas-Sliema, San Ġiljan u Paceville; Buġibba, l-Qawra, l-Mellieħa, Golden Bay u l-Marfa; l-Imdina, r-Rabat, Ħad-Dingli, Ta’ Qali u l-Buskett; Għawdex; u l-ibħra kostali.

Għawdex — Kontravvenzjonijiet maħruġa mill-wardens

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kontravvenzjonijiet li ġew maħruġa mill-wardens f'Għawdex relatati ma' ksur tar-regolamenti tat-traffiku fl-aħħar sentejn, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' kontravvenzjonijiet li ġew maħruġa mill-Gwardjani Lokali f'Għawdex relatati ma' ksur ta' regolamenti tat-traffiku kien hekk: Sena 2004 19,991 Sena 2005 (sa Novembru) 11,125

Libreriji pubbliċi/reġjonali

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jindika l-ammont ta' flus minfuqa din is-sena fuq xiri ta' kotba ġodda mil-libreriji pubbliċi u minn kull waħda mil-libreriji reġjonali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2005, il-Libreriji Friegħi nefqu bejniethom total ta' Lm4,106.74c f'xiri ta' kotba ġodda. L-infieq kien kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għawdex — Ksur ta' regolamenti tat-traffiku

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' Maltin, in-numru ta' Għawdxin u ta' dawk barranin li ġew immultati mill-wardens f'Għawdex għal ksur tar-regolamenti tat-traffiku fl-aħħar sentejn, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' Maltin, Għawdxin u barranin li ġew immultati mill-Gwardjani Lokali f'Għawdex għal ksur ta' regolamenti tat-traffiku fl-aħħar sentejn kien dan: 2004 2005 (sa Novembru) a. ID Cards bl-"M" 8,816 5,244 b. ID Cards bil-"G" 9,679 5,029 c. Foreign ID Cards 1,495 851 Total 19,990 11,124

Proġetti ta' tisbih

Question

Jista’ il-Ministru jindika l-ammont ta' flus li kull proġett ta' tisbih jew titjib sewa lill-gvern din is-sena lokalita’ b'lokalita’? Liema huma dawk il-lokalitajiet li bħalissa għadu għaddej ix-xogħol fuqhom? F'kull każ, minn liema dipartiment huma l-ħaddiema?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-ammont ta’ flus li ntefqu fuq kull proġett matul is-sena 2005 huwa kif indikat hawn taħt:- Xogħlijiet ta’ tisbih u titjib Nefqa (Lm) Xarolla, Żurrieq 777.48 Il-Ġnien ta’ l-Imqabba 22,882.41 Il-Pjazza tal-Mellieħa 5,440.00 Il-Ġnien Pubbliku taż-Żurrieq 25,908.45 Il-Ġnien ta’ Hastings 80,744.00 L-Akwadotti ta’ Ħal Balzan/Birkirkara 16,611.00 St. Mary Street, Żurrieq 14,330.00 It-tieni fażi tax-Xgħajra 19,072.00 Xogħol ta’ tisbiħ minn Ħal Luqa sal-Belt 31,343.00 Xemxija 13,453.00 Paceville (pagamenti pendenti li saru fit-2005) 93,913.00 Dawn il-proġetti għadhom għaddejjin ix-xogħlijiet fuqhom:- · Il-Ġnien ta’ Hastings · L-Akwadotti ta’ Ħal Balzan/Birkirkara · It-tieni fażi tax-Xgħajra · Xogħol ta’ tisbiħ minn Ħal Luqa sal-Belt · Xemxija Il-ħaddiema huma kollha mid-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni fit-Taqsima tax-Xogħlijiet.

MEPA — Draft Local Plan

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' reazzjonijiet jew kummenti li l-MEPA rċeviet wara l-pubblikazzjoni tad-Draft Local Plan għan-Nofsinhar ta' Malta?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li n-numru ta' sottomissjonijiet bil-miktub li rċeviet l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) wara l-pubblikazzjoni tad-Draft Local Plan għan-Nofsinhar ta' Malta kien ta' 573. Ma’ dawn wieħed irid jikkunsidra wkoll il-kummenti li saru waqt il-laqgħat pubbliċi bħala parti mill-konsultazjoni pubblika. Madwar sittin persuna għamlet kumment waqt dawn il-laqgħat.