Legislature:
Category:
Reset
Active:

MEPA — Enforcement actions

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' enforcement actions mill-MEPA meħuda f'siti ta' kostruzzjoni fejn hemm l-industrija tat-turiżmu jew areas turistici?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Membru jispeċifika jekk hux qed jirreferi għaz-zoni turistiċi kif delineati mill-Ministeru tat-Turiżmu.

Gudja — Zebra Crossing

Question

Jista' il-Ministru jara li jitwaħħlu mill-iktar fis dwal fuq iz-zebra crossing ta' ħdejn il-football ground tal-Gudja, quddiem il-Palazz ta' Bettina?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita' dwar it-Trasport se tagħmel spezzjoni fuq din iz-zebra crossing hawn fuq imsemmija biex ikunu jistgħu jittieħdu l-azzjonijiet meħtieġa.

Proġett "Anzjani u Tfal għal Xulxin"

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x'inhuma r-riflessjonijiet jew konklużjonijiet li jistgħu isiru wara l-proġett esperiment “Anzjani u Tfal għal Xulxin” tas-sajf 2005?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li b’ referenza għal mistoqsija Parlamentari 14327 li l-għan ta’ dan il-proġett kien li jqarreb lit-tfal u l-anzjani dejjem aktar lejn xulxin. F’dan il-proġett ittellgħu numru ta’ attivitajiet dwar esperjenzi li għaddew minnhom l-anzjani. Barra min dan, kien hemm numru ta’ professjonisti mir-residenza li żaru Ċentri ta’ Skolasajf biex ikellmu lill-istudenti dwar l-anzjani u l-operat tad-djar ta’ l-anzjani. B’riżultat ta’ dan il-proġett sar ħafna bdil ta’ idejat miż-żewġ partijiet u kien suċċess. Tant hu hekk, li f'Settembru ittellgħat wirja f’San Vinċenz fejn it-tfal u l-anzjani esibew xogħol li kien sar waqt dawn iż-żjarat. B'riżultat ta' dan il-proġett beda proġett ieħor bl-isem Nibnu Pont li qed isir b'kollaborazzjoni mal-Malta Girl Guides li huwa mifrux kemm f'San Vinċenz kif ukoll fil-Homes kollha li l-Gvern għandu fil-Komunita'. Fl-istess ħin għadhom għaddejjin diskussjonijiet mad-Diviżjoni tal-Edukazzjoni biex tfal minn skejjel tal-Gvern ukoll ikunu jistgħu jipparteċipaw f'proġett simili.

Djar rekwiżizzjonati

Question

Tista’ il-Ministru tgħid kemm ġew derekwiżizzjonati postijiet u f'liema lokalitajiet kienu fis-snin 2003, 2004 u 2005? X'inhu bħalissa n-numru ta' djar rekwiżizzjonati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub fl-ewwel parti tal-Mistoqsija hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmata wkoll li preżentement hemm 8151 post kopert b'rekwiżizzjoni.

Barrakka ta' Fuq — Riċevimenti ta' tiġijiet

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' riċevimenti ta' tiġijiet li saru fil-Ġonna tal-Barrakka ta' Fuq s'issa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2005 il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent irċieva żewġ talbiet għal riċevimenti ta’ tieġijiet fil-ġonna tal-Barrakka ta’ Fuq. Dawn it-tnejn ġew aċċettati, pero' waħda mill-applikanti irtirat l-applikazzjoni. B'hekk s'issa sar tieġ wieħed biss.

Barrakka ta' Fuq

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm jinħtieġu flus biex jiġi mantenut il-Ġnien tal-Barrakka ta' Fuq?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-istima għall-manutenzjoni tal-Ġnien tal-Barrakka ta' Fuq hija ta' madwar LM 30,000 kull sena.

Burdnara

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' burdnara fl-aħħar għaxar snin?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-liċenzji għall-burdnara jiġu maħruġa mid-Dipartiment tad-Dwana. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Qtugh mill-benefiċċji soċjali

Question

Tista’ il-Ministru tgħid kemm persuni nqatgħalhom xi benefiċċju soċjali minħabba li nqabdu jabbużaw mis-sistema fis-snin 2003, 2004 u 2005? Xi kemm iffranka flus il-gvern bl-iskoperta ta' dawn l-abbużi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmata wkoll li n-numru ta’ każijiet għas-sena 2003, mogħtija f’Seduta Numru 182 bi Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7131, kellu jaqra 346.

Talbiet għall-impjieg mis-servizz pubbliku

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm saru talbiet għall-impjieg matul is-sena 2004 u 2005 mis-servizz pubbliku minn enti statutorji u mis-settur privat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat hekk: Talbiet għall-Impjieg Enti Statutorji Servizz Pubbliku Settur Privat Total Jannar sa Diċembru 2004 1,040 29 6,470 7,539 Jannar sa Diċembru 2005 881 81 7,007 7,969

Kunsilli lokali — Ħaddiema tal-gvern

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema tal-gvern attached ma' kull kunsill lokali u jekk hemmx talbiet pendenti minn xi kunsilli lokali għall-ħaddiema tal-gvern?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-preżent hemm 40 ħaddiema tad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet assenjati mal-Kunsilli Lokali. Saret talba mill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali sabiex il-45 ħaddiema li ssejħu lura mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura jerġgħu jiġu assenjati mal-Kunsilli Lokali rispettivi malli dawn itemmu l-proġett li għalih kienu ġew imsejħa lura.

Immigrazzjoni llegali

Question

Wara ż-żjara tal-Kummissarju Frattini, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma l-proġetti li Malta issottomettiet jew se tissottometti lill-Kummissjoni Ewropea għal għajnuna mill-Unjoni Ewropea in materja tal-kriżi ta' l-immigrazzjoni llegali li qed tolqotna?

Response (BORG, TONIO)

Minn wara ż-żjara tal-Kummissarju Frattini, Malta issottomettiet numru ta’ proġetti għall- għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-programmi ‘RETURN – preparatory actions’ u l-ARGO. ‘Return – preparatory actions’ Malta għamlet talba għall-fondi sabiex jitħallsu 80% tan-nefqa għar-ripatriju ta’ 185 immigrant illegali li ġew mill-Afrika ta’ Fuq. Malta, flimkien ma’ l-Italja u l-‘International Organisation for Migration’ (IOM), issottomettiet proġett li jindirizza b’mod partikolari r-ripatriju ta’ immigranti llegali lejn l-Eġittu, l-Libja u n-Niġerja. Flimkien ma’ l-Belġju, Franza u l-Ġermanja, Malta issottomettiet proġett sabiex tkun stabbilita koperazzjoni mar-Republika Demokratika tal-Kongo bl-għan li jitwaqqaf proċess effiċjenti ta’ identifikazzjoni u repatriju ta’ immigranti llegali mir-Repubblika Demokratika tal-Kongo. Mal-Ġermanja, Malta issottomettiet proġett għall-finanzjament ta’ titjiriet magħrufa aħjar bħala ‘joint flights’ li permezz tagħhom jiġi iffaċilitat ir-repatriju ta’ immigranti llegali li joriġinaw mill-Punent ta’ l-Afrika. ARGO Malta issottomettiet proġett sabiex jitħallsu 80% tan-nefqa fuq il-bini u xogħol ta’ manutenzjoni f’ċentri ta’ accommodazzjoni partikolarment f''Lyster Barracks’ u ‘Safi Barracks’. Flimkien ma’ l-Olanda, Malta issottomettiet proġett li jkopri t-taħriġ għall-uffiċċjali inkarigati miċ-ċentri ta’ akkommodazzjoni. Dan il-proġett jaħseb ukoll għar-‘resettlement’ fl-Olanda ta’ numru ta’ refuġjati minn Malta.

Proġett intitolat "Anzjani u Tfal għal Xulxin"

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal li ħadu sehem fil-proġett lodevoli "Anzjani u Tfal għal Xulxin"?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ tfal li ħadu sehem fil-proġett “Anzjani u Tfal għal Xulxin” kien 130.

Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Tista’ il-Ministru tgħid kemm id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali kellu djar tajbin biex jiġu allokati fl-aħħar tas-sena 2003, 2004 u 2005?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali alloka 218 post fl-2003, 155 post fl-2004 u 145 post fl-2005.

Tilwim industrijali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm tilwim industrijali mill-GWU, l-UHM , l-MUT u l-gvern tal-ġurnata bejn is-snin 1980 u 2000? X'kien il-każ tat-tilwima u kemm minn dan it-tilwim irriżulta f'azzjoni industrijali?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorita' tad-Djar — Sussidju tal-kera

Question

Tista’ il-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' applikanti għall-iskema tas-sussidju tal-kera mill-Awtorita’ tad-Djar fl-aħħar ħames snin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Dwar l-informazzjoni mitluba sa l-aħħar ta’ Settembru 2005, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 14961 f’Seduta Numru 310. Ninsab infurmata li matul il-perijodu, 1 ta’ Ottubru 2005 sal-14 ta’ Frar 2006, in-numru ta’ applikazzjonijiet għas-sussidju fuq il-kera li rċeviet l-Awtorita’ tad-Djar kien 149.

MEPA — High rise buildings

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għall-bini ta' high rise buildings quddiem il-MEPA? Meta daħlu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7134. L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ma rċevietx applikazzjonijiet oħra għal dan it-tip ta' żvilupp.

Awtorita' tad-Djar — Skema ta' shared ownership

Question

Tista’ il-Ministru tgħid kemm kienu l-applikanti għall-iskema ta' shared ownership li l-Awtorita’ tad-Djar nidiet f'Awissu 2005?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar irċeviet 648 applikazzjoni taħt Avviż Nru. 1 dwar Shared Ownership.