Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skola Sekondarja Ġuże' d'Amato — Għalliema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu dawk l-għalliema li kienu jgħallmu fl-iskola sekondarja Ġuże' d'Amato fis-sena skolastika li għaddiet (2004/2005) li talbu transfer, u kemm minn dawn l-għalliema effettivament ingħataw transfer?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għalliema li kienu jgħallmu fl-iskola sekondarja Ġuże' D'Amato fis-sena skolastika 2004/2005 li talbu transfer kienu tlettax u kien hemm sittax li ngħataw transfer.

Giovanni Curmi higher secondary

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti li jinsabu fl-ewwel u fit-tieni sena fl-iskola sekondarja għolja Giovanni Curmi higher secondary li qed jistudjaw l-istorja fil-livell ordinarju, intermedjarju u avanzat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat hekk: Livell Ordinarju Intermedjarju Avanzat L-Ewwel Sena 15 17 24 It-Tieni Sena N/A 8 18

Breast screening

Question

Jista' il-Ministru jgħid, fid-dawl tar-risposta għall-interpellanza tiegħi 36717 tal-11 ta' Novembru 2002, li l-pożizzjoni tas-saħħa fuq breast screening fuq bażi nazzjonali kellha tiġi evalwata fis-sena 2005, fiex wasal dan il-proċess illum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-evalwazzjoni interna tar-rapport dwar breast-screening qed tiġi konsidrata mill-Health Policy Board tal-Ministeru.
Leg 10 PQ #16530 Sitting 374 2006-04-04 Oral · Interim From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Żurrieq — Bars

Question

No question text.

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li hemm bar wieħed fiż-Żurrieq li għandu l-permess biex joħroġ imwejjed u siġġijiet barra. Dan huwa l-Step In Bar fi Triq Wied Ħoxt, Wied iż-Żurrieq u ilu jħallas dan il-permess minn Jannar ta' l-2003.

Raħal Ġdid — Proġett tax-Screiber

Question

Jista’ il-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani għal proġett tax-Screiber f'Raħal Ġdid? Meta se toħroġ is-sejħa għal proposti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-pjanti ta' dan il-proġett qed ikunu finalizzati. Qiegħed ukoll isir studju ta' vijabilita'. Kif jinħareġ il-permess, ikun jista' jinbeda' l-proċess ta' sejħa għall-offerti.

Cruise liners — Passiġġieri

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm passiġġieri ġew Malta bi cruise liners s-sena l-oħra u din is-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta' passiġġieri li ġew Malta bi Cruise Liners matul is-sena 2004 kien ta' 291,225, filwaqt li matul is-sena 2005 ġew 320,263 passiġġier.

Pulizija — Persuni jsuqu taħt l-influwenza tax-xorb

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni nstabu li kienu qed isuqu taħt l-influwenza tax-xorb fis-sena 2003, 2004 u 2005?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' sewwieqa li kellhom riżultat pożittiv wara li l-Pulizija għamlitilhom it-testijiet tan-nifs fuq suspett li kienu qed isuqu taħt l-influwenza ta' l-alkoħol fis-snin imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, huwa kif ġej: Sena Test pożittiv Irrifjuta jew test mhux komplut 2003 54 49 2004 48 59 2005 30 39

Kunsilli Lokali — Talbiet għal bozoz u floodlights

Question

Jista’ il-Viċi Prim Minsitru jgħid kemm hemm talbiet pendenti mill-kunsilli lokali għal bozoz u floodlights skond kull kunsill?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fil-listi li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Raħal Ġdid — Ċentru tas-saħħa

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li għamlu użu miċ-ċentru tas-saħħa ta' Raħal Ġdid fis-sena 2004 u 2005?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta' pazjenti li għamlu użu miċ-Ċentri tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid fis-sena 2004 u 2005 huwa ta' 307,380 u 287,552 rispettivament.

ETC — Vacancies

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' vacancies li l-ETC tipproċessa kull sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, proċessat dawn il-vacancies: Jannar 02 - Diċembru 02 - 7341 Jannar 03 - Diċembru 03 - 7292 Jannar 04 - Diċembru 04 - 7539 Jannar 05 - Diċembru 05 - 7969

Gwardjani Lokali — Ċitazzjonijiet

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ċitazzjonijiet li l-gwardjani lokali ħarġu xahar b'xahar fis-sena 2004 u 2005? Liema kien dak ir-regolament li l-iktar ġie miksur?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ ċitazzjonijiet li l-Gwardjani Lokali ħargu, xahar b’xahar, fis-sena 2004 u 2005 (sa Novembru) huwa kif ġej: 2004 Jannar24,151 Frar24,714 Marzu26,822 April27,836 Mejju27,444 Ġunju24,915 Lulju22,868 Awissu22,295 Settembru20,086 Ottubru23,557 Novembru23,691 Diċembru22,036 Total290,415 2005 Jannar25,038 Frar23,313 Marzu24,427 April25,773 Mejju24,697 Ġunju22,858 Lulju23,136 Awissu22,961 Settembru22,802 Ottubru24,869 Novembru19,168 Total259,042 L-aktar regolament tat-traffiku li ġie miksur kien: License not properly fixed on vehicle. License not affixed to windscreen. L-ammont ta’ dawn kien ta’ 65,058.

Każi quddiem il-kunsill mediku

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm-il każ ġie quddiem il-kunsill mediku għall-investigazzjoni dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li f'dawn l-aħħar ħames snin daħlu wieħed u erbgħin (41) każ għand il-Kunsill Mediku u dawn huma mqassmin hekk: Sena Nru. ta' Każijiet 2001 7 2002 5 2003 10 2004 12 2005 7

Special Market Policy Programme

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm ingħataw flus lis-sidien ta' l-irziezet Maltin taħt l-Ispecial Market Policy Programme għall-Agrikoltura Maltija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li bejn Lulju 2002 u Diċembru 2005 sidien ta’ l-irziezet tal-majjal, tal-bajd, tal-laħam tat-tiġieġ u tal-baqar ingħataw total ta’ 9.38 miljun liri Maltin f’sussidji taħt l-iSpecial Market Policy Programme for Maltese Agriculture (SMPPMA).

Kunsill mediku

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm-il sejbien ta' ħtija kien hemm mill-kunsill mediku fil-konfront ta' dawk li tressqu quddiemu f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li mill-każijiet kollha li tressqu quddiem il-Kunsill Mediku f'dawn l-aħħar ħames snin, s'issa kien hemm każ wieħed fejn it-tabib ġie misjub ħati.

Gambling outlets

Question

Jista’ il-Prim Ministru jgħid jekk gambling outlets għandhomx il-permess li jiftħu nhar ta' Ħadd?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-gambling outlets li għandhom permezz jiftħu nhar ta’ Ħadd huma il-casinos u bingo halls. Fil-każ tan-national lottery booths dawn għandhom permess jiftħu nhar ta’ Ħadd biss meta ikun hemm il-Grand Lottery.