Legislature:
Category:
Reset
Active:

Light heating oil

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk humiex isiru investigazzjonijiet dwar użu abbużiv li jista' ikun qed isir minn light heating oil?

Response (ZAMMIT, NINU)

M'hemm xejn xi nżid mar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20159.

Light Heating Oil

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma humiex isiru investigazzjonijiet dwar użu abbużiv li jista' ikun qed isir minn light heating oil? Jekk iva, fiex waslu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi ma qiegħda tmexxi l-ebda investigazzjoni fuq l-użu abbużiv tal- light heating oil .

Kordin — Mera fis-central strip

Question

Jista' il-Ministru jara li l-mera miksura li hemm fis-central strip fi Triq l-Għolja ta' Kordin, faċċata ta' l-iskola Liċeo San Ġużepp f'Raħal Ġdid u l-MCAST (faċċata tal-Moskea) tiġi mibdula minħabba r-riskju kbir għas-sewwieqa li jkunu ħerġin mill-parking area ta' l-iskola?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li rapport dwar il-mera sar lill-MSD u din se tiġi mibdula mill-aktar fis possibli.

Prezz tal-pitrolju

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta l-prezz tal-pitrolju sar ekwivalenti għall-prezz tad-diesel? X'kien, f'dak iż-żmien, il-bejgħ medju tal-light heating oil kull xahar u kemm hu l-bejgħ medju kull xahar tal-light heating oil illum?

Response (GATT, AUSTIN)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija ta' natura kummerċjali, għaldaqstant ma tistax tingħata.

Raħal Ġdid — Reception għall-mobile phones

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li l-awtorita' għall-komunikazzjoni waslulha diversi ilmenti mill-Vodafone u l-Go Mobile li r-reception għall-mobile phones fl-area ta' wara l-Moskea f'Raħal Ġdid marret lura drastikament dawn l-aħħar ġimgħat? Jista' jgħid jekk hux qed issir investigazzjoni u fiex waslet din l-investigazjzoni?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fil-ġimgħat li għaddew l-MCA irciviet xi lmenti mingħand iż-żewġ operaturi tat-telefonija ċellulari, jiġifieri il-Vodafone u l-Go Mobile dwar reception fqira fiż-żona qrib il-Moskeja f'Raħal Ġdid. Sar stħarriġ da parti tal-Frequency Investigation Unit fi ħdan l-MCA u dan b'koordinazzjoni maż-żewġ operaturi diġa msemmija, liema stħarriġ waslet biex din il-problema tiġi riżolta. L-MCA qed timmoniterja s-sitwazzjoni biex sa fejn hu possibli tevita li l-problema terġa tqum.

Gwardjani Lokali — Petizzjonijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru petizzjonijiet lill-bord tal-petizzjonijet minn deċiżjonijiet tal-gwardjani lokali sad-data li tiġi mwieġba din l-interpellanza? Kemm minnhom ġew deċiżi, rifjutata u milqugħa? X'kien l-aktar ilment komuni li fuqu sar appell?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant li tkopri sa l-10 ta' Mejju 2006, hija kif ġej: Numru ta' petizzjonijiet magħmula lill-Bord tal-Petizzjonijiet - 1,077 Numru ta' petizzjonijiet deċiżi - 698 Dawn kienu maqsuma hekk: rifjutati - 287 milqugħa - 375 parzjalment milqugħa - 29 ppreżentati darbtejn - 7 L-ilment l-aktar komuni kien dak relatat ma’ parking (298).

Raħal Ġdid — Proġett tax-Schreiber

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk fil-proġett maħsub tax-Schreiber f'Raħal Ġdid se jkunx hemm maħsub spazju għall-girl guides li sal-lum m'għandhomx saqaf fuq rashom fejn jiltaqgħu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pjanti tas-Schreiber qed ikunu konklużi f'dawn il-ġranet. Liema spazji fil-proġett ser jgħaddu lura f'idejn il-Gvern ser jiddependi mill-eżerċizzju ta' vijabilita' li qiegħed isir bħalissa wkoll.

Gudja — Zebra Crossing

Question

Jista' il-Ministru jara li jitwaħħlu mill-iktar fis dwal fuq iz-zebra crossing ta' ħdejn il-football ground tal-Gudja quddiem il-Palazz ta' Bettina?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita' dwar it-Trasport se tagħmel spezzjoni fuq din iz-zebra crossing hawn fuq imsemmija biex jkunu jistgħu jittieħdu l-azzjonijiet meħtieġa.

Servizzi finanzjarji

Question

Jista’ il-Prim Ministru jgħid, anke jekk b'mod approssimattiv, x'inhu u x'kien il-kontribut tas-servizzi finanzjarji bħala persentaġġ tal-GDP f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-tagħrif mitlub mill-Onor Membru hu kif jidher fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dar Arkati/Villa Messina

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' residenti f'Dar Arkati u Villa Messina li qed jirċievu għajnuna mingħand il-gvern bħala sussidju? Jista' jgħid ukoll fuq liema kriterju dawn qed jirċievu din l-għajnuna?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'Casa Arkati hemm 23 li qegħdin b'din l-Iskema waqt li f'Villa Messina hemm 56. Il-kriterji ta' dawn l-applikazzjonijiet huma l-istess bħal tad-Djar Residenzjali tal-Gvern.

Gudja — Zebra Crossing

Question

Jista' il-Ministru jara li jitwaħħlu mill-iktar fis dwal fuq iz-zebra crossing ta' ħdejn il-football ground tal-Gudja quddiem il-Palazz ta' Bettina?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Leg 10 PQ #16530 Sitting 376 2006-04-24 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Żurrieq — Bars

Question

Jista' il-Ministru jindika liema huma l-bars fiż-Żurrieq li għandhom il-permess ta' l-imwejjed u s-siġġijiet li jistgħu joħorġu barra u minn kemm ilhom iħallsu dawn il-permessi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 16530. Nixtieq nippreċiża li l-bar li rreferejt għalih fit-tweġiba li tajt qiegħed Wied iż-Żurrieq li jinsab fil-limiti tal-Kunsill Lokali tal-Qrendi.

Raħal Ġdid — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk Triq il-Baċir il-ġdid, Triq id-Dgħajjes, Triq l-Ibjar u Triq Pawlu Boffa, Raħal Ġdid (dik residenzjali) humiex responsabbilta' tal-gvern ċentrali jew tal-kunsill lokali biex isir asfaltar u l-manutenzjoni fuq l-istat ħażin ferm li jinsabu fih dawn it-toroq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Minn żmien għal żmien l-Awtorita' dwar it-Trasport titlob lill-Kunsilli Lokali jindikawla toroq li jkun jeħtiġielhom xogħol ta' kostruzzjoni u li jkunu responsabilita' ta' l-ADT. Mill-lista ta' toroq indikati, Triq l-Ibjar biss kienet fil-lista ta' toroq mitluba mill-Kunsill Lokali Paola għalhekk hu ovju li t-toroq l-oħra huma responsabilita' tal-Kunsill Lokali . L-Awtorita' dwar it-Trasport qiegħda fil-proċess li tikkonkludi l-lista ta' toroq li jeħtiġielhom xogħlijiet u f'dan l-eżerċizzju jkun verifikat jekk Triq l-Ibjar hijiex responsabilita' tal-ADT jew le.

Diviżjoni ta' l-Edukzzjoni — Proġett ta' riċerka TIMSS

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm se tiġi tiswa l-ispiża matul is-sena 2006 biex id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni tieħu sehem fil-proġett internazzjonali tar-riċerka TIMSS?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li għas-sena 2006, il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni ikkommetta is-somma ta' Lm28,000 biex id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tieħu sehem fil-proġett internazzjonali TIMSS - Trends In Mathematics & Science Study.

CCF — Għalliema

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kif jiġi deċiż liema suġġetti jiġu mgħallma fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin u kif jiġu mpjegati l-għalliema?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li minbarra s-suġġetti bażiċi bħal Malti, Ingliż u Matematika, jiġu mgħallma ukoll kull suġġett li jiġi mitlub mill-priġunieri wara li min jagħmel it-talba jiġi assessjat għall-kompetenza tiegħu fis-suġġett. L-għażla ta' l-għalliema li jiġu impjegati fuq part-time basis, hija f'idejn l-Education Co-ordinator.

Floriana — Ċentru tas-saħħa

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li għamlu użu miċ-ċentru tas-saħħa tal-Floriana fis-sena 2004 u 2005?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta' pazjenti li għamlu użu miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana fis-sena 2004 u 2005 huwa ta' 238,170 u 249,108 rispettivament.

Sptar San Luqa — Casualty department

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li għamlu użu mill-Casualty Department fl-isptar San Luqa fis-sena 2004 u 2005?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-Risposta tal-Mistoqsija Parlamentari numru 17900 tas-Seduta numru 372.