Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dokument oriġinali ta' l-Indipendenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dokument oriġinali ta' l-Indipendenza (dak li huwa f'idejn il-Prim Ministru Borg Olivier fil-famuż ritratt tal-21 ta' Settembru 1964) huwiex miżmum fil-Biblioteka Nazzjonali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-dokument oriġinali u uffiċjali ta' l-għoti ta' l-Indipendenza lill-Malta qatt ma kien miżmum fil-Biblijoteka Nazzjonali.

Raħal Ġdid — Traffic calming measures

Question

Jista' l-Ministru jissuġġerixxi lill-Awtorita' dwar it-Trasport sabiex ikun hemm traffic calming measures (bħal rumble lines jew sleeping policemen) fit-tarf t'isfel ta' Triq Palma, Raħal Ġdid peress li qed ikun hemm diversi vetturi li bl-ispeed eċċessiv li jkunu neżlin bih jibqgħu deħlin ġol-faċċati tad-djar u/jew fil-karozzi tar-residenti pparkjati?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku irriżulta li wara talba mill-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid ir-rumble strips li għalihom qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari kienu ġew approvati fid-19 ta ' Settembru 2006.

Ħal Tarxien — Traffic calming measures

Question

Jista' l-Ministru jissuġġerixxi lill-Awtorita' dwar it-Trasport sabiex ikun hemm traffic calming measures (bħal rumble lines jew sleeping policemen) fit-tarf t'isfel ta' Triq il-Kavallier Deguaras kantuniera ma' Triq Leonardu Abela, Ħal Tarxien peress li qed ikun hemm diversi vetturi li bl-ispeed eċċessiv li jkunu neżlin bih jibqgħu deħlin ġol-vetturi tar-residenti pparkjati fi Triq Leonardu Abela?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku, irriżulta li kien hemm talba mill-Kunsill Lokali Tarxien għal road humps fi Triq Kavallier Deguaras bid-data 7 ta’ Frar 2007. Fil-25 ta’ Marzu 2007 it-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku talbet lil Kunsill Lokali Tarxien sabiex jissottometti pjanta li turi l-post fejn il-kunsill kien qed jitlob għal tali road hump. Sal-lum, it-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku għadha ma rċivietx din l-informazzjoni mitluba.
Leg 10 PQ #25393 Sitting 519 2007-04-30 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Dokument ta' l-Indipendenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn huwa miżmum u jekk hux qed jintwera lill-pubbliku, id-dokument ta' l-Indipendenza ta' pajjiżna, liema dokument huwa muri fil-famuż ritratt tal-Prim Ministru Borg Olivier ixejru 'l folla miġbura fil-Furjana fil-21 ta' Settembru, 1964?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dokument oriġinali ta' l-Indipendenza huwa miżmum fil-Biblioteka Nazzjonali ta' Malta, u għalhekk nissuġġerixxi li din il-mistoqsija ssir lill-Ministru kkonċernat.

Kunsill Malti għall-Isport

Question

Jista' jkun daqstant ġentili l-Ministru u jintervjeni sabiex jiġu indirizzati numru ta' mistoqsijiet li numru ta' ħaddiema li jaħdmu mal-Kunsill Malti għall-Isport ( u li għandhom fixed term contract) għandhom dwar il-ġejjieni tagħhom fid-dawl tar-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea meta dawn il-kuntratti jiskadu (jew skadew)?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li qed issir ħidma fid-dawl tar-Regolamenti l-ġodda dwar il-kuntratt fuq zmien definit.

Pensjoni

Question

Tista' l-Ministru ġentilment tara jekk il-persuna minn Ħal Tarxien, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hix se tkun intitolata għal xi pensjoni meta jagħlaq il-61 sena dalwaqt peress li huwa kien għamel żmien emigrat l-Awstralja bejn l-1972 u l-1993?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.

Ħal Tarxien — Dar Aspinall

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 24835 u r-risposta li ngħatajt għaliha dwar Dar Aspinall f'Ħal Tarxien, peress li ġejt mitlub nindika l-indirizz ta' din id-dar, jista' l-Viċi Prim Ministru jinnota li din tinsab fi Triq Paola, Tarxien fejn qabel kien hemm l-Għassa tal-Pulizija, sabiex tkun tista' tiġi devoluta lill-kunsill lokali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li skond l-arkivji tat-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern il-proprjeta' li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant mhix tal-Gvern.

Bical

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta huwa maħsub li jiġi effetwat ħlas ieħor lid-depożitanti tal-Bical u kumpanniji oħra? B'mod partikolari, jista' jara għala persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għadu qatt ma tħallas lura ċenteżmu meta l-ammont li kien iddepożita, u li allura jrid jitħallas lura, huwa wieħed żgħir ħafna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Hal Tarxien — Dar Aspinall

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jkun daqstant ġentili u jgħidli jekk Dar Aspinall ġewwa Hal Tarxien hijiex proprjeta' tal-gvern jew le? Jekk iva, qatt saret xi talba mill-kunsill lokali għad-devoluzzjoni tagħha? Jekk le, jaqbilx miegħi li għandha tiġi devoluta lill-kunsill lokali, wara talba apposta, sabiex ikun jista' jsir użu minnha, kif mixtieq, mill-Għaqda Kultura u Armar tas-Soċjeta' Mużikali Maria Annunziata ta' Ħal Tarxien?

Response (BORG, TONIO)

L-Onorevoli Interpellant huwa ġentilment mitlub sabiex jagħti indikazzjoni aktar eżatta ta' fejn tinsab il-proprjeta' li qed jirreferi għaliha fil-mistoqsija.

Unjoni Ewropea — Boroz ta' studji

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx boroż ta' studju tal-Gvern Malti li studenti Maltin jistgħu japplikaw għalihom sabiex jagħmlu Masters fl-Inġinerija ġewwa Universita' fl-Unjoni Ewropea?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li studenti Maltin li huma eliġibbli biex japplikaw għal Malta Government Scholarship Scheme, jistgħu jagħżlu liema suġġett jixtiequ jistudjaw inkluż l-Inġinerija f'kull Universita' rikonoxxuta.

Aġenziji governattivi — Ħaddiema taħt kuntratt definittiv

Question

Jista' l-Prim Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid jekk dawk il-ħaddiema li jinsabu taħt definit contractma' aġenziji tal-gvern, fosthom il-kunsill Malti għall-isports u li qed jaħdmu fil-kumpless tal-pixxina nazzjonali, humiex se jsiru tal-post u jsirilhom kuntratt indefinit ta' impjieg? Jekk iva, jista' jagħti timeframesgħal dan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Avviż Legali 51/2007 jipprovdi sabiex ħaddiema fuq kuntratt definit li għalaq erba’ snin jiġi trasformat f’kuntratt indefinit jekk ma jkunx hemm raġunijiet oġġettivi biex dan ma jsirx. Għalkemm il-provedimenti ta’ Avviż Legali 51/2007 għadhom ma daħħlux fis-seħħ, il-Management and Personnel Office beda jieħu passi sabiex dan l-eżerċizzju jibda jitwettaq.

Liġi taż-Żwieġ

Question

Jaqbilx miegħi l-Viċi Prim Ministru li fil-liġi tagħna m'hemm xejn li jiddefinixxi x'inhu żwieġ u għalhekk għandha ssir definizzjoni fil-Liġi taż-Żwieġ sabiex turi li żwieġ għandu jkun bejn tnejn li twieldu mara u raġel?

Response (BORG, TONIO)

Ma hemmx dubju li fl-Att dwar iż-Żwieġ hu ċar li żwieġ jista' jsir bejn raġel u mara. Id-digriet tas-Sekond'Awla li biha transessswali ingħata d-dritt li japplika għat-tnidijiet ta' żwieġ, qed jiġi kontestat mid-Direttur Reġistru Pubbliku b'rikors preżentat fit-23 ta' Frar, 2007.

Raħal Ġdid — Pedestrian crossing

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir pedestrian crossing jew simili fi Triq Palma, Raħal Ġdid peress li tant kemm żdied it-traffiku li sar kważi impossibbli u/jew perikoluż li persuna, speċjalment anzjana, taqsam din it-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima ta’ l-Immaniġjar tat-Traffiku irriżulta li ma kien hemm l-ebda talba għal pedestrian crossing fi Triq Palma.

Liċeo M.A. Vassalli — Għalliema ta' l-Ingliż

Question

Jista' l-Ministru jara għala fil-Liċeo M.A. Vassalli hemm nuqqas ta' għalliema ta' l-Ingliż tant li l-istudenti qed ikollhom ħafna free lessons, stat ta' fatt li seħħ anke s-sena skolastika li għaddiet ukoll?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni diġa ħadet miżuri biex tassigura li jkun hemm għalliema tas-suġġett imsemmi u qed tkompli tagħmel ħilitha biex tassigura li dan is-servizz jitjieb.

Raħal Ġdid — Triq l-Arkata

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-asfaltar ta' Triq l-Arkata, Raħal Ġdid huwiex responsabbilta' tal-kunsill lokali Raħal Ġdid jew le?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Triq l-Arkata ġo Raħal il-Ġdid hija responsabilta' tal-Kunsill Lokali Paola peress li diġa ffurmata u l-anqas hi triq arterjali jew distributorja. Għalkemm Triq l-Arkata Paola hija ffurmata u mhux triq arterjali jew distributorja minħabba l-ħsarat li fiha Triq l-Arkata ġiet inkluża fil-lista ta' Toroq li trid tagħmel l-Awtorita' dwar it-Trasport.

Raħal Ġdid — Triq Nazzarenu

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-asfaltar ta' Triq Nazzarenu, Raħal Ġdid huwiex responsabbilta' tal-kunsill lokali Raħal Ġdid jew le?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-manutenzjoni meħtieġa f'din it-triq hija responsabilita' tal-Kunsill Lokali Paola.

Tarxien — Rotta tal-Karozza tal-linja

Question

Jista' l-Ministru jkun daqstant ġentili u jara li r-rotta tal-karozza tal-linja terġa' tkompli tgħaddi minn Triq id-Dejma u Triq Santa Marija, f'Hal Tarxien, kif kien isir sa ftit ilu, peress li hemm diversi anzjani (u le) li qed ikollhom mixja twila għall-eqreb stage?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li dan it-tibdil sar peress li minn Triq Santa Marija mhux permess jgħaddu xarabanks (vetturi tqal) u d-distanza li qed jirreferi għalija l-Onorevoli Interpellant hija waħda raġonevoli.

Sta. Luċija — Triq il-Klematis - bozoz ta' l-elettriku

Question

Jista' l-Ministru jgħid għala hemm tlett bozoz ta' l-elettriku fi Triq il-Klematis, Sta. Luċija li ilhom mitfija xhur sħaħ u li jagħti struzzjonijiet sabiex dawn jinxtegħlu mill-iktar fis?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-tlett bozoz imsemmija twaħħlu mill-Kunsill Lokali mingħajr l-approvazzjoni jew permess meħtieġ mill-Enemalta. Il-kunsill Lokali ntalab jikkonsulta ma' l-Enemalta dwar il-każ.

ADT — Rotta Numru 5

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-awtorita' tat-trasport tistax tikkontempla li jkun hemm servizz ta' trasport pubbliku, bħalma kien hemm żmien ilu, bil-karozza numru 5 li titlaq minn Raħal Ġdid jew anke minn Ħal Tarxien li tgħaddi minn Raħal Ġdid għal Belt, Valletta, peress li hemm ħafna residenti Pawlisti u Tarxienisti li għandhom distanzi twal għall-eqreb bus stop issa li kemm Raħal Raħal Ġdid kif ukoll Ħal Tarxien kibru sew?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li għalkemm din ir-rotta kif spjegat fid-domanda mill-Onorevoli Interpellant kienet teżisti snin ilu, hemm diversi problemi biex din ir-rotta terġa tiġi ntrodotta fosthom li jrid jitneħħa l-parkeġġ fuq naħa waħda minn Triq is-Sorijiet u Triq Ġuże Damato biex tkun tista' tgħaddi ix-xarabank tal-linja.

Gudja — Triq Ħal Resqun

Question

Jista' il-Ministru, fid-dawl tal-mistoqsija tiegħi lilu f'Jannar 2006 biex isir l-asfaltar ta' Triq Ħal Resqun fil-Gudja b'mod urġenti minħabba l-istat pessimu tagħha (u li ilha hekk għal dawn l-aħħar 34 sena) u r-risposta tiegħu datata 16 ta' Jannar 2006 (PQ nru. 211) fejn talabni ngħaddilu d-dettalji dwar liema parti tat-triq kont qed nirriferi, u peress li ovvjament kont qed nirriferi għal dik il-parti tat-triq li għadha mhux asfaltata, u peress li jien stess mort f'dawn il-ġranet biex nara b'għajnejja t-tbatijiet tar-residenti wara x-xita li għamlet, jara li dik il-parti ta' Triq Ħal Resqun fil-Gudja li qatt ma ġiet asfaltata tiġi asfaltata mill-aktar fis għax hemm periklu serju kemm għan-nies u kemm għall-proprjeta' tagħhom minħabba t-tajn miġmugħ li jtir fuq il-faċċati tar-residenzi kull meta jgħaddu l-karozzi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn spezzjoni li saret fit-triq imsemmija jirriżulta li ma jeżistix periklu lir-residenti ta' din it-triq. Jeżisti inkonvenjent bħal kif jeżisti f'kull triq li tkun għadha ma ġietx asfaltata.