Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #49 Sitting 10 2013-04-22 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — kiri ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk u kemm-il vettura ġiet mikrija mill-Ministeru tiegħu mill-11 ta' Marzu 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Nitlob l-Onor. interpellant biex jagħmel referenza għar-risposta mogħtija f’mistoqsija parlamentari 66.
Leg 12 PQ #50 Sitting 10 2013-04-22 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — xiri ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk u kemm-il vettura ġdida nxtrat jew ġiet ordnata biex tinxtara mill-Ministeru tiegħu mill-11 ta' Marzu 2013?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum l-ebda vettura ma ġiet mixtrija jew ordnata mill-Ministeru għal Għawdex
Leg 12 PQ #51 Sitting 10 2013-04-22 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Kiri ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk u kemm-il vettura ġiet mikrija mill-Ministeru tiegħu mill-11 ta' Marzu 2013?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum ġiet mikrija vettura waħda mill-Ministeru għal Għawdex

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — xiri ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk u kemm-il vettura ġdida nxtrat jew ġiet ordnata biex tinxtara mill-Ministeru tiegħu mill-11 ta' Marzu 2013?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ma nxtrat ebda vettura u ma ġiet ordnata ebda vettura mill-Ministeru mill-11 ta' Marzu 2013.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Kiri ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk u kemm-il vettura ġiet mikrija mill-Ministeru tiegħu mill-11 ta' Marzu 2013?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Vettura waħda ġiet mikrija mill-11 ta' Marzu 2013.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — xiri ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk u kemm-il vettura ġdida nxtrat jew ġiet ordnata biex tinxtara mill-Ministeru tiegħu mill-11 ta' Marzu 2013?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lil Onor. Interpellant li ninsab infurmat li mill-11 ta’ Marzu 2013 ‘il hawn ma nxtrat l-ebda karozza ġdida jew hemm ordni dwar xiri ta’ karozzi.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — Kiri ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk u kemm-il vettura ġiet mikrija mill-Ministeru tiegħu mill-11 ta' Marzu 2013?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li mill-11 ta’ Marzu 2013 ‘l hawn inkrew żewġ karozzi, waħda għal Onor. Segretarju Parlamentari u l-oħra għall-użu ġenerali tas-Segretarjat.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — xiri ta' vetturi

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid jekk u kemm-il vettura ġdida nxtrat jew ġiet ordnata biex tinxtara mill-Ministeru tiegħu mill-11 ta' Marzu 2013?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma nxtratx jew giet ordnata l-ebda vettura mill-Ministeru għall-perjodu msemmi.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — Kiri ta' vetturi

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid jekk u kemm-il vettura ġiet mikrija mill-Ministeru tiegħu mill-11 ta' Marzu 2013?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġiet mikrija karozza waħda mill-Ministeru għall-perjodu msemmi.

Minsiteru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — xiri ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk u kemm-il vettura ġdida nxtrat jew ġiet ordnata biex tinxtara mill-Ministeru tiegħu mill-11 ta' Marzu 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà nazzjonali ma xtara jew ordna biex tinxtara ebda vettura ġdida mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — kiri ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk u kemm-il vettura ġiet mikrija mill-Ministeru tiegħu mill-11 ta' Marzu 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali kera erba' karozzi mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — xiri ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk u kemm-il vettura ġdida nxtrat jew ġiet ordnata biex tinxtara mill-Ministeru tiegħu mill-11 ta' Marzu 2013?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ġewx mixtrija u ordnati karozzi.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — kiri ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk u kemm-il vettura ġiet mikrija mill-Ministeru tiegħu mill-11 ta' Marzu 2013?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġew mikrija żewġ karozzi (tal-Ministru u tas-Segretarju Permanenti).
Leg 12 PQ #38 Sitting 8 2013-04-16 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — xiri ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk u kemm-il vettura ġdida inxtrat jew ġiet ordnata biex tinxtara mill-Ministeru tiegħu mill-11 ta' Marzu 2013?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tat-Turiżmu ma xtara l-ebda vettura u lanqas ordna vetturi biex jinxtraw mill-11 ta' Marzu 2013
Leg 12 PQ #39 Sitting 8 2013-04-16 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Kiri ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk u kemm-il vettura ġiet mikrija mill-Ministeru tiegħu mill-11 ta' Marzu 2013?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tat-Turiżmu kera tliet vetturi mill-11 ta’ Marzu 2013.
Leg 12 PQ #28 Sitting 7 2013-04-15 Oral · Interim From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Membri Parlamentari — Rwoli eżekuttivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema rwoli eżekuttivi (mhux parlamentari) ġew offruti lil liema deputati tal-Oppożizzjoni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Tiftix għaż-żejt — interess minn kumpaniji

Question

Jista' l-Ministru jelenka l-ismijiet tal-kumpaniji interessati fit-tfittix taż-żejt li magħhom iltaqa' mill-ħatra tiegħu?

Response (MIZZI, JOE)

Mhux etika f'dan l-istadju li jinghataw l-ismijiet tal-kumpaniji taz-zejt li magħhom saru il-laqgħat minħabba li din l-informazzjoni hi ta' natura kummerċjali. Ġaladarba jintlaħaq ftehim finali,din l-informazzjoni tinħareġ permess ta' stqarrija.

Il-Belt Valletta — Monti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan li l-Monti tal-Belt ta' fost il-ġimgħa jiċċaqlaq għal Triq l-Ordinanza, inkluż biswit il-bini tal-Parlament il-ġdid?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nistieden lill-Onor. Interpellant iressaq din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #32 Sitting 7 2013-04-15 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — xiri ta' vetturi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk u kemm-il vettura ġdida inxtrat jew ġiet ordnata biex tinxtara mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru mill-11 ta' Marzu 2013?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li mill-11 ta’ Marzu 2013 ma nxtratx u lanqas ġiet ordnata xi vettura ġdida mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.