Ministeru għat-Turiżmu — uffiċjali tas-segretarjati - kuntratti
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti ta' impjieg tal-uffiċjali tas-segretarjat privat tiegħu, inkluż is-segretarjat tas-Segretarju Parlamentari?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija se tingħata mill-Onorevoli Prim Ministru.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — uffiċjali tas-segretarjati - kuntratti
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti ta' impjieg tal-uffiċjali tas-segretarjat privat tiegħu, inkluż is-segretarjat tas-Segretarju Parlamentari?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-kuntratti li ġew iffirmati s'issa, jiġifieri sittax tas-segretarjat privat tiegħi (Dok 'A') u sebgħa tas-segretarjat privat tas-Segretarju Parlamentari (Dok 'B').
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — uffiċjali tas-segretarjati - kuntratti
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti ta' impjieg tal-uffiċjali tas-segretarjat privat tiegħu, inkluż is-segretarjat tas-Segretarju Parlamentari?
Response (BRINCAT, LEO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — uffiċjali tas-segretarjati - kuntratti
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti ta' impjieg tal-uffiċjali tas-segretarjat privat tiegħu, inkluż is-segretarjat tas-Segretarju Parlamentari?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — Kiri ta' vetturi
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk, u kemm-il vettura, ġiet mikrija mill-Ministeru tagħha mill-11 ta' Marzu 2013?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lil Onor Interpellant li l-Ministeru kera karozza għall-użu uffiċċjali tal-Ministru għal sitt ijiem biss sakemm instab li l-Ministeru kien marbut b'kuntratt sal-2014 għall-kirja ta' karozza għall-ex-chairperson tal-MCESD. Din il-karozza kienet ġiet irritornata lill-kuntrattur filwaqt li l-ħlas kien għadu għaddej kif stipulat fil-kuntratt mingħajr ma kienet qed tintuża u għaldaqstant se tibda tintuża mill-Ministru. Ġiet mikrija karozza waħda għall-użu ġenerali fl-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta hu maħsub jew sa meta hu mistenni li n-nomini fuq bordijiet ta' entitajiet governattivi jibda jsir wara sejħa pubblika u/jew votazzjoni tal-pubbliku kif kien indika fil-kampanja elettorali u mwiegħed fil-programm elettorali tal-Partit Laburista?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-Gvern huwa kommess li dak li wiegħed, iwettqu. Il-proċess li rrefera għalih l-Onorevoli Interpellant se jkun qed isir bil-galbu u f’ħinu matul il-leġiżlatura ta’ ħames snin li għandna quddiemna.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jaqbilx mal-għana b'tema ta' politika partiġġjana li saret waqt it-tnedija tal-Għanafest fiż-Żejtun u li għaliha kien preżenti s-Segretarju Parlamentari għall-Kultura?
Response (VELLA, KARMENU)
L-Onorevoli Interpellant japprezza li l-għana spirtu pront hija parti mill-kultura tradizzjonali ta’ pajjiżna, għaldaqstant nittama li mgħandux il-ħsieb li b’xi mod din it-tradizzjoni tibda tiġi iċċensurata.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — uffiċjali tas-segretarjati - kuntratti
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti ta' impjieg tal-uffiċjali tas-segretarjat privat tiegħu inkluż is-segretarjat tas-Segretarju Parlamentari?
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — xiri ta' vetturi
Question
Jista' l-Ministru għall-Ekonomija jgħid jekk u kemm-il vettura ġdida, nxtrat jew ġiet ordnata biex tinxtara, mill-Ministeru tiegħu mill-11 ta' Marzu 2013?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li mill-11 ta’ Marzu sal-lum la nxtrat u l-anqas ma ġiet ordnata bex tinxtara xi karozza għall-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar.
Jista' l-Ministru jgħid jekk u kemm-il vettura ġiet mikrija mill-Ministeru tiegħu mill-11 ta' Marzu 2013?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għandu karozza mikrija għall-użu uffiċċjali tal-Ministru. Jien infurmat li karozza oħra li kienet mikrija mill-Ministeru ġiet irritornata numru ta’ ġimgħat ilu.