Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il laqgħa kellu s'issa s-Segretarju Parlamentari responsabbli mit-Taqsima Proprjetà tal-Gvern ma' kull wieħed mid-diretturi tal-Taqsima Proprjetà tal-Gvern?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-punt ta’ riferiment bejn is-Segretarju Parlamentari u d-Dipartiment Proprjeta’ tal-Gvern hu d-Direttur Ġenerali.
Jista' l-Prim Ministru jagħti lill-Kamra lista sħiħa tal-applikazzjonijiet li huwa ddiskuta u x’kienu l-wegħdiet li huwa għamel dwar dawn l-applikazzjonijiet minn Ġunju 2008 meta sar Kap tal-Partit Laburista sal-lum? Liema huma dawk l-applikazzjonijiet li huwa wiegħed li jekk ikun Prim Ministru jinħareġ il-permess mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-Onorevoli Membru jista’ jserraħ rasu li l-impenn tiegħi huwa li f’kull każ ma jkunx hemm burokrazija żejda, u din kienet l-unika wegħda li għamilt.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — transfers ta' impjegati
Question
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm saru transfers fl-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-12 ta' Marzu sal-lum? Jista' jagħti din l-informazzjoni dettaljata dwar min kienu l-persuni milquta, il-postijiet minn u fejn imxew u jekk it-transfers sarux fuq talba tal-individwu jew le?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — transfers ta' impjegati
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm saru transfers fl-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-12 ta' Marzu sal-lum? Jista' jagħti din l-informazzjoni dettaljata dwar min kienu l-persuni milquta, il-postijiet minn u fejn imxew u jekk it-transfers sarux fuq talba tal-individwu jew le?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanti li l-informazzjoni qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta ohra.
Ministeru għat-Turiżmu — Kiri ta' vetturi - proċedura
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 39, jista' l-Ministru jgħid x'proċedura ġiet addottata biex inkrew dawn il-vetturi? B'liema rata qed jinkrew u mingħand min?
Response (VELLA, KARMENU)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-vetturi imsemmija fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 39, nkrew wara li nġabru numru ta’ quotations u ntgħażlet l-aktar waħda addattata.
Il-vetturi għall-Ministeru għat-Turiżmu huma;
BQZ-714 €65-il ġurnata minn Sixt Rent a Car (Vat mhux Inkluża)
BCK-083 €18.50-il ġurnata minn TopCar Services Ltd (Vat mhux Inkluża)
Il-vetturi għas-Segretarju Parlamentari għall-Kultura u l-Gvern Lokali hi;
IBH-362 €30-il ġurnata minn Trifty – Meli Group Ltd. (Vat mhux Inkluża)
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — kiri ta' vetturi - prċedura
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 35, jista' l-Ministru jgħid x'proċedura ġiet addottata biex jinkrew dawn il-vetturi? B'liema rata qed jinkrew u mingħand min?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċedura li ġiet addottata hija dik normali li tiġi addottata miċ-Ċivil jiġifieri li jintalbu tlett kwotazzjonijiet:
1. Il-Karozza Uffiċċjali tal-Ministru li nkriet mingħand Meli Garage għal €59 kuljum. Il-Karozza kienet tintuża qabel mill-Ex Ministru tal-Ġustizzja Dr Chris Said.
2. Il-Karozza tal-Ministeru li nkriet mingħand is-Sur John Refalo Auto Rentals €12.75 kuljum.
3. It-tieni karozza tal-Ministru kienet mikrija minn qabel u ser tiġi ritornata fl-aħħar tax-xahar mingħand Galea General Services €23.84 kuljum.
Il-Karozza Uffiċjali tas-Segretarju Parlamentari nkriet mingħand Meli Car Rentals €35.40 kuljum.
(Ara dokument Nru 597 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f’Seduta 28 tat-Tnejn 28 ta’ Ġunju 2013)
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — kiri ta' vetturi - proċedura
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 37, jista' l-Ministru jgħid x'proċedura ġiet addottata biex jinkrew dawn il-vetturi? B'liema rata qed jinkrew u mingħand min?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi inkriet vettura wahda skont il-proċedura normali li tintuża maċ-Ċivil biili ttieħdet l-oħros offerta.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — kiri ta' vetturi - proċedura
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33, jista' l-Ministru jgħid x'proċedura ġiet addottata biex jinkrew dawn il-vetturi? B'liema rata qed jinkrew u mingħand min?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onorevoli interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 313.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Kuntratti b'direct order
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta' konsulenza mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum mill-Ministeru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu permezz ta' direct order? X'kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza? X'inhu l-valur ta' kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li mill-11 ta' Marzu sal-lum, fil-Ministeru u fid-dipartimenti u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħti, ma ngħata l-ebda kuntratt jew appointment ta' konsulenza b'direct order.
Jista' l-Ministru jghid jekk hux se jkompli bil-pjan li kien hemm fil-leġiżlatura li għaddiet li l-Gvern jassisti lill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid jagħmel il-progett tal-pjazza ta’ Raħal Gdid?
Response (MIZZI, JOE)
It-taħdidiet bejn l-MRRA u l-Kunsill Lokali Paola taħt l-amministrazzjoni preċedenti baqghu ma ġewx konklużi. Bħalissa qed isiru konsultazzjonijiet mal-Kunsilli Lokali kollha biex jiġu stabbiliti x’inhuma l-prijoritajiet ta’ kull kunsill.
Kuntratti ta' impjieg tal-uffiċjali tas-segretarjati privati
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 23, jista' l-Prim Ministru jgħid, ġaladarba l-kuntratti ta' impjieg tal-uffiċjali tas-segretarjati privati tal-Ministri kollha huma bbażati fuq id-dokument approvat mill-Kabinet, x'inhu n-numru ta' uffiċjali li jistgħu jiġu ingaġġati mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u minn kull Ministru fis-segretarjati privati rispettivi? F'liema grad jew responsabbilità huma jistgħu jkunu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant lid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats fih l-informazzjoni kollha meħtieġa. L-imsemmi dokument diġà tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — kiri ta' vetturi - proċedura
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33, jista' l-Prim Ministru jgħid liema proċedura ġiet adoperata biex sar dan il-kiri ta' vetturi? Mingħand min qed jinkrew u b'kemm?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant dwar il-ħames vetturi mikrija mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru skont it-tweġiba ta’ Mistoqsija Parlamentari 33.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-lokalitajiet li se jkunu indirizzati din is-sena bil-vot għall-Home Ownership Scheme tal-Government Property Division li huma l-areas ta' residenzi li għadhom fuq konvenju?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ flus allokati fl-estimi għal din is-sena jammonta għal 1.5 miljun Ewro. Minn dan l-ammont, is-somma ta’ €626,632 diġa` ntefqu qabel l-elezzjoni biex inxtrat art fil-Housing Estate tal-Imqabba. Dan il-proċess mistenni jkompli, iżda peress li diġa` ntefaq ammont sostanzjali mill-flus allokati fil-bidu tas-sena, għadu ma ġiex deċiż liema artijiet fil-Housing Estates se jinxtraw bil-fondi rimanenti.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi d-diffikultà jew raġuni għala ma tistax tingħata l-informazzjoni dwar liema rwoli eżekuttivi (mhux parlamentari) li s'issa ġew offruti lil liema deputati tal-Oppożizzjoni?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' persuni jew negozji li għamlu użu s'issa mill-Business First?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li sal-10 ta’ Mejju 2013, tlett elef tmien mija u ħamsa u tmenin (3885) persuna/negozju għamlu użu minn Business First, b’medja ta’ iktar minn 1000 kuntratt fix-xahar.
Power Station Ġdida — dokument tal-Expression of Interest and Capability
Question
Jista' l-Ministru jgħid għala, fil-press launch tal-proċess kompetittiv għall-bini tal-Power Station li taħdem bil-gass, qal li kull min ried seta' jitlob u jingħata d-dokument tal-Expression of Interest and Capability, meta llum hu rappurtat fil-media li l-Ministeru tiegħu qed jiċħad li jagħmel dan minħabba l-allegata sensittività kummerċjali tad-data?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għad-dokument impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn 13 ta' Mejju, 2013 f'seduta 17
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex infurmat li l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, illum keċċiet numru ta' ħaddiema u se tibda l-four-day week mid-29 ta' April li ġej? Jista' jgħid x'wassal għal dan u x'qed isir min-naħa tal-Gvern biex jindirizza din is-sitwazzjoni?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat illi l-Malta Enterprise ġiet infurmata mill-kumpanija msemmija li se tibda topera erbat ijiem (4) f’ġimgħa minħabba nuqqas temporanju ta’ ordnijiet. L-uniċi mpjiegi li ġew itterminati jirrigwardaw erba’ ħaddiema li kienu għadhom taħt prova (probation).
Minn laqgħat li saru bejn Malta Enterprise u l-kumpanija, jidher li m’hemmx bżonn ta’ intervent min-naħa tal-Gvern għax is-sidien qegħdin jippruvaw joħolqu swieq ġodda.
Jista' l-Ministru jgħid kif ħa tkun solvuta l-kwistjoni ta' madwar 600 ex ħaddiema tax-xatt, li qed jippretendu li jitħallsu iktar minn €35 miljun f'arretrati u li l-Partit Laburista wiegħed li jsolvi appena jkun fil-Gvern wara li fl-aħħar xhur saru laqgħat bejnu u rappreżentanti tal-ex ħaddiema?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-arretrati tal-ħaddiema tax-xatt huma s-suġġett ta’ erba’ kawżi miftuħa mill-ħaddiema tax-xatt, ħaddiema tax-xatt irtirati u werrieta tal-ħaddiema tax-xatt li kienu rtiraw.