Jista' l-Ministru jgħid x’inhuma l-veduti tiegħu dwar il-kontenut tal-White Paper li l-Gvern preċedenti kien nieda dwar ir-riforma tas-swieq fil-beraħ u jekk hux beħsiebu jkompli fit-triq tal-proposti hemm kontenuti jew għandux pjanijiet diversi?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lil Onor Interpellant li fis-Settur tas-swieq fil-beraħ jista’ jsir titjib u fil-white paper jista' jkun hemm elementi pozittivi. Ninsab infurmat li dwar din il-white paper kienu saru xi oġġezzjonijiet mill-għaqdiet li jirrapreżentaw il-bejjiegħa tal-Monti fosthom l-Għaqda Imprendituri Maltin u l-General Workers Union u li dwarhom baqgħu qatt ma rċievew risposta.
Il-Gvern ma jemminx li għandu jibbaża l-azzjoni tiegħu fuq white paper li ħarġet sentejn ilu. Imma jemmen li jkun aktar għaqdli jekk joħroġ il-proposti tiegħu wara li jkun ikkonsulta mal-istakeholders kollha biex ikollu stampa attwali u holistika tar-realtajiet tal-lum, kif inhu mwiegħed fl-istess programm tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jaqbilx li l-liġi viġenti tkun emendata sabiex tippermetti lil min għandu proprjetà privata u jrid li joffriha sabiex isir suq fil-beraħ fuqha, jkun jista’ jagħmel dan?
Response (CARDONA, CHRIS)
Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li skont Artikolu 27 sub-artikolu 5 tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra tad-Deputati, interpellanza m’għandiex titlob għoti ta’ opinjoni. Madankollu jekk l-Onorevoli Interpellant għandu xi suġġeriment iktar speċifiku u studjat dwar il-materja li irrefera għaliha, nitolbu jagħmel dan billi jiktibli formalment bit-dettalji sabiex tkun tista’ ssir evalwazzjoni xierqa tiegħu.
Jista' l-Ministru jippermettili li nsejjaħ l-attenzjoni ġentili tiegħu għal White Paper imnedija mill-Gvern preċedenti dwar id-demanju pubbliku (public domain) u nitolbu jgħid x’inhi l-opinjoni tiegħu dwarha u ċjoè jekk jaqbilx li l-ligi hemm proposta għandhiex issir jew le?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi l-mistoqsija għanda tiġi riferuta lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jikkonferma li d-data tan-Notte Bianca għal din is-sena se tiċċaqlaq mill-aħħar Sibt ta' Settembru għall-ewwel Sibt ta' Ottubru? Jista' jagħti r-raġuni?
Response (VELLA, KARMENU)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-attivita’ Notte Bianca m’għandiex data fissa.
Il-Ministeru iħoss li għandu jimmassimizza l-attivitajiet kulturali kemm dawk fuq skala lokali kif ukoll dawk fuq skala nazzjonali, għaldaqstant fiċ-ċirkostanzi, il-Ministeru iħoss li d-data tal-ewwel Sibt ta’ Ottubru hija l-aktar data idonja.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — Kiri ta' vetturi
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk u kemm-il vettura ġiet mikrija mill-Ministeru tagħha mill-11 ta' Marzu 2013?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li meta dħalt fil-Ministeru sibt li l-karozza tal-Ministru kienet 50€ + vat kuljum u tas-Segretarju Parlamentari kienet 30€ + Vat u kien hemm 3 karozzi oħra tal-kiri, tnejn 11.20€ Vat inkluż u waħda 11,80€ Vat inkluż. Immedjatament kif gejt mogħtija din l-informazzjoni nbidlu l-vetturi tal-Ministru u Segretarju Parlamentari u l-prezz sar ta 18.88€ Vat inkluż. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Dipartiment tal-Gvern Lokali — talba għal devoluzzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba għal devoluzzjoni lill-kunsilli lokali hemm pendenti quddiem id-Dipartiment tal-Gvern Lokali?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali għandu talba waħda biss pendenti għal devoluzzjoni ta’ art pubblika. Intant kull talba li tasal għandu bid-dettalji kollha meħtieġa, tiġi evalwata u proċessata u mibgħuta lit-Taqsima Proprjetà tal-Gvern għall-kunsiderazzjoni tagħhom.
Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern — azzjonijiet u spezzjonijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il azzjoni jew spezzjoni relatata ma’ infurzar fuq rapporti jew każijiet ta’ abbużi ta’ proprjetà pubblika saru jew ittieħdu mid-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern fl-aħħar ħames snin, sena b’sena?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Fl-aħħar ħames snin, in-numru ta’ azzjoni jew spezzjoni relatata ma’ infurzar fuq rapporti jew każijiet ta’ abbużi ta’ proprjetà pubblika li ittieħdu mid-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern huwa kif ġej:
*
Illegalitajiet li tneħħew minn individwi li kienu qed jabbużaw mill-proprjetà.
**
F’dawn is-snin ma kienitx tinżamm din l-istatistika
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il każ ta’ rikonoxximent ta’ kera jew ċens ġew konklużi mid-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern fl-aħħar ħames snin, sena b’sena?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 468, ngħarraf lil-Onorevoli Membru li fl-aħħar ħames snin id-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern għamel dawn ir-rikonoxximenti:
2008
2009
2010
2011
2012
1,897
2,013
2,948
2,039
2,174
Jista' l-Prim Ministru jghid kemm-il applikazzjoni taħt l-iskema tal-ALS ġiet konkluża mid-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern fl-aħħar ħames snin, sena b’sena?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli membru li n-numru t’ applikazzjonijiet taħt l-iskema dwar l-Art Agrikola tal-Gvern (magħrufa bħala ALS) li ġew konklużi fl-aħħar ħames sena huwa kif ġej:
Sena
Applikazzjonijiet konklużi (
Malta)
Applikazzjonijiet konklużi (G
ħawdex)
Applikazzjonijiet rrifjutati Malta u Għawdex
Total
2008
638
Xejn
Xejn
638
2009
228
283
14
525
2010
175
470
46
691
2011
303
448
102
853
2012
238
439
80
757
Dipartiment Proprjetà tal-Gvern — reġistrazzjoni ta' art
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il art ġiet reġistrata mid-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern fl-aħħar ħames snin, sena b’sena?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-art reġistrata mid-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern fl-aħħar ħames snin huwa kif jidher hawn taħt:
2008 – Circa 6,000,000 m²
2009 – 2,446,534 m²
2010 – 345,658m²
2011 – 389,341m²
2012 – 318,156m²
Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern — rikonoxximent għal sidien ta’ proprjetà
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il rikonoxximent għal sidien ta’ proprjetà li qabel kienet tal-Knisja saru mid-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern fl-aħħar ħames snin, sena b’sena?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-Propjetà tal-Gvern ma jżommx statistika separata dwar rikonoxximenti li tiddistingwi l-propjetà li qabel kienet tal-Knisja, peress li din il-propjetà saret tal-Gvern permezz tal-ftehim tal-1993 li sar bejn il-Gvern u s-Santa Sede. Għaldqstant, nitlob lill-Onorevoli Membru biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 468, li tirreferi għar-rikonoxximenti kollha magħmula mid-Dipartiment tal-Propjetà tal-Gvern fl-aħħar ħames snin.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — uffiċjali tas-segretarjati - kuntratti
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti ta' impjieg tal-uffiċjali tas-segretarjat privat tiegħu, inkluż is-segretarjat tas-Segretarju Parlamentari?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-kuntratti ta' mpjiegi tal-uffiċjali tas-segretarjat privat tiegħi inkluż is-segretarjat tas-Segretarju Parlamentari.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — transfers ta' impjegati
Question
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm saru transfers fl-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-12 ta' Marzu sal-lum? Jista' jagħti din l-informazzjoni dettaljata dwar min kienu l-persuni milquta, il-postijiet minn u fejn imxew, u jekk it-transfers sarux fuq talba tal-individwu jew le?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — transfers ta' impjegati
Question
Tista' l-Ministru tagħti informazzjoni dwar kemm saru transfers fl-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha mit-12 ta' Marzu sal-lum? Tista' tagħti din l-informazzjoni dettaljata dwar min kienu l-persuni milquta, il-postijiet minn u fejn imxew, u jekk it-transfers sarux fuq talba tal-individwu jew le?
Response (DALLI, HELENA)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħata għall-mistoqsija parlamentari 214.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — transfers tal-impjegati
Question
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm saru transfers fl-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-12 ta' Marzu sal-lum? Jista' jagħti din l-informazzjoni dettaljata dwar min kienu l-persuni milquta, il-postijiet minn u fejn imxew, u jekk it-transfers sarux fuq talba tal-individwu jew le?
Response (MIZZI, JOE)
Peres li l-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura ma għadux jinkludi fih l-Agrikoltura u l-Ambjent ( Ex-MRRA ), kellu jsir eżerċizzju biex impjegati li kienu jagħmlu xogħol relatat jintbagħtu fl-entità rispettiva tagħhom. Dan l-eżerċizzju kien jinvolvi ċ-ċaqliq ta’ 74 ħaddiem. Minn dawn 64 saru bi qbil bejn l-impjegati u l-Ministeru/Entità. L-ghaxra l-oħra seħħew minħabba li n-natura tax-xogħol tagħhom kienet taqa’ taħt id-dekasteru l-ġdid.
Peress li l-Ħadd, 21 ta’ April 2013 fl-ewwel faċċata tal-gazzetta Il-Mument kien rappurtat li f’xhieda li kienet ingħatat fil-Qorti fil-1987, xhud xehed bil-ġurament u qal kif kien imsawwat f’għassa tal-pulizija waqt interrogatorju u li waqt dan l-interrogotarju kien preżenti spettur, illum il-Kummissarju tal-Pulizija, li, dejjem skont din ix-xhieda ġuramentata, beda jinċita aktar swat fuq il-persuna interrogata, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk meta ddeċieda li l-Gvern jaħtar il-Kummisarju tal-Pulizija l-ġdid kienx jaf jew le b’dawn il-fatti li seħħew f’April 1987 fl-għassa tal-Pulizija tal-Imsida?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għall-kummenti li għadda l-Kummissarju tal-Pulizija fuq mezzi differenti tax-xandir dwar ir-rapport li hemm riferenza għalih fil-mistoqsija tiegħu.
Il-Kummissarju tal-Pulizija caħad b’mod kategoriku l-kontenut ta’ dan ir-rapport.
Jirriżulta wkoll li l-kaz fil-Qorti li jsemmi l-Onor Interpellant fil-mistoqsija tiegħu kien twaqqa wara l-elezzjoni ġenerali tal-1987.
Infakkar lill-Onor Interpellant li wara x-xhieda fil-Qorti fl-1987, mhux biss ma kienet ittieħdet l-ebda azzjoni fil-konfront tal-Kummissarju tal-Pulizija preżenti, anzi għall-kuntrarju, l-istess Kummissarju kompla miexi ‘l quddiem fil-karriera tiegħu fil-korp.
Tant li wara l-1987 huwa ingħata promozzjoni u minn Spettur sar Supretendent u kien anki fdat bit-tmexxija tal-uffiċċju legali tal-Korp.
Tista' l-Ministru tgħid x’inhi d-definizzjoni għall-Gvern ta’ xogħol prekarju?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma hemmx definizzjoni li tesegwixxi l-elementi tal-prekarjat. Għal dan il-Gvern fid-definizzjoni li x-xogħol prekarju huwa dak ix-xogħol li ma joffri l-ebda stabbilità għall-impjegat b’mod li jkun jista jippjana triqtu b’dinjita’ u servut u kif ukoll meta jkun hemm kundizzjonijiet tax-xogħol li ma jirrispettawx il-minimu tad-drittijiet li tesigi il-ligi. Fl-aħħarnett irid jkun enfasitzat li x-xogħol prekarju ma jiżra l-ebda serenita’ urterjuri w ma jikkontribwixxix għall-produttività meħtieġa fuq livell nazzjonali. Il-kwistjoni tax-xogħol prekarju kienet diskussa fuq livell ta’ Kabinett.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il devoluzzjoni saru lill-kunsilli lokali fl-aħħar ħames snin, sena b’sena?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-aħħar ħames (5) snin kien hemm wieħed u sebgħin (71) devoluzzjoni ta’ art jew sit pubbliku mill-Gvern lil xi Kunsill Lokali kif ġej: disa’ (9) siti fl-2008; għaxar (10) siti fl-2009; sitta u għoxrin (26) sit fl-2010; tmien (8) siti fl-2011 u tmintax (18)-il sit fl-2012.
B'referenza għall-press release tad-DOI PR0693 tas-17 ta' April 2013 u peress li l-Ministru spiss qiegħda ssemmi li hemm mas-600 tifel u tifla li jingħataw kura barra minn djarhom, tista' l-Ministru tpoġġi breakdown ta’ dawn in-numri fuq il-Mejda tal-Kamra:
a) kemm hemm tfal minn dawn is-600 li jinsabu jgħixu fi ħdan familja alternattiva? Ta’ liema sess, età u nazzjonalità huma; u
b) it-tfal l-oħra,
cioè
dawk li mhumiex qed jgħixu fi ħdan familja alternattiva, f’liema postijiet jinsabu jgħixu? B'referenza għal kull wieħed minn dawn il-postijiet tista’ tgħid kemm għandhom żmien u ta’ liema sess huma dawn it-tfal u ta' liema nazzjonalità huma?
Peress li ssemmi wkoll li hemm 60 każ ieħor ta’ tfal li ġew diġà evalwati iżda li m’hemmx post fejn jistgħu jittieħdu, tista' l-Ministru tgħid l-età, s-sess u n-nazzjonalità ta’ dawn is-60 tifel u tifla li diġà ġew evalwati? Kemm minn dawn is-60 tifel u tifla jinsabu taħt
care order
?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dokument ta' ftehim fuq provvista ta' gass mal-privat
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra mqar dokument wieħed ta’ kuntratt li dwaru tkellem tant fil-kampanja elettorali u li juri eżempju ta’ ftehim ta’ provvista ta’ gass mill-privat bil-prezz fiss għal għaxar snin u li kemm-il darba wiegħed li jipproduċi waqt diversi interventi fuq it-television waqt il-kampanja iżda qatt ma pproduċa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jezisitu numru ta' kuntratti b'kundizzjonijiet differenti kif ukoll b'mekkanizmi differenti.