Legislature:
Category:
Reset
Active:

kummissajru biex titnaqqas il-burokrazija

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jinħatar il-kummissarju mwiegħed biex inaqqas il-burokrazija u x'inhuma l-ħsebijiet u pjanijiet konkreti tiegħu biex tonqos il-burokrazija?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #828 Sitting 29 2013-06-11 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — ingaġġ ta' persuni minn barra s-servizz pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' persuni li qed jaħdmu fis-segretarjat privat tiegħu u kemm minnhom ġew ingaġġati minn barra s-servizz pubbliku?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat ghall-mistoqsija parlamentari 558.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — ingaġġ ta' persuni minn barra s-servizz pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' persuni li qed jaħdmu fis-segretarjat privat tiegħu u kemm minnhom ġew ingaġġati minn barra s-servizz pubbliku?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija 2564.
Leg 12 PQ #830 Sitting 29 2013-06-11 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — ingaġġ ta' persuni minn barra s-servizz pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' persuni li qed jaħdmu fis-segretarjat privat tiegħu u kemm minnhom ġew ingaġġati minn barra s-servizz pubbliku?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għoxrin persuna huma ingaġġati minn barra s-Servizz Pubbliku. L-ammont ta’ nies li jaħdmu fis-segretarjat tal-Prim Ministru huwa regolat mid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats.
Leg 12 PQ #831 Sitting 29 2013-06-11 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarju Parlamentari - ingaġġ ta' persuni minn barra s-servizz pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' persuni li qed jaħdmu fis-segretarjat privat tas-Segretarju Parlamentari fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u kemm minnhom ġew ingaġġati minn barra s-servizz pubbliku?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li seba’ persuni huma ingaġġati minn barra s-Servizz Pubbliku. L-ammont ta’ nies li jaħdmu fis-segretarjat privat tas-Segretgarju Parlamentari fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru huwa regolat mid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — ingaġġ ta' persuni minn barra s-servizz pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' persuni li qed jaħdmu fis-segretarjat privat tiegħu u kemm minnhom ġew ingaġġati minn barra s-servizz pubbliku?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-mistoqsija Parlamentari numru 549.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — kiri ta' vetturi

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 57, u peress li fit-tweġiba supplementari fl-istess seduta l-Ministru qal li l-kiri taż-żewġ vetturi qed isir bir-rata ta' €8.75 kuljum, jista' jgħid: a) minn min qed jinkrew; u b) min hu intitolat juża dawn il-vetturi?

Response (MIZZI, JOE)

Iż-żewġ karozzi li l-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura għandu mikrijin, ġew mikrija mingħand Burmarrad Commercials Ltd permezz ta’ kuntratt li sar f’ Ottubru 2012 marbut għal tlett snin. Dawn il-karozzi qed jintużaw mic-Chief of Staff u Private Secretary fl-istess Ministeru, li huma ntitolati li jużaw dawn il-vetturi skont l-“Engagement of staff for Minister’s Secretariats – March 2013”

Proġett ta' enerġija — prezz fiss għat-tariffi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx każ ta' qerq u ingann deliberat da parti tiegħu u tal-Partit Laburista meta fil-kampanja elettorali dejjem u kullimkien wiegħed li se jagħmel proġett ta' enerġija mibni madwar wegħda ta' prezz fiss tat-tariffi għal mhux inqas minn għaxar snin, meta llum fil-gazzetta Times hemm rapurtat li l-espressjoni tal-interess li ħarġet l-Enemalta qed titlob minimu ta' ħames snin biss bħala garanzija ta' prezz fiss?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li t-terminu minimu ta' ħames snin jista' jfisser aktar minn ħames snin.
Leg 12 PQ #645 Sitting 28 2013-06-10 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — kiri ta' vetturi

Question

Peress li l-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura, fis-Seduta 12 tal-24 ta' April 2013 qal bħala tweġiba supplementari għall-mistoqsija parlamentari 57 li l-Ministeru qed jikri żewġ vetturi bir-rata ta' €8.75 kuljum, waqt li l-Prim Ministru qal fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 317 li l-vettura li qed tinkera għas-Segretarju Parlamentari qed tinkera bir-rata ta' €59 kuljum, u peress li hu ben evidenti li d-differenza hi kbira u peress li allura segħta kien hemm frankar jew tnaqqis ta' spejjeż f'kirjiet, jista' l-Prim Ministru jgġid għaliex l-Uffiċċju tiegħu ma keriex il-vetturi b'rati orħos?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u ser tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #646 Sitting 28 2013-06-10 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarjati tal-Ministri — membri ngaġġati minn barra s-Servizz Pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jindika x'inhu l-limitu ta' membri li jistgħu jkunu ngaġġati mis-Segretarjati tal-Ministri minn barra s-Servizz Pubbliku?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan huwa diġa’ regolat hekk kif deskritt mid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariat li diġa’ tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta numru 7 tal-15 ta’ April 2013.
Leg 12 PQ #676 Sitting 28 2013-06-10 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel Line — ħatra taċ-chairman

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-prinċipju tal-meritokrazija ġiex applikat fil-ħatra taċ-chairman il-ġdid tal-Gozo Channel Line u jekk iva, fiex jikkonsistu dawn il-merti tal-persuna magħżula u li allura ddistinwguh minn terzi?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li ma nstab l-ebda prinċipju ta' meritokrazija stabilit mill-Gvern Preċidenti dwar ħatriet ta' Bordijiet, il-Ministeru għal Għawdex mexa fuq il-priċipji ta' kompetenza, effiċjenza,u impenn għat-twettiq tal-politika tal-Gvern tagħti importanza kbira lill-aċċissibilità ta' Għawdex. Jiena infurmat li l-għażla li saret ġa qed tagħti l-frott.

Enemalta — expression of interest

Question

Jista' l-Ministru jispjega: a) għaliex fl- expression of interest li l-Korporazzjoni Enemalta ħarġet għall-proġett tal-enerġija bil-gass, mhux se jkun hemm il-possibilità li jsir appell minn min iħossu aggravat b’xi deċiżjoni tal-bord ta’ għażla; b) iħossx li tali nuqqas ta’ possibilità ta’ appell mill-expression of interest jagħti lok għal perċezzjoni li l-għażla diġà saret qabel ma beda l-proċess u għalhekk il-proċess jagħti lok ta’ dehra ta’ proċess ivvizzjat; ċ) hux konxju li anke jekk fis-sejħa għall-interess hemm biss provdut li min hu aggravat jista’ biss jadixxi l-Qrati Maltin għal rimedju li jkun limitat għall-irkupru tal-ispejjeż li jkun inkorra, dan xorta jmur kontra prinċipji stabbiliti mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja dwar public procurement u għalhekk tibqa’ l-possibilità li eventwalment il-gvern jibqa’ espost għal sentenza mill-ogħla Qorti Ewropea li timmulta bil-kbir lill-iStat Malti, apparti konsegwenzi oħra għad-dannu tat-taxpayer Malti; d) jaħsibx li hu prinċipju elementari ta’ good governance u ta’ trasparenza, mhux biss ta’ smigħ imparjzali, li kull proċess kompettitiv għandu jkun jipprovdi għal proċedura ta’ appell effettiv u reali għal kull rimedju li persuna aggravata jista’ jkollha; u e) jista' jsemmi każijiet simili fejn ġiet adoperata l-istess proċedura mill-Gvern fil-passat?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghall-istqarrija Ministerjali li saret nhar it-Tnejn 13 ta' Mejju fis-seduta numru 17.
Leg 12 PQ #518 Sitting 27 2013-06-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Malita Investments — chairman - kunflitt ta' interess

Question

Fir-rigward tal-ħatra taċ-chairman il-ġdid tal-Malita Investments, jista' l-Ministru jgħid jekk hemm possibilità ta' kunflitt ta interess, imqar id-dehra ta' kunflitti ta' interess, bejn ix-xogħol privat taċ-chairmanmagħżul u l-amministrazzjoni (short u long term) ta' dan il-vejjikolu finanzjarju?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Din id-domanda għadha fi stadju ipotetiku għax ma hemmx ħatra uffiċjali ta' chairman ġdid fil-Malita Investments.
Leg 12 PQ #569 Sitting 27 2013-06-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — testijiet tad-demm

Question

Jista' l-Ministru jara u jispjega għala kien hemm ħafna nies imsejħin biex jitteħdilhom test tad-demm nhar is-Sibt 20 ta’ April fl-out patients fl-Isptar Mater Dei fis-7.00 a.m. u li iżda dan itteħdilhom wara l-10.00 a.m., meta ħafna minnhom kienu anzjani u li kienu ilhom sajmin mil-lejl ta’ qabel u li għalhekk ġiet kaġunata tbatija bla bżonn?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li fil-ġurnata msemmija ma kienx hemm sitwazzjoni ta’ persuni li ssejħu għat-test tad-demm fl-outpatients fl-Isptar Mater Dei u li tħallew jistennew sa wara l-għaxra ta’ filgħodu.
Leg 12 PQ #584 Sitting 27 2013-06-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — kiri ta' vetturi

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 39, jista' l-Ministru jgħid: a) min hu intitolat juża dawn it-tliet vetturi li nkrew mill-Ministeru tiegħu mill-11 ta' Marzu 2013; b) mingħand min qed isir dan il-kiri u b'liema rata ta' ħlas; u ċ) jekk din l-għażla saritx wara talba ta' quotations u jekk iva, ġietx magħżula l-orħos offerta?

Response (VELLA, KARMENU)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari 380.
Leg 12 PQ #585 Sitting 27 2013-06-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kiri ta' vetturi

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33, jista' l-Ministru jgħid: a) min hu intitolat juża dawn il-ħames vetturi li nkrew mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru mill-11 ta' Marzu 2013; b) mingħand min qed isir dan il-kiri u b'liema rata ta' ħlas; u ċ) jekk din l-għażla saritx wara talba ta' quotations u jekk iva, ġietx magħżula l-orħos offerta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant dwar il-ħames vetturi mikrija mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru skont it-tweġiba ta’ Mistoqsija Parlamentari 33.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — kiri ta' vetturi

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35, jista' l-Ministru jgħid: a) min hu intitolat juża dawn l-erba' vetturi li nkrew mill-Ministeru tiegħu mill-11 ta' Marzu 2013; b) mingħand min qed isir dan il-kiri u b'liema rata ta' ħlas; u ċ) jekk din l-għażla saritx wara talba ta' quotations u jekk iva, ġietx magħżula l-orħos offerta?

Response (MALLIA, EMANUEL)

B’referenza għall-mistoqsija ninforma lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 381.
Leg 12 PQ #633 Sitting 27 2013-06-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gozo Channel Line — ħatra taċ-chairman

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-prinċipju tal-meritokrazija ġiex applikat fil-ħatra taċ-chairman il-ġdid tal-Gozo Channel Line u jekk iva, fiex jikkonsistu dawn il-merti tal-persuna magħżula u li allura ddistingwuh minn terzi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Huma l-istess merti li l-Onorevoli Membru m' hemmx dubju li kien jara huwa meta kien jagħmel deċiżjonijiet simili.
Leg 12 PQ #472 Sitting 26 2013-06-04 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Gvern Lokali — rikonċiljazzjoni ta’ proprjetà mas-Santa Sede

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il rikonċiljazzjoni ta’ proprjetà ma’ Annex 8 tal-Ftehim ta’ Malta u s-Santa Sede sar mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali fl-aħħar ħames snin, sena b’sena? Ta’ kemm-il entità reliġjuża kienu dawn il-proprjetajiet, sena b’sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn is-sena 2008 sal-2012, id-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern irrikonċilja 3,552 proprjetà mal-Annex 8 ta’ dan il-Ftehim. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi ta’ liema entijiet reliġjużi kienu l-proprjetajiet li ġew rikonċiljati matul dan il-perjodu sena b’sena kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 12 PQ #473 Sitting 26 2013-06-04 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern — ħlas ta’ esproprji passati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu flus fl-aħħar ħames snin, sena b’sena, għal ħlas ta’ esproprji passati ta’ artijiet, mid-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ flus li ġew imħallsa f’dawn l-aħħar ħames snin, lis-sidien bħala kumpens għal art li ġiet esproprijata kien kif ġej: Sena Ammont Imħallas (Ewro) 2008 5,841,521 2009 10,677,128 2010 11,513,602 2011 14,248,417 2012 12,079,789 Dawn l-ammonti ma jirriflettux eżatt l-ammonti allokati għal dan il-għan fl-estimi ta’ kull sena peress li l-ammont ivvutat ikun ferm anqas. Dawn l-ammonti jinkludu wkoll ħlasijiet fejn il-flus ġew trasferiti minn Dipartimenti jew entitajiet oħra tal-Gvern . Dan peress li fl-emendi li saru fl-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet (Kap 88), l-entitajiet li jagħmlu talba għal espropriju huma obbligati li jittrasferixxu l-fondi tal-kumpens dovut lis-sidien qabel ma toħroġ id-Dikjarazzjoni tal-President għall-akkwist tal-proprjeta’ mitluba fil-Gazzetta tal-Gvern.