Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' studenti li ġew sospiżi mill-iskejjel tal-Gvern, tal-Knisja u dawk indipendenti f'din l-aħħar sena skolastika u minn liema skejjel ġew sospiżi? Kemm-il darba ġew sospiżi dawn l-istudenti mill-iskola matul din is-sena? Qed isir xi programm biex dawn it-tfal ma jibqgħux itellfu lill-istudenti li jridu jitgħallmu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li fejn jirrigwardja l-iskejjel tal-Gvern, l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rigward l-iskejjel tal-Knisja, in-numru ta' sospensjonijiet rappurtati huwa ta' tnejn u tletin (32). L-ebda student ma ġie rrappurtat li ġie sospiż iżjed minn darba. Għal tlieta minn dawn l-istudenti l-iskola ħadet ħsieb li titlob l-għajnuna ta' nies professjonali u speċjalizzati fil-qasam tagħhom. Ġie rrappurtat titjib fit-tliet każijiet.
In-numru ta' sospensjonijiet irrappurtati minn skejjel indipendenti huwa ta' disgħa (9). Minn dawn jidher li żewg studenti ġew sospiżi għal aktar minn darba. F'żewġ każijiet minnhom ġie rrappurtat mill-Kap tal-Iskola li waqt is-sospensjoni l-istudenti ngħataw xogħol biex ma jaqgħux lura. Intalbu jiktbu ittra ta' apoloġija biex jirriflettu dwar l-imġieba tagħhom u ngħataw appoġġ biex meta jerġgħu lura fil-klassi, l-imġieba tkun tjiebet. F'każ ieħor ġie rrapurtat li ntalab case conference mis-Social Emotional Behaviour Difficulties (SEBD).
Tista’ l-Ministru tgħid min hu ċ-chairman tal-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA)? Min huma l-membri tal-bord ta’ din l-Awtorità?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella tal-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm, mill-bidu tas-sena s’issa, inqabdu żgħażagħ taħt l-età: a) f'post ta’ divertiment u b) jixorbu l-alkoħol anke fit-triqat? X’passi ttieħdu f’kull każ?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena kien hemm 23 persuna taħt is-17-il sena li nstabu mill-Pulizija ġewwa postijiet ta’ divertiment, filwaqt li kien hemm 11-il persuna taħt is-17-il sena li nstabu qed jixorbu l-alkoħol fit-triq. B’riżultat ta’ dan inbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti kontra 10 sidien ta’ postijiet ta’ divertiment, filwaqt li ż-żgħażagħ li nstabu jixorbu l-alkoħol ġew mogħtija twissija.
Skejjel Primarji u sekondarji — ħin allokat għall-isports
Question
Jista' l-Ministru jgħid fl-iskejjel primarji u sekondarji kemm għandhom ħin allokat l-istudenti għall-isports u attività fiżika kull ġimgħa? Minħabba l-importanza tal-isports għas-saħħa mentali u fiżika tal-istudenti, x'passi se jittieħdu biex jiżdied il-ħin għall-isports fil-ħajja tal-istudenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqatlu majjali lokali fil-biċċerija xahar xahar minn Jannar 2012 sa Mejju 2013?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għaddewlna, qiegħed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub, miġbur f’Tabella ‘A’.
Manifest elettorali – Proposta dwar reazzjoni mil-Pubbliku għal abbozzi ta' liġi
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid meta ħa tkun attwata l-wegħda numru 9 fil-kapitolu 17 tal-manifest elettorali u ċjoè li kulħadd ikun jista' jsemma' leħnu fuq kull abbozz ta' liġi propost, billi minbarra li jiġi ppublikat online, tingħata opportunità biex isiru kummenti, suġġerimenti u mistoqsijiet online?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li hekk kif l-infrastruttura meħtieġa tkun f’postha, tiġi implimentata din il-policy.
Jista' l-Ministru jgħid għala l-ġurnal In-Nazzjon ilu sitt gimgħat ma jkun fuq titjiriet tal-Air Malta?
Response (VELLA, KARMENU)
Il-ġurnali u l-gazzetti abbord t-titjiriet tal-Air Malta jiġu pprovduti b’xejn mill-pubblikaturi rispettivi lill-Air Malta.
Ngħarraf li l-kumpanija li tippubblika dan il-ġurnal (In-Nazzjon) waqfet tissupplixxi kopji lill-Air Malta madwar sitt gimgħat ilu.
Sptar Monte Karmeli u Psychiatric Unit (Mater Dei) — Ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nuqqas ta’ ħaddiema ġewwa l-Isptar Monte Karmeli kif ukoll fl-Outpatient Psychiatric Unit tal-Isptar Mater Dei? F’liema skala jinstabu?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-postijiet vakanti ġewwa l-Isptar Monte Karmeli,
Psychiatric Unit
u s-
Psychiatric Outpatients
fil-preżent huma:
Departmental Nurse Manager: 1
Nursing Officers: 8
Deputy Nursing Officers: 5
Staff nurses: 8
Nursing Aides: 15
Assistant Ward Clerks: 9
Community Services Manager: 1
Kunsulenti Psikjatri: 3 (Forensika / Kommunita’ / Psikjatrija Akuta)
Health and Safety Officer: 1
Human Resource Manager: 1
IT Administrator: 1
Principle, Procurement: 1
Partly Qualified Accountant: 1
Accounts Manager: 1
Assistant Director, Office of the CEO: 1
Principle: Office of the COO: 1
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn persuni b’diżabilità rreġistrati mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni Diżabilità (KNPD) f’Malta u Għawdex, u minn liema lokalitajiet ġejjin? Kemm minnhom huma persuni b’diżabilità li għandhom bżonnijiet ta’ saħħa mentali?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux se jkompli bil-proġett għal dar tal-anzjani ġewwa Birkirkara li kien proġett tal-Kunsill Lokali flimkien mal-Gvern Ċentrali fl-aħħar leġiżlatura?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara li bħalissa l-Kunsill Lokali għaddej b’laqgħat mal-Ministeri konċernati biex jiġi diskuss jekk il-proġett li rrefera għalih l-Onorevoli Interpellant hux se jsir jew le, u jekk fl-affermattiv, kif u min se jkun involut.
Ministeru għall-Familja u Soliderjetà Soċjali — konsulenzi mogħtija b'direct order
Question
Tista' l-Ministru tgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta' konsulenza mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum mill-Ministeru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu permezz ta' direct order? X'kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza? X'inhu il-valur ta' kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li RSM Malta, ingħatat kuntratt biex taghmel awditjar tal-processi interni tal-Awtorità tad-Djar b’direct order wara li ntalbu quotations minghand numru ta’ kumpaniji relevanti. Il-quotation ta’ RSM Malta irriżultat l-orħos. Il-valur totali huwa ta’ €25,000, u dan wara ukoll li ġie esplorat il-possibilità li jsir permezz ta’ l-MEU ( Management Efficiency Unit) jew IAID ( Internal Audit and Investigation Department) fi ħdan il-gvern.
FSWS- Ma saret l-ebda konsulenza.
KNPD- Ma saret l-ebda konsulenza.
Kummisjoni tat-tfal-Ma saret l-ebda konsulenza
Awtorita’ ta’ djar- Ma saret l-ebda konsulenza.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — Segretarju Parlamentari - ingaġġ ta' persuni minn barra s-servizz pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' persuni li qed jaħdmu fis-segretarjat privat tas-Segretarju Parlamentari fi ħdan il-Ministeru tiegħu u kemm minnhom ġew ingaġġati minn barra s-servizz pubbliku?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ persuni li qed jaħdmu fis-segretarjat privat tas-Segretarju Parlamentari huwa 11. 9 minnhom ġew ingaġġati minn barra s-servizz pubbliku.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — ingaġġ ta' persuni minn barra s-servizz pubbliku
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'inhu n-numru ta' persuni li qed jaħdmu fis-segretarjat privat tagħha u kemm minnhom ġew ingaġġati minn barra s-servizz pubbliku?
Response (DALLI, HELENA)
Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li n-numru ta' persuni jaħdmu fis-Segretarjat Privat hu ta' 17 il-persuna. Minn dawn 9 persuni ġew ingaġġati barra mis-Servizz Pubbliku.
Ministeru għat-Turiżmu — Segretarju Parlamentari - ingaġġ ta' persuni minn barra s-servizz pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' persuni li qed jaħdmu fis-segretarjat privat tas-Segretarju Parlamentari fi ħdan il-Ministeru tiegħu u kemm minnhom ġew ingaġġati minn barra s-servizz pubbliku?
Response (VELLA, KARMENU)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-Segretarju Parlamentari fi ħdan il-Ministeru għandu 10 persuni impjegati miegħu, u li minnhom 9 ġew ingaġġati minn barra s-servizz pubbliku.
Ministeru għat-Turiżmu — ingaġġ ta' persuni minn barra s-servizz pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' persuni li qed jaħdmu fis-segretarjat privat tiegħu u kemm minnhom ġew ingaġġati minn barra s-servizz pubbliku?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għat-Turiżmu għandu 11-il persuna impjegata miegħu, u li minnhom hemm 4 persuni li ġew ingaġġati minn barra s-servizz pubbliku.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Kummissarju tal-Pulizija l-ġdid ħax il-ġurament tal-ħatra? Jekk iva, meta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Jien infurmat li l-ittra tal-ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija ntbgħatet lill-Ministeru responsabbli. Arranġamenti biex jittieħdu ġuramenti ta’ ħatriet bħal dawn isiru mill-Ministeri rispettivi jekk ikun il-każ.
Nistieden lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Fir-rigward tal-ħatra taċ-Chairman il-ġdid tal-Malita Investments, jista' l-Ministru jgħid x'merti, kwalifiki u kompetenzi partikolari għandu l-individwu l-ġdid magħżul apparti l-mertu li indirizza mass meeting tal-Partit Laburista u li kien kritiku tal-gvern preċedenti?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għat-tweġiba għall- Mistoqsija Parlamentari Numru 518