Legislature:
Category:
Reset
Active:

Studenti tal-Form 5 — talbiet biex jispiċċaw qabel tmien is-sena jew jilħqu s-16-il sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm studenti li jinstabu fil-Form 5 talbu li jispiċċaw qabel it-tmiem tas-sena skolastika jew qabel jilħqu l-età ta' 16-il sena? Jista' jagħti din l-informazzjoni separata għall-iskejjel statali, indipendenti u tal-Knisja u kemm huma bniet u kemm subien?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li mill-bidu tas-sena skolastika 2012/2013 sal-lum kien hemm żewġ (2) studenti mill-Form 5 li talbu għal eżenzjoni mill-iskola, ġuvni ta' 15-il sena u tfajla ta' 16-il sena, it-tnejn jattendu skejjel tal-Gvern.
Leg 12 PQ #909 Sitting 39 2013-06-26 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

Imwiet kawża tat-tipjip

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu nies direttament jew indirettament mit-tipjip u dan fl-2012 u fl-ewwel erba’ xhur tas-sena?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ każijiet ta’ mwiet irreġistrati fir-Reġistru Nazzjonali tal-Imwiet u li huma meqjusa li kienu kkaġunati minħabba t-tipjip matul is-sena 2012 kien ta’ 439 f’Malta u Għawdex. Din is-sena, bejn il-bidu ta’ Jannar u l-aħħar ta’ Frar, in-numru proviżorju ta’ każijiet ta’ mwiet li huma meqjusa li kienu kkaġunati mit-tipjip kien ta’ 97 mewt f’ Malta u Għawdex. L-informazzjoni għal Marzu u April 2013 għada qed tinħadem.

Fondi tal-Unjoni Ewropea — xogħlijiet fl-Università ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol qed isir fl-Università ta' Malta bħalissa li għalih qed jintużaw fondi mill-Unjoni Ewropea, kemm infrastrutturali u le?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skola Primarja — studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm studenti se jispiċċaw l-aħħar sena primarja, skola skola u maqsumin fi bniet u subien?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #900 Sitting 35 2013-06-25 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skejjel — Applikazzjonijiet tal-MEPA

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għall-bini u/jew għall-alterazzjonijiet fil-bini ta’skejjel? Liema huma l-iskejjel, min għamel kull applikazzjoni u meta saret kull waħda?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont is-sistema tal-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-istess Awtorità għandha quddiemha għaxar (10) applikazzjonijiet għall-bini u/jew għall-alterazzjonijiet fil-bini ta’ skejjel. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji mitlbua mill-Onorevoli Interpellant. Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika ta' l-Awtorità fuq applikazzjonijiet pendenti li fil-proposta għandhom xi waħda mill-kliem elenkati hawn taħt. · Skola · Skejjel · School/s · training · classroom · klassi · learn · education · tuition · edukazzjoni · Class 8

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — Priġunieri li qed jagħmlu studju akkademiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jinżammu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u qed jagħmlu xi forma ta' studju akkademiku? Jista' jgħid ukoll f'liema suġġetti u f'liema livelli? Jekk ikollhom bżonn jagħmlu riċerka għall-istudju tagħhom, din kif issir?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Studenti tal-Form 5 — Permess biex jitilqu mill-iskola qabel għeluq is-16-il sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena skolastika kemm kien hemm studenti li ngħataw permess jitilqu mill-iskola qabel għalqu s-16-il sena? Kemm kienu subien u kemm bniet? X'kienu r-raġunijiet prinċipali? Kemm kienu jattendu fl-iskejjel tal-Gvern, tal-Knisja u dawk indipendenti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li mill-bidu tas-sena skolastika 2012/2013 sal-lum kien hemm tliet studenti li talbu biex jingħataw permess jitilqu mill-iskola qabel għalqu s-16-il sena. Dawn kienu żewġ tfajliet u ġuvni u kienu jattendu skejjel tal-Gvern. L-eżenzjoni ngħatat minħabba raġunijiet umanitarji.

Fondi tal-Unjoni Ewropea — Xogħlijiet fl-industrial areas

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar x'xogħol qed isir bħalissa mill-Malta Enterprise fil-industrial areas li huma responsabbli tagħha permezz ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea? Kemm hu l-ammont ta’ fondi li bħalissa qed jintefqu għalhekk?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #904 Sitting 35 2013-06-25 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qorti — kawżi ta' separazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid sena b'sena mis-sena 2000 sal-lum, kemm ġew ippreżentati kawżi ta' separazzjoni quddiem il-Qrati? Kemm minnhom ġew deċiżi kull sena u kemm ġew irtirati? Jista' jagħti wkoll in-numru ta' kawżi li ġew ippreżentati fl-ewwel erba’ xhur ta' din is-sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Medja tal-Kamra.

Skejjel tal-Gvern — Għalliema - Vakanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vakanzi ta' għalliema mal-Gvern bħalissa? F'liema suġġetti u f'liema livell? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li jiġu impjegati supply teachers għas-sena skolastika li jmiss u f'liema suġġetti u livelli?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li bħalissa m'hemmx vakanzi ta' għalliema fl-iskejjel tal-Istat. Supply Teachers jiġu mpjegati jekk u meta jinħolqu vakanzi li ma jkunux jistgħu jimtlew minn għalliema.

Aġenzija Appoġġ — għajnuna mogħtija lill-priġunieri

Question

Tista' l-Ministru tindika f'dawn l-aħħar ħames snin, kemm kienu l-każijiet li ġew riferuti mill-Assessment Team tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin lill-Aġenzija Appoġġ? Sar pjan ta' azzjoni ma' kull każ fejn f'dan il-pjan ta' riabilitazzjoni jkun hemm involut il-priġunier? Kemm kien hemm familji ta' priġunieri f'dan il-perjodu li sabu għajnuna minn servizzi oħra tal-Aġenzija Appoġġ u mhux dak li x-xogħol prinċipali tagħha hu mal-priġunieri?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Sa Ottubru 2008 l-Aġenzija APPOGG kienet toffri servizz ta’ social work fi ħdan l-Facilita’ Korrettiva ta’ Kordin, fejn kien isir xogħol kemm mal-inmates kif ukoll mal-familjari tagħhom. Skond statistika li għandha l-Aġenzija matul dik is-sena ġew referuti 4 każijiet u saru interventi ma 276 każ. Wara dan il-perjodu l-Aġenzija ma ġietx mitluba li toffri aktar dan is-servizz. L-Aġenzija APPOGG toffri għajnuna lill diversi familji b’diffikultajiet socjali iżda ma żżommx data dwar jekk dawn il-familji humiex familjari ta’ priġunieri.

child care centres

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn child care centres fil-preżent u kemm minnhom huma tal-Gvern u mmexxija mill-Gvern stess? Fejn jinsabu dawn iċ-child care centres? Jista' jgħid jekk jintalabx ħlas għal min jagħmel użu minn dawn iċ-child care centres? Fejn huwa maħsub li jinfetħu oħrajn ġodda? X'ħin jiftħu u jagħlqu dawn iċ-ċentri li huma mħaddma mill-Gvern?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali. Ninsab infurmat li ċ-ċentri li tmexxi l-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi jinsabu f'dawn il-lokalitajiet:- 1. Il-Birgu 2. Bormla 3. Birkirkara 4. Il-Qawra 5. Floriana 6. In-Naxxar 7. Ħal Qormi 8. Pembroke 9. Is-Siġġiewi 10. Santa Venera 11. Il-Marsa Tintalab issir kontribuzzjoni mingħand min juża s-servizz u din tinħadem fuq sistema ta' means testing. Skont in-National Reform Programme, child care centres ġodda għandhom jinfetħu fil-Gżira u ż-Żurrieq. Dawn iċ-ċentri jiftħu fis-7.30 ta' filgħodu u jagħlqu fl-4.00 ta' wara nofsinhar.

Futbol — nies imressqa l-qorti

Question

Peress li l-istaġun tal-futbol wasal biex jintemm, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nies li tressqu l-Qorti fuq ksur tal-liġi fl-Istadium Nazzjonali, fil-Victor Tedesco Stadium, fil-grawnd tal-Hibernians f'Kordin, fis-Centenary Stadium u fil-Gozo Stadium?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena, il-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti 18-il persuna fuq akkużi ta’ reati fil-grawnds tal-futbol, kif ġej: Stadium Nazzjonali 6 Victor Tedesco Stadium 3 grawnd tal-Hibernians f'Kordin 4 Centenary Stadium 2 Gozo Stadium 3

Higher Secondary Giovanni Curmi — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' studenti, subien u bniet separatament, li daħlu fil-Higher Secondary Giovanni Curmi f'din is-sena skolastika? Kemm minnhom telqu mill-istudji tagħhom qabel ma ntemmet is-sena skolastika? Kien hemm xi studenti li tkeċċew? Jekk iva, għal liema raġuni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

MCAST — Istitut tal-Informatika u t-Teknoloġija tal-Komunikazzjoni - studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-bidu tas-sena akkademika 2012-13 kemm kien hemm studenti li bdew jew komplew fl-Istitut tal-Informatika u t-Teknoloġija tal-Komunikazzjoni fl-MCAST, u kemm kien kemm drop outs minn dawn l-istudenti kors b'kors?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Twelid — father unknown

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm hu l-persentaġġ ta' trabi li twieldu f'pajjiżna f'dawn l-aħħar ħames snin li għandhom imniżżel fuq iċ-ċertifikat tat-twelid tagħhom unknown father?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor Interpellant lil-persentaġġ ta' trabi li twieldu f'pajjiżna u ġew reġistrati fir-Reġistru Pubbliku f'dawn l-aħħar ħames snin li għandhom imniżżel fuq iċ-ċertifikat tat-twelid tagħhom unknown father huwa ta’ 7%.
Leg 12 PQ #889 Sitting 33 2013-06-19 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — impjegati sospiżi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) li jinsabu sospiżi u kemm ilhom sospiżi mix-xogħol? Jista' jgħid dawn jekk hux qed jitħallsu jew le, u kemm qed jitħallsu jekk hux full jew part pay? X'inhi r-raġuni skont kull każ, li dawn jinsabu sospiżi u min huma?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-awtorità għanda żewġ (2) ħaddiema li jinsabu sospiżi, wieħed ilu kważi 10 snin u l-ieħor xahrejn u nofs.

Skejjel — maintenance agreement fuq lifts

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel li għandhom maintenance agreement fuq il-lift/s tal-iskola u kemm huwa l-ħlas skont kull każ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Programmi kontra l-vizzju tad-droga — Għajnuna mill-Gvern

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’għajnuna tingħata mill-Gvern lill-għaqdiet volontarji li jieħdu ħsieb dawk li jridu jagħmlu programm biex ifiequ mid-droga? Liema huma dawn l-għaqdiet u x’għajnuna tingħata lil kull waħda?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.