Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pjan ta’ Transport Malta għal xogħol fuq toroq għas-sentejn li ġejjin?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward ta’ toroq residenzjali Transport Malta qed taħdem fuq il-programm tax-xogħlijiet eżistenti. Dan sakemm ma jinstabux problemi li l-Awtorità ma tkunx tista’ ssolvi u sakemm l-obbligi kollha tal-iżvilipputari huma mwettqa.
Għall-programm ġdid ta’ toroq residenzjali, is-sena l-oħra sar eżerċizzju mal-Kunsilli Lokali kollha ta’ Malta, fejn il-Kunsilli ġew mitluba li jissottomettu lista ta’ toroq li fadlilhom isiru fi-lokalità tagħhom. Transport Malta qed tivverifika din il-lista wara li reġgħu saru laqgħat mal-kunsilli lokali din is-sena mill-Minsitru għat-Trasport u Infrastruttura.
Ninsab infurmat ukoll li Transport Malta qed taħdem fuq programm ġdid għal xogħlijiet ta’ major patching bl-użu ta’ hot asphalt. Kif dan il-prgramm jiġi approvat u finanzjat, se jiġi ppjanat roster tax-xogħlijiet li jkun jinkludi xogħlijiet matul il-lejl, ladarba dan jiġi stabbilit li jkun l-aħjar ħin biex jinħoloq l-inqas inkonvenjent possibli għax-xufiera, residenti u l-pubbliku in ġenerali.
Inżid ukoll li fis-sentejn li ġejjin Transport Malta se tkompli bix-xogħlijiet fuq Triq Diċembru 13 li għandhom jitlestew sal-ewwel kwart tas-sena 2014, u se jkunu wkoll qed isiru x-xogħlijiet fuq Triq il-Kosta u l-Kappara Junction.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm toroq residenzjali saru fl-aħħar ħames snin, sena b’sena?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li n-numru ta’ toroq residenzjali li saru fl-aħħar ħames snin sena b’sena huma kif ġej:
1. 2008 – 148
2. 2009 - 100
3. 2010 – 71
4. 2011 – 83
5. 2012 – 60
6. 2013 sal-lum – 51
Jista’ l-Ministru jgħid kemm toroq residenjzali se jsiru jew jiġu asfaltati fis-sentejn li ġejjin? Liema huma?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq bini ġdid ta’ toroq residenzjali. Dan sakemm ma jinstabux problemi li l-Awtorità ma tkunx tista’ ssolvi u sakemm l-obbligi kollha tal-iżviluppaturi huma mwettqa.
Għall-programm ġdid ta’ toroq residenzjali, is-sena l-oħra sar eżerċizzju mal-kunsilli lokali kollha ta’ Malta, fejn il-kunsilli ġew mitluba li jissottomettu lista ta’ toroq li fadlilhom isiru fi-lokalità tagħhom. Transport Malta qed tivverifika din il-lista wara li reġgħu saru laqgħat mal-kunsilli lokali din is-sena mill-Minsitru għat-Trasport u Infrastruttura.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk jaqbilx mal-introduzzjoni ta' Prim Minister's Question Time fil-Parlament tagħna?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Hija l-fehma tal-Gvern li wara l-ewwel mewġa ta’ riformi tal-ħidma Parlamentari, wieħed ikun jista’ jiddiskuti dan is-suġġett flimkien mal-implimentazzjoni tal-miżuri li l-Gvern għandu mandat biex jimplimenta.
Jista' l-Ministru jgħid x'nuqqasijiet ta' għalliema hemm fi skejjel sekondarji u Junior Lyceums u f'liema suġġetti? X'qed isir biex jimtlew dawn il-vakanzi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li bħalissa mhemm ebda vakanza ta' għalliema fi skejjel sekondarji u Junior Lyceums.
Jista’ l-Ministru jgħid sa meta hu maħsub jew mistenni li l-Gvern ikun ħabbar iż-żmien massimu li wieħed għandu jistenna biex issirlu operazzjoni? X’timeframes ta’ stennija se jkun hemm għal liema interventi?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li qed isir studju tal-benchmarks internazzjonalment qabel jiġi stabbilit l- benchmarks tal-operazzjonijiet fuq bażi lokali. Dawn flimkien mal-Costings tal-proċeduri tal-isptar għandhom ikunu definiti sa’ l-aħħar ta’Ottubru li ġej.
Ninsab infurmat ukoll li hemm għaddej proċess ta’ evalwazzjoni u konsultazzjoni sħiħa mal-professjonisti konċernati, sabiex jiġu stabbiliti protokolli, ħalli jkun hemm żmien speċifikat massimu ta’ stennija għall kull operazzjoni.
Wieħed jifhem li dan l-eżercizzju ta’ volum kbir, delikat u ta’ mportanza kbira, u li għaldastant jirrikjedi fih innifsu li jsir b’kawtela iżda b’ritmu moderat, ħalli niżguraw illi ż-żmien ta’ stennija għall kull operazzjoni jkun f’’time frames’ ġusti u rejalistiċi.
Kif tinġabar din l-informazzjoni kollha u jiġi finalizzat dan il-proċess, il-Ministeru tas-Saħħa jkun jista’ jagħti din l-informazzjoni kollha u sħiħa b’mod trasparenti sabiex kullħadd ikun infurmat.
Ninsabu konvinti illi dak li ser jiġi stabbilit, lkoll flimkien kemm mal-professjonisti u ħaddiema kollha nvoluti, ser naraw li dawn il-miri jintlaħqu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ripatrijati immigranti irregolari? Jista' jagħti breakdown sena b'sena u b'pajjiż pajjiż għal dawn l-aħħar ħames snin?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu ċittadini Maltin u Għawdxin bil-kanċer tal-pulmun f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ każijiet ta’ mwiet irreġistrati fir-Reġistru Nazzjonali ta’ l-Imwiet li huma meqjusa bħala li kienu kkaġunati minn kanċer tal-pulmun bejn l-2008 u l-2012 kienu tmien mija (800). Kien hemm mija u disa u erbgħajn (149) fl-2008, mija u tnejn u ħamsin (152) fl-2009,mija u disa u ħamsin (159) fl-2010,mija seba u ħamsin (1570 fl-2011 u mija tlieta u tmenien (183) fl-2012.
Din l-informazzjoni tapplika għal residenti Maltin u Għawdxin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm passaporti diplomatiċi Maltin validi bħalissa? Kemm inħarġu sena b'sena matul l-aħħar Leġiżlatura?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ passaporti diplomatiċi Maltin validi bħalissa hu ta’ 432, li minnhom 383 inħarġu matul laħħar leġiżlatura u għadhom validi u 49 ħarġu bejn il-09 ta' Marzu 2013 u l-24 ta' Ġunju 2013.
In-numru ta' passaporti diplomatiċi li nħarġu, sena b'sena, matul il-perijodu ndikat mill-Onor. Membru, kien dan:
- Bejn il-08 ta' Marzu 2008 u l-31 ta Diċembru 2008 ħarġu 52 il-passaport diplomatiku, li minnhom 11 ma għadhomx validi
- Bejn l-1 ta' Jannar 2009 u l-31 ta' Diċembru 2009 ħarġu 104 passaport diplomatiku, li minnhom 13 ma għadhomx validi
- Bejn l-1 ta' Jannar 2010 u l-31 ta' Diċembru 2010 ħarġu 82 passaport diplomatiku, li minnhom 8 ma għadhomx validi
- Bejn l-1 ta' Jannar 2011 u l-31 ta' Diċembru 2011 ħarġu 76 passaport diplomatiku, li minnhom 4 ma għadhomx validi
- Bejn l-1 ta' Jannar 2012 u l-31 ta' Diċembru 2012 ħarġu 94 passaport diplomatiku
- Bejn l-1 ta' Jannar 2013 u t-8 ta' Marzu 2013ħarġu 11 passaport diplomatiku
Jista' l-Ministru jgħid kemm waslu rapporti għand il-Ministeru ta' każijiet ta' bullying fi skejjel pubbliċi f'dawn l-aħħar snin fil-livelli varji edukattivi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra hemm in-numru ta' allegati każijiet ta' bullying li ġew irrapportati lis-Servizz ta' Kontra l-Ibbuljar li jagħmel parti mis-Safe School Programme fi ħdan is-Servizzi Edukattivi Psikosoċjali tad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi matul dawn l-aħħar erba' snin waqt is-sena skolastika.
Ninsab infurmat ukoll li f'dawn l-aħħar snin fl-MCAST ġie rrappurtat każ wieħed ta' bullying.
Pubblikazzjoni tal-iState of the Environment Report
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta hu mistenni li jiġi ppubblikat l-iState of the Environment Report li jmiss?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Istate of the Environment Report li jmiss ser jiġi ppublikat wara li jitlestew il-fażijiet kollha meħtieġa ta' ġbir ta' data, informazzjoni u konsultazzjoni estensiva meħtieġa. Xogħol f'dan ir-rigward huwa għaddej. Din il-publikazzjoni se tkopri s-snin bejn l-2008 u l-2012.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm learning support assistants (LSAs) (facilitators) ġewwa Malta u f'liema skejjel qegħdin? Kemm hemm tfal li ġew statemented u f'liema skejjel jinsabu? Kemm ġew impjegati LSAs fl-aħħar ħames snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Tabella 'A' turi l-għadd ta' Learning Support Assistants u f'liema skejjel tal-Gvern qegħdin, filwaqt li Tabella 'B' tirrigwardja l-għadd ta' tfal li ġew statemented u f'liema skejjel tal-Gvern jinsabu.
Tabella 'Ċ' tagħti t-tagħrif rispettiv (imqassam f'erba' tabelli) fl-iskejjel tal-Knisja u f'dawk Indipendenti.
Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, infurmat li 757 Learning Support Assistants ġew impjegati fl-iskejjel tal-Gvern fl-aħħar ħames snin. Matul l-istess perjodu kien hemm żieda ta' 250 LSAs fl-iskejjel tal-Knisja u Indipendenti.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' studenti, subien u bniet separatament, li daħlu għall-ewwel darba fil-Junior College f'din is-sena skolastika? Kemm minnhom telqu mill-istudji tagħhom? Kien hemm min tkeċċa? Jekk iva, għal liema raġuni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta' studenti subien u bniet li daħlu għall-ewwel darba fil-Junior College kien 581 u 753 rispettivament. 25 subien u 29 bniet telqu mill-istudji tagħhom. Infurmat ukoll li 17 subien u 15 bniet abbandunaw l-istudji tagħhom u mhux se jagħmlu l-eżamijiet tal-aħħar tas-sena. Ma kienx hemm studenti li tkeċċew mill-Junior College.
Faċilità Korrettiva ta' Kordin — Għajnuna lil min jixtieq jistudja
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif id-Direttorat tal-Edukazzjoni qed jgħin biex dawk miżmuma fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u jkunu jridu jistudjaw, ikunu jistgħu jagħmlu dan?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi għandu arranġament li permezz tiegħu għalliem hu assenjat dmirijiet fil-Faċilita` Korrettiva ta' Kordin biex jgħin lil dawk li jkunu jixtiequ jistudjaw.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi l-politika tal-Gvern dwar il-proġett ta’ jekk għandux ikun hemm mina bejn Malta u Għawdex?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-possibilta’ ta’ mina bejn iż-żewg gżejjer beda jsir ix-xogħol fuqha taħt l-amministrazzjoni preċedenti, minkejja li ma ssemmietx fl-aħħar budget tal-leġislatura l-oħra. Fuq parir tal-Ministeru għal Għawdex u tal-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, il-Gvern iddeċieda li jibqa’ għaddej bl-istudju ta’ fattibilita’ dwar din il-mina, flimkien ma’ pont u possibilitajiet oħra. Saret applikazzjoni biex parti mill-ispejjeż jitħallsu minn Fondi Ewropej filwaqt li parti oħra titħallas mill-Gvern Malti. It-tender mistenni joħroġ sa tmiem din is-sena. Sa’ issa jidher li l-mina jkollha tibda mill-inħawi tal-Għadira u tiżbokka fuq in-naħa l-oħra ta’ Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru totali ta’ nies miżmuma fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u li qegħdin iservu sentenza ta’ ħabs? Kemm hemm minnhom li kienu sentenzjati għal għomorhom u li b’hekk mistennija jibqgħu l-ħabs sal-mewt? Dawn huma kollha Maltin? Jista’ jgħid kemm hemm nies miżmuma l-ħabs li mhumiex sentenzjati? Kemm minn dawn huma barranin u ta’ liema nazzjonalità?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li n-numru totali ta’ priġunieri sal -21 ta’ Mejju 2013 kien 610 minn dawn kien hemm 476 priġunier sentenzjat u 134 b’arrest preventiv.
Il-priġunieri sentenzjati għal għomorhom hu 12 li minnhom 10 huma Maltin u żewġ Tuneżini.
Il -priġunieri arrestati skont in-nazzjonalità huma kif ġej:
Nazzjonalità
Total
Stati Uniti
1
Gran Brittanja
2
Bulgarija
2
Kolombja
7
Repubblikia Domenikana
1
Olanda
1
Eġittu
10
Etjopja
1
Ġermanja
3
Guinea
2
Ungerija
1
Italja
4
Kosta tal-Avorju
2
Liberja
2
Libja
4
Lithuania
1
Mali
2
Morokk
1
Niġer
2
Niġerja
7
Palestina
1
Panama
2
Polonja
4
Portugal
3
Romanja
5
Slovakja
1
Somalja
8
Spanja
2
Sirja
1
Tuneżija
1
Total
84
Tista’ l-Ministru telenka kemm-il persuna, xahar b’xahar, fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena talbu l-għajnuna taċ-Ċentru tad-Detox minħabba dipendenza fuq id-droga? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu barranin u ta’ liema nazzjonalità huma? Kemm kien hemm persuni li kienu għadhom m'għalqux it-18-il sena li talbu l-għajnuna?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se jispiċċaw studenti mill-Form 5 fl-aħħar ta' din is-sena skolastika mill-iskejjel statali, indipendenti u tal-Knisja separatament? Kemm minnhom huma bniet u kemm subien?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-għadd ta' studenti li se jispiċċaw mill-Form 5 fl-aħħar ta' din is-sena skolastika hu kif se nsemmi:-
Skejjel Statali
: 2878 student li minnhom 1406 huma bniet u 1472 subien.
Skejjel tal-Knisja: 1517-il student li minnhom 694 huma bniet u 823 subien.
Skejjel Indipendenti: 472 student li minnhom 189 huma bniet u 283 subien.