Legislature:
Category:
Reset
Active:

SAG – membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija stazzjonati fil-preżent fl-SAG? Kif inhuma mqassma dawn fid-diversi gradi? F'ġurnata normali, kemm ikun hemm pulizija stand by u f'liema gradi jkunu?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onrevoli Interpellant li l-Ispecial Assignment Group illum il-gurnata hija assimilate flimkien ma dik li kienet il-Mobile Squad, biex flimkien iffurmaw ir-Rapid Intervention Unit.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — kuntratti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta’ konsulenza mill-11 ta’ Marzu 2013 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza mill-Ministeru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu, permezz ta’ direct order? X’kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta’ konsulenza? X’inhu l-valur ta’ kull kuntratt jew appointment ta’ konsulenza?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni se tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #1890 Sitting 55 2013-09-30 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — kuntratti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta’ konsulenza mill-11 ta’ Marzu 2013 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza mill-Ministeru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu, permezz ta’ direct order? X’kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta’ konsulenza? X’inhu l-valur ta’ kull kuntratt jew appointment ta’ konsulenza?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Fir-rigward tal-Kuntratti, id-Dwana, l-IRD, l-FIAU, l-EPD u l-Lottu r-risposta hija fin-negattiv.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetá Soċjali — kuntratti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta’ konsulenza mill-11 ta’ Marzu 2013 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza mill-Ministeru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanha, permezz ta’ direct order? X’kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta’ konsulenza? X’inhu l-valur ta’ kull kuntratt jew appointment ta’ konsulenza?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Korp tal-Pulizija — Spetturi - telephone cards

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed jingħataw telephone cards tal-mobile l-ispetturi tal-pulizija? Ta' liema valur qed tkun din il-card?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi l-ispetturi tal-Pulizija m’għadhomx jingħataw top up cards tal-mobile phone, peress li dan is-servizz qiegħed jingħata permezz ta’ kuntratt li jipprovdi sa €15 fix-xahar, flimkien ma' diversi konċessjonijiet oħra.

Korp tal-Pulizija — Spetturi - korsijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk u meta hu mistenni li jibda kors ieħor għal spetturi?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi nbdew proċeduri amministrattvi sabiex jiġu ngaġġati numru ta' Spetturi tal-Pulizija fil-Korp. Il-kors ta' dan ir-rekluttaġġ hu mistenni li jibda aktar tard din is-sena.

Korp tal-Pulizija — Taqsima Administrative Law Enforcement - membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm fiha membri t-taqsima tal-Administrative Law Enforcement tal-Korp tal-Pulizija? Kif inhuma mqassma dawn il-membri fi gradi differenti?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi t-tqassim tal-membri fid-diversi taqsimiet tal-Korp tal-Pulizija jsir skont l-esiġenzi u n-neċċessitajiet oħra li jkun hemm bżonn tal-Korp. Għar-raġunijiet ta’ sigurtà, mhux desiderabbli li jiġi ppublikat tagħrif dettaljat dwar l-operat tal-Pulizija.

Pulizija — interrogazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il interrogazzjoni saret mill-Pulizija minn meta daħlet fis-seħħ il-liġi li tagħti d-dritt ta’ assistenza legali qabel l-interrogatorju, u kemm-il istanza kien hemm fejn dan id-dritt ġie eżerċitat?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi minn Frar 2010 sa l-aħħar ta’ Awissu ta’ din is-sena, kien hemm 7975 persuna li kienet arrestata mill-Pulizija b’konnessjoni ma investigazzjoni kriminali. Minn dawn, 2273 persuna pprevelaw mill-jedd għal parir legali qabel ġew interrogati mill-Pulizija ai termini tal-Art 355 AT tal-Kodiċi Kriminali.

Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija — video cameras fil-kmamar tal-interrogazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta saret l-ordni għax-xiri u l-eventwali stallazzjoni ta’ video-cameras fil-kmamar fejn isiru l-interrogazzjonijiet fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, u kemm-il waħda ġiet stallata?

Response (MALLIA, EMANUEL)

l-ordni għax-xiri ta’ sitt audio visual recorders kienet saret fit-12 ta’ Dicembru 2012. Dawn ġew installati fil-bini tas-CID fil-Kwartieri Ġenerali fil-Floriana. Il-‘Letter of Acceptance’ ghax-xiri ta’ sitt (6) audio visual recorders kienet saret nhar it-12 ta’ Diċembru 2012. Dan l-apparat kien ġie installat ġewwa sitt (6) kmamar fit-Taqsima ta’ l-Investigazzjonijiet Kriminali fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fl-1 ta’ Marzu 2013. Minkejja li kien hemm l-installazzjoni tal-audio visual recorders, dawn qatt ma ntu¿aw fl-amministrazzjoni preċedenti u ntu¿aw biss għall-ewwel darba fi 22 ta’ April 2013.

Korp tal-Pulizija — Re-instatement ta' membri

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1525, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument li stabbilixxa l-policy għar-re-instatement tal-pulizija u jista’ jindika kemm ilu japplika dan id-dokument?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-reinstatements fil-Korp tal-Pulizija isiru skont kif previst fil-Public Service Management Code.

Korp tal-Pulizija — Fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm proġetti u fondi tal-Unjoni Ewropea bbenefika minnhom il-Korp tal-Pulizija minn meta pajjiżna daħal fl-Unjoni Ewropea ’l hawn? Jista’ jindika ukoll x’talbiet għal proġetti u fondi mill-Unjoni Ewropea huma pendenti?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi ż-Żgħar — kuntratti ta' konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta’ konsulenza mill-11 ta’ Marzu 2013 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza mill-Ministeru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu, permezz ta’ direct order? X’kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta’ konsulenza? X’inhu l-valur ta’ kull kuntratt jew appointment ta’ konsulenza?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #1888 Sitting 54 2013-07-17 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — kuntratti ta' konsulenza

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta’ konsulenza mill-11 ta’ Marzu 2013 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu, permezz ta’ direct order? X’kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta’ konsulenza? X’inhu l-valur ta’ kull kuntratt jew appointment ta’ konsulenza?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-Informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — servizz ta' konsulenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha hux qed jagħmel użu mis-servizzi bħala konsulenti fuq bażi ta’ self employed ta’ ex-ħaddiema tal-Air Malta li kienu għażlu li jieħdu l-voluntary retirement scheme? Jekk iva, min huma, x’xogħol qed jintalbu jagħmlu u x’rati ta’ pagament qed jitolbu?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'għandniex ex ħaddiema tal-Air Malta li kienu għazlu li jieħdu l-voluntary retirement scheme jaħdmu il-Ministeru.

Korp tal-Pulizija – membri reinstated

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm ex membri tal-Korp tal-Pulizija li ġew reinstated lura fil-Korp tal-Pulizija mill-11 ta' Marzu li għadda sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jekk iva, x'kienet is-sena li fiha kienu ħarġu mill-Korp u xi grad kellhom dakinhar li telqu, u f'liema grad ġew reinstated?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-11 ta’ Marzu sal-lum, kien hemm żewġ membri tal-Korp li ġew reinstated. Wieħed kien spiċċa mill-Korp fl-2004 fil-grad ta’ surġent u l-ieħor spicca fl-2009 fil-grad ta’ supretendent. It-tnejn li huma kienu ġew reinstated fil-grad li kienu jokkupaw qabel ma spiċċaw mill-Korp. Fil-jiem li ġejjin se jiġu re-instated numru ieħor ta’ membri ladarba jkun hemm l-approvazzjonijiet neċessarji u ssir il-proċedura skont il-PSMC.

Forzi Armati ta’ Malta — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Forzi Armati ta’ Malta u f'liema grad? X'vacancies jeżistu?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Forzi Armati ta’ Malta hemm 1,522 membru, imqassmin skond il-Grad kif indikat fit-tabella (kolonna (d)). Il-vakanzi f’kull grad skont l-establishment uffiċċjali huma wkoll indikati (kolonna (e)). Ser Rank Establishment Current strength Vacancies (a) (b) (c) (d) (e) = (c) – (d) 1 Brigadier 1 1 0 2 Colonel 6 6 0 3 Lt Colonel 18 15 3 4 Major 43 25 18 5 Captain 40 30 10 6 Lieutenant 28 24 +2 7 Second Lieutenant 6 8 Warrant Officer Class 1 30 22 8 9 Warrant Officer Class 2 70 17 53 10 Staff Sergeant 150 91 59 11 Sergeant 179 159 20 12 Bombardier 319 273 46 13 Lance Bombardier 377 333 44 14 Gunner 693 509 173 15 Officer Cadet 11 16 Gunner Recruit 0 Totals: 1,954 1,522 432

Korp tal-Pulizija — komunikazzjoni interna

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-komunikazzjoni interna tal-Korp tal-Pulizija li ħarġet ftit jiem ilu u ċjoè: GHQ/HR/280/2013/MSG?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mhuwiex desirabbli li titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-komunikazzjoni interna tal-Korp tal-Pulizija billi din tirrendi pubblika ħinijiet u ċirkostanzi ta’ xogħol tal-Pulizija li jistgħu jkunu ta’ detriment lill-Pulizija u gwadan lill-kriminalità. L-Onorevoli Interpellant qed jingħata l-fakultà li jara l-kopja tal-komunikazzjoni interna privatament.

Korp tal-Pulizija — Transfers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il transfer ta’ membri tal-Korp saru fi ħdan il-Korp tal-Pulizija mill-11 ta' Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? F’liema gradi?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li milli 11 ta’ Marzu ta’ din is-sena sal-lum kien hemm 226 membru tal-Korp li ġie trasferit minn xi Distrett/Taqsima għall-oħra tal-Korp tal-Pulizija. Dawn kienu f’dawn il-gradi: Assistant Kummissarju 1 Supretendenti 7 Spetturi 15 Surgenti Maġġuri 8 Surġenti 42 Kuntistabbli 153
Leg 12 PQ #1845 Sitting 53 2013-07-16 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pulizija — Ħatra ta' Kummissarju

Question

Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra li biha ħatar lill-Kummissarju tal-Pulizija l-ġdid?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li d-dokument mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.