Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri impjegati mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili? F'liema grad huma maqsuma dawn il-membri u kemm hemm membri f'kull grad?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Fid-Dipartiment hemm 130 impjegat fil-preżent kif jidher hawn taħt:
01 Head
03 Managers
01 Marine Engineer
05 Station Officers
02 Principals
01 Assistant Principal
25 Leading Assistance and Rescue Officers
85 Assistance and Rescue Officers
01 Executive Officer
03 Officers in Scale 14 (Detention Service Officers)
01 Communicator
02 ESTS Students (apprenticeship scheme)
01 Police Constable serving as Driver to Head of CPD
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – postijiet vakanti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma l-postijiet vakanti, jekk hemm, fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġieba li ingħatat għall-mistoqsija numru 1934 magħmula mill-istess Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija fil-Korp li huma uffiċjalment ingaġġati bħala tradesmen? Kemm kien hemm minn dawn li telqu fl-aħħar għaxar snin? Kemm minnhom ġew sostitwiti?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Preżentament hemm 30 membru fil-Korp tal-Pulizija assenjati fit-Taqsimiet tas-Snajja. Matul dawn l-aħħar 10 snin kien hemm 34 membru tal-Korp li spiċċaw, li tul dawn is-snin ġew sostituti bi 32 membru.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 385 u jindika f’liema parti tal-Kodiċi ta’ Etika tal-Ministri hemm indikat li jista’ jkun hemm waiver minn xi obbligu naxxenti minnu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija 2744.
Kunsill tal-Ministri tad-Difiża tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il Kunsill tal-Ministri tad-Difiża tal-Unjoni Ewropea kien hemm mid-9 ta’ Marzu sal-lum? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-Kunsilli ta’ Difiża attenda għalihom hu personalament?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 4347.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk bejn is-17 ta’ Mejju 2013 u s-27 ta’ Mejju 2013 inbidlux is-sigħat tax-shift ta’ bil-lejl fil-Korp tal-Pulizija? Jekk iva, kemm-il darba sar tali tibdil, min ħareġ din l-ordni u għala sar tali bdil?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi b’effett minn l-20 ta’ Mejju ta’ din is-sena, ix-xift ta’ bil-lejl għall dawk il-membri tal-Korp tal-Pulizija li jaħdmu fuq roster ta’ night – second – first – off, kien sar mid-9.00pm sas-6.00am minflok sal-5.00am.
Dan kien sar, sabiex jinżammu is-sigħat ta’ xoghol li dawn il-membri tal-Korp jahdmu fil-gimgħa, wara li kien temporanjament sospiż it-taħrig li dawn kienu jattendu fl-Akkademja tal-Pulizija fuq żewg nofs ta’ nhari fix-xahar. Dan it-taħriġ kien sospiż minħabba li t-taħriġ f’din l-akkademja ma kienx qed jagħti riżultati mixtieqa. Għalhekk ittieħdet din id-deċiżjoni sakemm tissaħħah kif tant hemm bżonn l-akkademja tal-Pulizija.
Wara li kienu saru rapreżentanzi mill-membri tal-Korp, b’effett mill-25 ta’ Mejju, il-ħin tax-xift ta’ bil-lejl kien tressaq b’siegħa l-quddiem u sar mit-8.00pm sal-5.00am
Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – Klieb tat-tfittxija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kelb tat-tfittxija għandu preżentament id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u jindika għal liema skop huma mħarrġa? Jista’ jindika meta ġew akkwistati?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Kemm il-Kelb hemm fis-CPD:
· 2 bl-isem ta CSIKI u DINO
Skop:
· Għal tfittxija u salvataġġ-USAR
Meta inxtraw:
· Agreement fis 7 ta’Marzu 2011
· Waslu hawn Malta fit 2 ta’ Mejju 2011
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il camera diġitali hemm fis-sezzjoni tal-Forensika tal-Pulizija u meta nxtraw?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi t-Taqsima tal-Forensika tal-Korp tal-Pulizija għandha għad-dispożizzjoni tagħha 8 kameras tar-ritratti diġitali. Peress li dawn kienu nxtraw fl-2009, inbeda l-proċess biex jinxtraw cameras ġodda oħra ħalli d-dipartiment ikun mgħammar b’teknoloġija aġġornata.
Korp tal-Pulizija – membri li huma avukati jew prokuraturi legali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li huma avukati jew prokuraturi legali? Xi grad għandhom dawn l-avukati u prokuraturi legali u f'liema taqsima/sezzjoni qegħdin iservu?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 4 membri tal-Korp tal-Pulizija li huma avukati u 3 li huma prokuraturi legali. Minn dawn 1 huwa Kummissarju, 1 Assistent Kummissarju, 2 Supretendenti u 3 huma Spetturi.
Barra l-Kummissarju, 2 qed iservu fil-Prosecutions Unit, 1 qed iservi fil-Protective Service, 1 mat-Taqsima tal-Europol, 1 fl-Ammistrazzjoni tal-Korp u 1 fit-Taqsima ta’ kontra t-Terroriżmu.
Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – Taqsima tal-Klieb
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiki għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li beda jmexxi t-taqsima tal-klieb tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili wara l-11 ta’ Marzu 2013? Il-fatt li matul il-kampanja elettorali l-individwu kien ta’ spiss jidher mal-Mexxej tal-Partit Laburista bħala bodyguard kien fattur li wassal biex jingħata dan l-inkarigu ġdid?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija ma bdietx tieħu ħsieb is-sezzjoni tal-klieb fil-11 ta’ Marzu 2013 hekk kif mistoqsi iżda wara 12 ta’ April 2013 fuq struzzjonijiet tad-direttur preċedenti. Il-persuna msemmija għandha l-kwalifiki u l-esperjenza kollha neċessarja biex tmexxi is-sezzjoni tas-salvataġġ speċjalment dik tat-tiftix u salvataġġ ta’ persuni maqbuda taħt it-tifrik. Is-sezzjoni tal-klieb hija parti żgħira minn dawn ir-reponsabbiltajiet mogħtija lilu.
Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – Taqsima tal-Klieb — responsabbiltà
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għala min hu responsabbli mit-taqsima tal-klieb tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ma ħax passi biex jevita l-ġlieda bejn il-klieb tas-salvataġġ u tiftix tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li seħħet il-Ħadd filgħodu fil-bidu ta’ Mejju (2013) u mhux talli hekk, talli meta intervjenew spiċċaw isawtu b’lasta ta’ xkupa lil dawn il-klieb bil-konsegwenza li dawn il-klieb sofrew grieħi serji u issa mhumiex up to the mark għal ħidma ta’ tiftix u salvataġġ? X’serħan il-moħħ se jagħti l-Ministru lill-pubbliku li dawn il-klieb li inxtraw għal eluf kbar ta’ ewro kull wieħed se jibqgħu effettivi kif kienu fil-ħidma ta’ salvataġġ u tiftix?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili investiga l-inċident u ma’ rriżulta minn mkien dak li qed jallega l-Onorevoli Interpellant. Il-Klieb kienu ċ-ċertifikati u eżaminati minn veterinarju u wara li ngħataw trattament għal gdim li kellhom irritornaw lura fis-servizz wara li rkupraw u ntużaw ukoll fuq programmi televiżivi, inkluż Net TV.
Sptar Mater Dei – appuntamenti għal Dental Check Up
Question
Jista’ l-Ministru jispjega kif raġel anzjan fit-18 ta' April 2013 ingħata appuntament mad-Dental Checkup Clinic fl-Isptar Mater Dei għall-1 ta' April 2014, u ftit jiem wara, u ċjoè fit-8 ta' Mejju 2013, irċieva li l-appuntament issa ħa jkun fit-18 ta' Awwissu 2014? Jaf li qed jingħataw bosta appuntamenti mid-Dental Checkup Clinic għall-2014? Il-Gvern huwa kuntent b’dan il-livell ta’ servizz? Meta se jibda l-Gvern joffri lill-pazjenti f'każijiet bħal dawn li jinqdew mill-privat mill-ewwel a spejjeż tal-Gvern?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru biex jagħti lid-Dipartiment tas-Saħħa, l-informazzjoni ħalli jkun jista jinvestiga l-kaz.
Infurmat ukoll li hemm
waiting list
li writna mill-amministrazzjoni preċedenti li tmur lura b’sentejn bħal
(check up
). Għalhekk bħalissa l-Ministeru tas-Saħħa għaddej b’analiżi biex jistabilixxi linji gwida ta’ stennija u studju l-fatturi li qed jikkontribwixxu għal tul ta’ stennija f’ċertu dipartimenti. Fil-każ tad-dentistrija, din il-problema ser tiġi tibda ndirizzata primarjament bl-ingaġġ ta’ aktar dentisti.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni tiegħu dwar id-dritt tal-disclosure ta' provi tal-Prosekuzzjoni f’kawżi kriminali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan is-suġġett huwa wieħed li l-Gvern qed jagħtih importanza massima. Kif jaf l-Onor. Interpellant, il-Kummissjoni għal Riforma Ħolistika fil-Qasam tal-Ġustizzja ippreżentat rapport għad-diskussjoni b’numru ta’ proposti għal riformi fid-diversi kampi legali, inkluż il-kamp penali. Dan ir-rapport bħalissa qiegħed fi stadju ta’ konsultazzjoni mal-istakeholders ewlenin.
Il-Kummissjoni hija mistennija li tippreżenta r-rapport finali tagħha fil-31 ta’ Ottubru, 2013 u l-Gvern qiegħed iħalli lill-Kummissjoni taħdem f’liberta’ assoluta u mingħajr ebda forma ta’ indħil. Immedjatament wara l-preżentazzjoni tar-rapport finali, il-Gvern se jieħu d-deċiżjonijiet meħtiega fuq id-diversi proposti finali għal riformi elenkati mill-Kummissjoni, inkluż fil-kamp penali u b’mod iktar speċifiku t-tema imsemmija mill-Onor Interpellant.
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma – kiri ta’ vetturi
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 382, jista’ l-Ministru jgħid b’liema rata u mingħand min qed jinkrew dawn il-vetturi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ż-żewġ vetturi qed jinkrew għall-ammonti ta' €20.72 (għoxrin ewro, tnejn u sebgħin ċenteżmu) u €50 (ħamsin ewro) rispettivament. L-aħħar vettura msemmija ħa tinbidel u l-ispiża tagħha se tinżel għal €25.42 (ħamsa u għoxrin ewro, tnejn u erbgħin ċenteżmu). Il-karozzi ezistenti qed jinkrew mingħand Merlin International Ltd u Meli Car Rentals.
Kunbtratti biex jinstabu postijiet fejn jiltaqgħu bands Maltin
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid għala ingħata kuntratt lil persuna li ħarġet favur il-Partit Laburista qabel l-aħħar elezzjoni bl-inkarigu li ssib post fejn jiltaqgħu l-bands Maltin, meta dan hu xogħol li faċilment seta’ jsir mit-Taqsima Proprjetà tal-Gvern? Ma jaħsibx il-Prim Ministru li xogħol id-Dipartiment tal-Artijiet fi ħdan it-Taqsima Proprjetà tal-Gvern hu proprju li tidentifika l-proprjetà tal-Gvern li tkun idonea għall-proġetti jew skopijiet li jkun irid jilħaq l-istess Gvern?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-gvern huwa kommess li jwettaq dak li wiegħed.
Biex jagħmel dan, il-gvern lest jaħdem ma’ kull min irid il-ġid għal pajjiżna u l-bibien huma miftuħa għal kulhadd.
Il-gvern qed jimxi b’mod li jinvolvi lill-oqsma kollha biex pajjiżna jimxi ‘il quddiem b’inqas partiġġjaniżmu u iktar koperazzjoni.
Filwaqt li t-Taqsima Proprjetà tal-Gvern għandha rwol important biex titwettaq il-wegħda li jinstab, jitranġa u jiġi promoss post fejn jiltaqgħu l-
bands
Maltin, il-persuna li qed jagħmel riferenza għaliha l-Onor Interpellant, bl-esperjenza li għandha fil-qasam tal-mużika, mingħajr dubju li għandha kontribut siewi ħafna x’tagħti f’din id-direzzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-Monti tal-Ħadd filgħodu li bħalissa jarma fil-Park and Ride, se jiċċaqlaq għal Strada Merkanti u Triq Nofsinhar fil-Belt?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mal-partijiet kollha konċernati.
Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – ċaqliq ta’ personnel
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’ċaqliq ta’ personnel kien hemm fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili mill-11 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Xi trasferimenti saru, ta’ min u ’l fejn fil-perijodu msemmi?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Pożizzjoni
Fejn kien/kienet
Fejn mar/marret
1
Operations Manager
Dipartiment tal-Protezzjoni Civili
Servizz tad-Detenzjoni
1
Assistant Principal
Dipartiment tal-Protezzjoni Civili
Dipartiment taċ-Ċittadinanza u Visas
1
Kummissarju tal-Pulizija
Korp tal-Pulizija
Dipartiment tal-Protezzjoni Civili
1
Principal
Ministeru tal-Ġustizzja u Intern
Dipartiment tal-Protezzjoni Civili
3
Detention Service Officers
Servizz tad-Detenzjoni
Dipartiment tal-Protezzjoni Civili
1
Manager
Transport Malta
Dipartiment tal-Protezzjoni Civili