Legislature:
Category:
Reset
Active:

Police Negotiating Board — laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir il-laqgħa li jmiss tal-Police Negotiating Board?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Il-Police Negotiating Board ġie iffurmat wara li ġiet ifformata l-Assoċjazzjoni tal-Pulizija. Fil-jiem li ġejjin l-ismijiet tal-membri ta’ dan il-bord se jkunu ippublikati fil-gazetta tal-Gvern u wara dan il-proċess formali mistennija ssir l-ewwel laqgħa.

Korp tal-Pulizija – Xogħol mal-Frontex

Question

Jista’ l-Ministru jispjega x-xogħol li l-Korp tal-Pulizija qed jagħmel flimkien mal-Aġenzija Ewropea FRONTEX?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi L-attivitajiet ta’ Frontex primarjament jirrigwardaw il-koperazzjoni ma’ l-aġenziji ta’ sigurta Ewropej, f’dak li hu il-kontroll tal-fruntieri. Il-Pulizija Maltija tibbenefika ħafna mill-attivitajiet ta’ din l-Aġenzija billi ta’ kull sena, diversi uffiċċjali jingħatalhom taħrig u Frontex tagħti assistenza biex jigi zgurat illi jkun hemm standards komuni fix-xogħol tal-Ufficcjali tal-Fruntieri. Il-Pulizija Maltija ukoll taħdem fil-qrib ma Frontex biex meta jkun hemm il-possibilita tieħu sehem f’operazzjonijiet konġunti ta’ ritorn ta’ persuni li jkunu irregolari fil-pajjiz, specjalment f’każijiet fejn il-konnessjonijiet bl-ajru għar-ritorn ikunu difficli. Kien hemm żmien fejn Malta ħadmet ħafna ma Frontex biex issaħħah il-kapaċita tagħha ta’ ritorn u kienu saru diversi attivitajiet ma uffiċjlai ta’ Frontex, kemm f’Malta kif ukoll barra min Malta, biex dan l’element jissaħħah. Malta ukoll tagħti is-sehem tagħha ma’ din l-Aġenzija, biex ikunu jistgħu isiru analżi u tinħoloq stampa ċara u attwali fuq bażi regolari tal-fenomenu tal-immigrazzjoni illegali fl-Ewropa. Barra min dan isir xogħol ukoll fi ħdan il-Frontex billi jintbagħtu ufficcjali tal-Pulizija Maltin, imħarrgin fix-xogħol ta’ immigrazzjoni, biex meta jkun hemm il-bżonn jassistu fix-xogħol tagħhom lill-Forzi tas-Sigurta inkarigati mill-fruntieri f’pajjizi oħra Ewropej. Fi ħdan il-Pulizija, Malta għadha kuntatt regolari u kontinwu mal-Aġenzija Frontex permess tan-National Frontex Point of Contact (NFPOC), li permezz tiegħu tirċievi u tinbagħat informazzjoni fuq diversi suġġetti ta’ nteress, liema nformazzjoni tigi disseminata lill entitajiet konċernati, inkluż lill-Forzi Armati ta’ Malta, li huma attivi ħafna wkoll fix-xogħol ta’ Frontex, kemm bil-mezzi ta’ l-ajru u tal-baħar kif ukoll bir-riżorsi umani.

Korp tal-Pulizija – sick leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ġurnata sick leave ttieħdu globalment fis-snin 2011, 2012 u sal-lum fl-2013 mill-membri tal-Korp tal-Pulizija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi in-numru ta’ ġranet sick leave li ttieħdu globalment fis-snin 2011, 2012 u matul din is-sena sa l-aħħar ta’ Settembru mill-membri tal-Korp tal-Pulizija kienu kif ġej: 2011 - 25391.5 Ġurnata 2012 - 26593 Ġurnata 2013 - 18303.5 Ġurnata

Korp tal-Pulizija – membri li għadhom iservu wara l-25 sena servizz

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li fl-1 ta' Mejju 2013 kienu għadhom iservu fil-Korp minkejja li għalqu 25 sena servizz? F'liema grad jinsabu dawn l-uffiċjali? Kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li huma mistennija jagħlqu l-25 sena servizz sal-aħħar tas-sena kurrenti 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif gej: Grad Membri tal-Korp tal-Pulizija li fl-1 ta’ Mejju ta’ din is-sena kienu għadhom iservu fil-Korp minkejja li għalqu l-25 sena servizz. Membri tal-Korp li mistennija jagħlqu l-25 sena servizz sa l-aħħar ta’ din is-sena 2013 Kummisarju 1 - Deputat Kummissarju 1 - Assistent Kummissarju 6 - Supretendent 9 - Spettur 8 3 Surgent Maġġur 33 2 Surġent 23 3 Kuntistabbbli 168 15

Korp tal-Pulizija — Akkademja – in service training

Question

Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra minn min qed jiġi mfassal il-kurrikulu fl-Akkademja tal-Pulizija għall-in service training li qed jingħataw il-membri tal-Pulizija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Kif ġa kelli l-okkażżjoni nispjega fi Tweġiba preċedenti, l-In Service Training lill-membri tal-Korp tal-Pulizija fl-Akkademja tal-Pulizija, huwa sospiż minħabba li t-taħriġ f’din l-akkademja ma kienx qed jagħti riżultati mixtieqa. Bhalissa għaddej eżerċizzju ta’ ristrutturar fl-Akkedmja tal-Pulizija, fejn anke’ ser jinħatar Direttur ta’ l-Istudji li, skond kif jipprovdi l-Att dwar il-Pulizija, ikun responsabbli għat-twaqqif tal-korsijiet u kurrikula tal-Akkademja.

Korp tal-Pulizija – medical investigation room f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fil-każ ta' eżami mediku mit-tabib tal-Korp tal-Pulizija, jekk hemmx il-ħsieb li l-Pulizija Għawdxin ikollhom il-faċilità ta' medical investigation room anke f'Għawdex stess?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li jekk qed jitkellem fuq kamra fejn it-tabib tal-pulizija ikun jista jagħmel eżamijiet medici lill-pulizija stess, għallissa f’pajjiżna hawn kamra waħda biss li hi attrezzata għal dan l-iskop. Minkejja dan mhux qed jigi eskluż, li tiġi attrezzata facilita ta’ Medical Investigation Room f’Għawdex. Dan isir skond il-prijoritajiet u l-eżiġenzi tal-korp.

Korp tal-Pulizija – sigħat ta’ xogħol ta’ kuntistabbli u surġenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siegħa qed jaħdem effettivament fil-ġimgħa kull kuntistabbli u surġent, meta wieħed jinkludi wkoll il-ħin li jqatta' fl-Akkademja tal-Pulizija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi l-membri tal-Korp tal-Pulizija qed jaħdmu 46 siegħa fil-ġimgħa, inkluż il-ħin assenjat għall taħriġ kif ikun meħtieg.

SAG – VIP Protection — vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura għandhom il-Pulizija tal-SAG għall-VIP Protection?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-SAG ilha ma teżistiex mill-1 ta’ Lulju 2013 wara li din l-iskwadra ġiet amalgamata fir-Rapid Intervention Unit.

Cyber Crime Unit – persuni mressqa l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Pulizija preżentement stazzjonati fis-Cyber Crime Unit tal-Pulizija? Kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reati konnessi ma' cyber crime fis-sena 2011, 2012 u sal-lum fl-2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm sitt membri tal-Korp tal-Pulizija stazzjonati fis-Cyber Crime Unit. Minħabba x-xogħol li dejjem qed jiżdied f’dan il-qasam, bħala parti mill-proċess biex jisaħaħ il-Korp tal-Pulizija b’riżorsi umani, qed ikun maħsub li din is-sezzjoni ukoll fi ħdan il-pulizija tissaħaħ aktar. Infurmat ukoll illi l-persuni mressqa quddiem il-Qorti matul dawn l-aħħar tlett snin b'reati konnessi ma' cyber crime kienu kif gej: Sena Total ta Persuni 2011 30 2012 27 2013 20

Korp tal-Pulizija — servizz fl-Open Centres u f'postijiet ta’ detenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il Pulizija jinsab preżentament iservi fl-open centres u postijiet oħra ta' detenzjoni/sorveljanza ta' immigranti irregolari?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi ma hemm ebda membru tal-Korp tal-Pulizija li preżentament qed iservi fl-open centres jew f’postijiet oħra ta' detenzjoni/sorveljanza ta' immigranti irregolari

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li jaħdmu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? Kemm minn dawn huma gwardjani (correctional officers)? Kemm minn dawn huma special response team? Kemm minnhom jaħdmu fl-uffiċini amministrattivi? Kemm minn dawn huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li bħalissa fil-Faċilità Korretiva ta’ Kordin hemm jaħdmu: 202 Total ta’ Impjegati 155 Gwardjani (Correctional Officers) 25 Nisa 130 Rġiel 16 Special Response Team 0 Nisa 16 Rġiel 6 Fl-uffiċini Amministrattivi 4 Nisa 2 Rġiel

Korp tal-Pulizija — spetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il spettur hemm f'kull diviżjoni tal-Korp tal-Pulizija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 92 spettur imqassmin fid-diversi taqsimiet tal-Korp, kif jidher fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Korp tal-Pulizija – Prosecutional Unit – persuni stazzjonati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna hi stazzjonata fil-Prosecutional Unit tal-Pulizija fil-preżent? Kemm kien dan il-complement f'din it-taqsima f'dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar ħames snin fil-Legal Office tal-Korp tal-Pulizija kien hemm stazzjonati Supretendent u Spettur. Minn dan is-sajf ġie wkoll stazzjonat surġent.

Korp tal-Pulizija – pulizija jsegwu kors fl-Università

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni preżentament fil-Korp tal-Pulizja li qegħdin isegwu kors fl-Università?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat li bħalissa, m'hemm l-ebda ufficjal tal-Pulizija li qiegħed sponsorjat ufficjalment mill-Korp sabiex isegwi xi kors fl-Universita', filwaqt li f’Gunju ta’ din is-sena, 29 Spettur bi prova, temmew kors ta' Diploma in Policing fuq bażi part-time, fejn kienu ntbgħatu mill-istess Korp skont il-kundizzjonijiet tal-inġaġġ tagħhom biex, jekk jgħaddu mill-eżamijiet, ikunu appuntati Spetturi fil-Korp. Infurmat ukoll li hemm , 9 membri oħra tal-Korp li nnotifikaw lit-Taqsima tar-Riżorsi Umani li kienu ser jibdew kors fl-Universita' u dan waqt il-ħin liberu tagħhom.

Korp tal-Pulizija – Spetturi — sigħat ta’ xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siegħa xogħol qed jagħmel kull spettur fil-Korp tal-Pulizija fil-ġimgħa? Kemm-il siegħa ta' disturbance allowance hu intitolat għaliha kull spettur? X'inhi r-rata ta' dan il-ħlas?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi l-Ispetturi fil-Korp tal-Pulizija, bħal membri oħra tal-Korp, jaħdmu 46 siegħa fil-gimgħa. Pero’ minħabba in-natura tax-xogħol tagħhom dawn jibbenefikaw minn disturbance allowance sabiex jikkompensa għall ħin li jkunu meħtiega jagħmlu aktar mill-ħin normali tagħhom. Din titħallas bil-perċentwali tal-paga basika ta’ Spettur bir-rata kif gej: Sigħat aktar minn 46 Rata tal-allowance 1 sa 3 sigħat 1% 4 sa 6 sigħat 2% 7 sa 9 sigħat 3% 10 sa 12 il-siegħa 4% 13 sa 15 il-siegħa 5% 16 sa 19 il-siegħa 6% 20 sa 24 siegħa 7% 25 sa 29 siegħa 8% 30 sa 35 siegħa 9% Aktar minn 35 siegħa 10%

Għassa tal-Pulizija – fond użat b’kirja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il għassa tal-Pulizija, jew fond użat mill-Pulizija, hu b'kirja mill-privat? Liema huma?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 25 post mikrija mingħand il-privat li huma użati bħala Għases tal-Pulizija. Dawn jinsabu f’dawn il-lokalitajiet: Attard Kalkara San Giljan Għasri Birkirkara Kirkop San Gwann Nadur Dingli Luqa San Pawl il-Baħar Xewkija Fgura Marsa Valletta Iz-Zebbuġ Għargħur Marsaxlokk Xgħajra Gudja Qrendi Ħaz Zebbuġ Imqabba Safi Zurrieq

Korp tal-Pulizija — Trasferiment ta’ Pulizija lejn Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jghid jekk ġewx trasferiti Pulizija lejn Għawdex mill-11 ta’ Marzu 2013 sad-data li tiġi imwieġba l-mistoqsija u filkas, kemm u għala?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi bejn il-11 ta’ Marzu sal-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena kien hemm 11-il membru tal-Korp tal-Pulizija li ġew trasferiti lejn Għawdex. Dawn kienu kollha fuq il-lista sabiex jitilgħu iservu Għawdex fuq talba tagħhom, skond il-proċedura interna tal-Korp.

Korp tal-Pulizija — Central Delivery Unit – Pulizija stazzjonati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm Pulizija jinsabu stazzjonati fis-Central Delivery Unit tal-Pulizija, biex jitqassmu r-riferiti tal-Qorti u xogħol ieħor konness?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 17-il membru tal-Korp li huma assenjati xogħol mas-Central Delivery Office, liema Taqsima tal-Korp tqassam notifiki tal-Qorti u xogħol ieħor relatat, f’Malta

Ta’ Kandja – Akkademja ġdida

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus s’issa fuq l-Akkademja l-ġdida f’Ta’ Kandja u f’liema stadju wasal dan il-proġett?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi s’issa in-nefqa relatata mal-kostruzzjoni tal-Akkademja tal-Pulizija ġewwa Ta’ Kandja hija ta’ €686,476, filwaqt illi l-bini tal-blokk fejn hemm il-lecture rooms u l-ufficji tal-amministrazzjoni qedin preżentament jiġu atrazzati bl-affarijiet mobbli illi hemm bżonn

Pulizija – użu ta’ taser guns

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk u f’kemm-il okkażjoni l-Pulizija għamlu użu minn taser guns waqt il-qadi ta’ dmirijiethom f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar ħames snin, cioe’ mill-2009 s’issa kien hemm 14-il każ fejn il-Pulizija għamlu użu minn taser gun waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.