B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 457, filwaqt li nroddlu ħajr għas-serħan il-moħħ li huwa tani, jista’ l-Prim Ministru jeskludi li f'ebda ċirkostanza u ma ħadd, minn Ġunju 2008 'l hawn, ma ddiskuta xi applikazzjoni pendenti jew futura quddiem l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) b'xi impenn li l-permess tal-awtorità joħroġ fi żmien definit wara l-elezzjoni ġenerali tal-2013?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lil Onor Interpellant għat tweġiba għal mistoqsija parlamentari 457.
Jista' l-Ministru jghid kemm kien in-numru ta' karozzi/vetturi ġodda li nxtraw mill-Korp tal-Pulizija, matul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi minn Jannar 2009 sa Settembru ta’ din is-sena, il-vetturi ġodda mixtrija mil-Korp tal-Pulizija kienu 47 vettura, 21 mutur u 2 segway.
Korp tal-Pulizija – membri involuti f’inċidenti tat-traffiku
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' membri tal-Korp tal-Pulizija li kienu involuti f'inċidenti tat-traffiku waqt il-qadi ta' dmirijiethom f'dawn l-aħħar ħames snin u kif kienu maqsuma sena b'sena?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi in-numru ta’ membri tal-Korp tal-Pulizija li kienu involuti f’incidenti tat-traffiku waqt il-qadi ta’ dmirijithom bejn Jannar 2009 u Settembru ta’ din is-sena huwa kif ġej:
Sena
2009
2010
2011
2012
2013
Membri tal-Korp involuti f'inċidenti tat-traffiku waqt il-qadi ta' dmirijiethom
18
16
8
17
12
Numru ta’ incidenti
21
21
8
17
13
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru urine tests fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin tul x-xhur ta' Marzu, April u Mejju 2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li matul ix-xhur ta’ Marzu, April u Mejju 2013 saru dawn il-urine tests:
Marzu - 69 test
April - 93 test
Mejju - 168 test
Faċilità Korrettiva ta' Kordin — każijiet ta' dixxiplina interna
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet ta' dixxiplina interna pendenti fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? Meta l-aħħar li ngħatat deċiżjoni ta' dixxiplina interna fil-ħabs?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Bħalissa hemm 25 każ pendenti ta’ dixxiplina interna fil-Faċiltà Korrettiva ta’ Kordin.
L-aħħar li ngħatat deċiżjoni ta’ dixxilplina interna kien fl-20 ta’ Settembru 2013.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — klassifikazzjoni tal-priġunieri
Question
Jista’ l-Ministru jispejga x'passi qed jittieħdu għall-klassifikazzjoni tal-priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent, il-klassifikazzjoni tal-priġunieri qiegħda ssir kif ġej:
- skont l-eta’ (id-Divizjoni tal-YOURS)
- skont is-sess (in-nisa huma separati mill-irġiel)
- skont il-vulnerabbilità tal-individwu (Divizjoni 8)
Faċilità Korrettiva ta' Kordin — programmi ta' rijabilitazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm programmi ta' rijabilitazzjoni fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin li attwalment qed isegwu l-priġunieri?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent ir-residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin għandhom il-possibilità li jsegwu wieħed minn-żewġ programmi residenzjali kontra l-abbuż tad- droga, dak offrut mill-Aġenzija Sedqa u dak offrut mill-Caritas.
Korp tal-Pulizija – membri jservu barra minn Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il membru tal-Korp tal-Pulizija qed iservi barra minn xtutna? F'liema organizzazzjoni u f’liema pajjiż qed iservu dawn il-membri tal-Korp u xi gradi għandhom?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat li fil-preżent hemm Supretendent li qed jservi fl-Olanda u Surġent li qed jservi fil-Kosovo.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-suġġetti akkademiċi li qed jiġu mgħallma l-Pulizija , konnessi direttament max-xogħol tagħhom, fl-Akkademja tal-Pulizija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 2212 li staqsa huwa stess.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' droga maqbuda mill-Pulizija fis-snin 2009, 2010, 2011, 2012 u sal-lum fl-2013, u x'kienet din id-droga?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif dwar l-ammont ta’ droga li nqabdet mil-Pulizija minn Jannar 2009 sa Settembru ta’ din is-sena, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-baġit għall-Korp tal-Pulizija, sena b'sena f'dawn l-aħħar 10 snin? Kemm fil-fatt intnefqu flus fl-istess perjodu sena b'sena?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onororevoli Interpellant li t-tagħrif dwar il-baġit tal-Korp tal-Pulizija għall dawn l-aħħar għaxar snin, se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra kemm hemm sezzjonijiet differenti fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi fil-Kwartieri Generali tal-Pulizija fil-Floriana hemm għaxar sezzjonijiet differenti:
1. It-Taqsima Amministrattiva
2. It-Taqsima tal-Ispecial Branch
3. Id-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali
4. L-Iskwadra ta’ kontra d-Droga
5. L-Iskwadra ta’ kontra ir-Reati Ekonomici u Vizzji
6. It-Taqsima tal-Forensika
7. It-Taqsima tal-Informatika
8. It- Taqsima tat-Traffiku
9. It-Tasima tal-Administrative Law Enforcement
10. It-Taqsima tas-Snajja.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri jaħdmu fid-detention services fl-aħħar ta' Mejju tas-sena 2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab informat illi fid-detention services fl-aħħar ta' Mejju tas-sena korrenti 2013 kien hemm jaħdmu 3 Officers u 38 Other Ranks tal- Forzi Armati ta’ Malta, 1 Manager (skala 7) u 146 Detention Service Officers.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siegħa ta' disturbance allowance huma intitolati għalihom l-ispetturi tal-Pulizija fix-xahar? Kemm hi r-rata tal-ħlas li jitħallsu l-ispetturi tal-pulizija għal dan?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari numru 2198 li ġiet mistoqsija propju minnu stess.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li persuna li ġie mdaħħal lura fil-Korp sab ruħu mill-ewwel fis-servizzi ta’ sigurtà jakkumpanja l-ħin kollu lill-Prim Ministru?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Mhux prudenti li tingħata informazzjoni dwar min jifforma l-iskorta ta' persuni f'karigi pubblici.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Pulizija nisa fil-Korp tal-Pulizija? F'liema grad qed iservu dawn il-membri nisa li hemm fil-Korp tal-Pulizija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 340 membri nisa fil-Korp tal-Pulizija. Dawn qed jokkupaw il-gradi kif gej:
Supretendent
2
Spettur
19
Surġent Maġġur
3
Surġent
83
Kuntistabbli
233
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm kienet il-crime rate għax-xahar ta’ April 2013 u jistax jindika wkoll kemm kien hemm każijiet ta’ serq rappurtat?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi r-reati kollha rrapurtati lill-Pulizija matul ix-xahar ta’ April ta’ din is-sena kien jammonta għal 1, 290, li minnhom 649 kienu rapporti ta’ serq.
Raħal Ġdid — Għassa tal-Pulizija – xogħol ta’ manutenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra dwar ix-xogħol ta’ manutenzjoni li hemm bżonn li jsir fl-Għassa tal-Pulizija ta’ Raħal Ġdid u meta dan ħa jsir?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi fl-Għassa ta’ Rahal Ġdid huwa meħtieg tiswija fil-bejt u fit-twieqi kif ukoll tiswijiet fit-tiolet. Hemm ukoll talba sabiex issir rampa minħabba l-aċċessibilita, liema talba qed tkun studjata mil-periti minħabba l-istruttura partikolari ta’ din l-Għassa.
Kif diġa ħabbart f’din il-Kamra bħalissa għaddej studju fuq l-Għasses kollha ta’ pajjiżna ħalli jsiru aktar tibdil skond l-eżiġenzi ta’ diversi lokalitajiet. Dan il-proċess jinkorpora fih ix-xogħol ta’ manutenzjoni fl-Għasses kollha ta’ pajjiżna . Dan hu proċess kontinwu li jsir mit-taqsima tas-snajja tal-korp.