Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #2276 Sitting 72 2013-11-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — reklamar u public relations

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u dipartiment li hi jew hu fi ħdan dan il-Ministeru, fuq reklamar jew public relations mill-11 ta' Marzu 2013 'il hawn? F'liema media sar dan ir-reklamar u permezz ta' liema aġenzija jew kumpanija?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li n-nefqa fuq reklamar u public relations matul ix-xhur Marzu, April u Mejju 2013 kienet ta’wieħed u erbgħajn elf, disa u disgħajn ewro u tnejn u sittien ċenteżmu (€41,099.62). Ma dawn kien hemm ukoll nefqa ta’ Stg.ta’erba mija seba u tmenien ewro (€487.50). Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — reklamar u public relations

Question

Tista' l-Ministru inkluż is-segretarju parlamentari tgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tagħha, inkluż kull entità u dipartiment li hi jew hu fi ħdan dan il-Ministeru, fuq riklamar jew public relations mill-11 ta' Marzu 2013 'il hawn? F'liema media sar dan ir-reklamar u permezz ta' liema aġenzija jew kumpanija?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — reklamar u public relations

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tagħha, inkluż kull entità u dipartiment li hi jew hu fi ħdan dan il-Ministeru, fuq reklamar jew public relations mill-11 ta' Marzu 2013 'il hawn? F'liema media sar dan ir-reklamar u permezz ta' liema aġenzija jew kumpanija?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba . Ninfurmah ukoll li r-reklami tal-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ingħataw jew b’mod dirett jew permezz ta’ aġenziji/kumpaniji li isimhom qed jingħata b’mod kunfidenzjali.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — reklamar u public relations

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u dipartiment li hi jew hu fi ħdan dan il-Ministeru, fuq reklamar jew public relations mill-11 ta' Marzu 2013 'l hawn? F'liema media sar dan ir-reklamar u permezz ta' liema aġenzija jew kumpanija?

Response (VELLA, GEORGE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li ma sar l-ebda reklamar jew public relations mill-11 ta' Marzu 2013 'l hawn.
Leg 12 PQ #2268 Sitting 71 2013-11-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — reklamar u public relations

Question

Jista' l-Ministru inkluż is-segretarju parlamentari jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u dipartiment li hi jew hu fi ħdan dan il-Ministeru, fuq reklamar jew public relations mill-11 ta' Marzu 2013 'il hawn? F'liema media sar dan ir-reklamar u permezz ta' liema aġenzija jew kumpanija?

Response (VELLA, KARMENU)

Qiegħed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — reklamar u public relations

Question

Jista' l-Ministru inkluż is-segretarju parlamentari jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u dipartiment li hi jew hu fi ħdan dan il-Ministeru, fuq reklamar jew public relations mill-11 ta' Marzu 2013 'il hawn? F'liema media sar dan ir-reklamar u permezz ta' liema aġenzija jew kumpanija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tagħrif mitlub għadu qed jiġi vverifikat u tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima — reklamar u public relations

Question

Jista' l-Ministru inkluż is-segretarju parlamentari jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u dipartiment li hi jew hu fi ħdan dan il-Ministeru, fuq reklamar jew public relations mill-11 ta' Marzu 2013 'il hawn? F'liema media sar dan ir-reklamar u permezz ta' liema aġenzija jew kumpanija?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li n-nefqa totali fuq reklamar jew public relations mill-Ministeru tiegħi, inkluż kull entità u dipartiment li hi jew hu fi ħdan dan il-Ministeru, mill-11 ta' Marzu 2013 'il hawn kienet ta’ €77,919.11 VAT mhux inkluż. Dan ir-reklmar sar fuq Gazetti, Internet, Radju, Rivisti u Televiżjoni permezz ta’ diversi aġenziji jew kumpaniji fosthom Alert Creative, Union Print, Media Consulta, MEPA, Printex LTD, University of Malta, Focused Knowledge, Ikona Artworks, DOI u Facebook. F’kull każ ġew rispettati r-regolamenti dwar sejħiet għall-offerti.

Ministeru għat-Trasport — reklamar u public relations

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u dipartiment li hi jew hu fi ħdan dan il-Ministeru, fuq reklamar jew public relations mill-11 ta' Marzu 2013 'il hawn? F'liema media sar dan ir-reklamar u permezz ta' liema aġenzija jew kumpanija?

Response (MIZZI, JOE)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — reklamar u public relations

Question

Jista' l-Ministru inkluż is-segretarji parlamentari jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u dipartiment li hi jew hu fi ħdan dan il-Ministeru, fuq reklamar jew public relations mill-11 ta' Marzu 2013 'il hawn? F'liema media sar dan ir-reklamar u permezz ta' liema aġenzija jew kumpanija?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Dokument ta' ftehim fuq provvista ta' gass mal-privat

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 432, ġaladarba jeżistu numru ta' kuntratti b'kondizzjonijiet differenti, u allura iktar u iktar m'għandux ikun hemm diffikultà biex iqiegħed dokument wieħed ta' kuntratt bi ftehim ta' prezz fiss għal 10 snin, jista’ l-Ministru allura jkun daqstant indulġenti u fil-fatt jqiegħed tali dokument wieħed fuq il-Mejda tal-Kamra b'tali parametri?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tali kuntratti jeżistu f'kemm kundizzjonijiet u anki b'mekkaniżmi differenti.
Leg 12 PQ #2262 Sitting 70 2013-11-04 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — transfers ta' impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 459 u jagħti informazzjoni dwar kemm saru transfers fl-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-12 ta' Marzu sal-lum? Jista' jagħti din l-informazzjoni dettaljata dwar min kienu l-persuni milquta, il-postijiet minn u fejn imxew u jekk it-transfers sarux fuq talba tal-individwu jew le?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — transfers ta' impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 458 u jagħti informazzjoni dwar kemm saru transfers fl-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-12 ta' Marzu sal-lum? Jista' jagħti din l-informazzjoni dettaljata dwar min kienu l-persuni milquta, il-postijiet minn u fejn imxew u jekk it-transfers sarux fuq talba tal-individwu jew le?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Korp tal-Pulizija – tul ta’ applikanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jitnaqqas it-tul rikjest tal-applikanti fl-ingaġġ li jmiss tal-Korp tal-Pulizija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi r-rekwiżit tat-tul għall-ingaġġ fil-Korp tal-Pulizija huwa dak indikat fis-sejħa ghal-applikazzjonijiet ippublikata fil-Gazzetta tal-Gvern tas-6 ta’ Settembru 2013
Leg 12 PQ #2265 Sitting 70 2013-11-04 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — reklamar u public relations

Question

Jista' l-Prim Ministru inkluż is-segretarju parlamentari jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u dipartiment li hi jew hu fi ħdan dan il-Ministeru, fuq reklamar jew public relations mill-11 ta' Marzu 2013 'il hawn? F'liema media sar dan ir-reklamar u permezz ta' liema aġenzija jew kumpanija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — reklamar u public relations

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru inkluż is-segretarju parlamentari jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u dipartiment li hi jew hu fi ħdan dan il-Ministeru, fuq reklamar jew public relations mill-11 ta' Marzu 2013 'il hawn? F'liema media sar dan ir-reklamar u permezz ta' liema aġenzija jew kumpanija?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Pulizija – mobile squad — vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura hemm disponibbli fil-preżent għall-mobile squad tal-Pulizija? Ta' liema marka huma dawn il-vetturi? Kemm minnhom qed ikunu assenjati għal kull shift?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Kif diġà kelli l-okkażżjoni ninforma lill-Kamra, b’effett mill-1 ta’ Lulju ta’ din is-sena l-Iskwadra tal-Mobile u l-Special Assignment Group fil-Korp tal-Pulizija kienu ġew amalgamati fi skwadra waħda magħrufha bħala Rapid Intervention Unit. Fil-preżent din it-Taqsima għandha għad-dispożizzjoni tagħha 30 vettura tal-marka Ford Focus, 4 Landrovers u 4 Kia Sedona u 2 vannijiet wieħed Ranault u l-iehor Ford Transit. Dawn jintużaw skont kif ikunu l-ħtiġijiet tax-xift.

Korp tal-Pulizija – servizz barra l-Korp

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Pulizija fil-preżent li qed jaqdu d-doveri tagħhom ma' dipartimenti oħra mhux fil-Korp tal-Pulizija, u fejn qegħdin jaqdu dawn id-dmirijiet?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 64 membru tal-Korp li huma assenjati xogħol f’Dipartimenti jew Entitajiet oħra barra mill-Korp, kif ġej: Visa office 2 Ministeru għas-Saħħa 1 Ministeru għall Energija u Konservazzjoni tal-Ilma 1 Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà 1 Dipartiment tal-Protezzjoni Civili 1 Uffiċċju tal-Avukat Generali 1 L-Uffiċċju tal-Prim Imħallef 1 Faċilità Korretiva Kordin 15 Servizz tas-Sigurtà 41

Korp tal-Pulizija – ċirkolari dwar reduced hours

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra ċ-ċirkolari li ħareġ il-Kummissarju tal-Pulizija l-ġimgħa li għaddiet dwar reduced hours?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Public Service Commission – risposta ta’ ittra dwar recall ta’ persuna

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-risposta tal-Public Service Commission għall-ittra tal-Gvern datata 17 ta' April 2013 lill-istess Public Service Commission dwar ir-recall tal-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, lura fil-Korp tal-Pulizija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ittri ta’ recall jinħarġu mill-Prim Ministru għalhekk din id-domanda trid tiġi indirizzata lil Ministru konċernat.

Liċenzja għal xiri ta’ armi moderni

Question

Jista’ l-Ministru jara għala persuna li għandha l-licenzja ta’ Collector Licence A mhux qed titħalla mill-Pulizija tixtri armi moderni (u ċjoè dawk ta’ wara l-1945) kif jipprovdi l-avviż legali li ġie fis-seħħ fl-2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Persuni li għandhom liċenzja ta’ Kolletur A qegħdin jingħataw permess sabiex jixtru Armi moderni (u ċjoè dawk ta’ wara l-1945) kif provdut fl-avviż legali li ġie fis-seħħ fl-2013 bil-kundizzjoni li jekk in-numru ta’dawn l-armi jaqbeż l-għaxra dawn l-armi ma jistgħux jinbiegħu qabel ma jgħaddu ħames snin mid-data illi fihom inxtraw.