Jista' l-Ministru jgħid kemm-il membru tal-Korp tal-Pulizija siefer fuq korsijiet barra mill-pajjiż fis-sena 2011, 2012, 2013? Minn liema sezzjonijiet kienu dawn il-membri tal-Korp u xi gradi kellhom?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 48 membru tal-Korp tal-Pulizija li siefru fuq korsijiet barra mill-pajjiż fis-sena 2011, filwaqt li s-sena l-oħra kien hemm 55 u din is-sena kien hemm 69. Dawn kienu mit-Taqsimiet tad-Droga; tal-Frodi; tal-Vizzji; tal-Klieb; Amministrazzjoni; C.I.D.; Immigrazzjoni; Special Branch; Forensika; Cyber Crime; I.T.S.; I.R.U.; u Distrett. Fost il-gradi ta’ dawk li attendew kien hemm Assistent Kummissarju; Supretendent; Spettur; Maġġur; Surġent u Kuntistabbli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet il-qorti fis-sena 2011, 2012, 2013 fuq l-akkużi ta':
a) serq aggravat;
b) stupru;
ċ) ħsara volontarja;
d) feriment gravi;
e) attentat ta' omiċidju; u
f) omiċidju?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għal din is-sena għadu qed jinġabar, filwaqt dak għas-snin 2011 u 2012 huwa kif ġej:
Persun mressqa l-Qorti
Sena
Serq
Stupru
Ħsara volontarja
Feriti gravi
Attentat omiċidju
Omiċidju
2011
700
9
170
164
13
1
2012
893
10
289
210
14
5
Jista' l-Ministru jgħid kemm twettqu match and grabs u hold ups fl-2011, 2012, u fl-2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Ottubru din is-sena ġew irrapurtati lill-Pulizija 432 każ ta’ snatch & grab u 90 każ ta’ hold up.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-flotta tal-Pulizija bejn karozzi, muturi u vetturi oħra u kif hi fil-fatt imqassma din il-flotta ta' vetturi li għandha l-Pulizija? Kif qegħdin imqassmin dawn il-karozzi, muturi u vetturi oħra fid-diversi sezzjonijiet tal-Pulizija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent il-Korp tal-Pulizija jagħmel użu minn 269 vettura u 72 mutur. Dawn jiġu assenjati skont il-ħtiġijiet li jkollhom id-diversi Taqsimiet tal-Korp tal-Pulizija, minn żmien għal żmien.
Korp tal-Pulizija – memorandum mal-Università ta’ Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra bil-kontenut tal-memorandum iffirmat mill-Korp tal-Pulizija mal-Università ta' Malta fl-2011 u kemm ibbenefikaw membri tal-Korp tal-Pulizija minn dan il-memorandum bħala taħriġ?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Memorandum iffirmat mill-Korp tal-Pulzija mal-Università ta’ Malta f’Diċembru 2010 ikopri fost affarijiet oħra, it-titjib fit-taħriġ u l-prattika tal-membri tal-Korp fejn tidhol ir-riċerka u t-tixrid tal-għerf. Dan il-memorandum, jinkludi wkoll titjib fil-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ partijiet fejn jidħlu implementazzjonijiet u żviluppi ta’ programmi akkademiċi tal-Pulizija. Il-ftehim jintroduċi wkoll kors li jwassal għall-Baċellerat bl-Unuri fix-Xogħol tal-Pulizija. Kien hemm 29 Spettur tal-Pulizija li attendew dan il-kors fuq bazi part time u li se jiggradwaw b’Diploma in Policing fil-gradwazzjoni li jmiss.
Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra kemm ġew elevati snieter, ġurnata b'ġurnata, bejn it-13 ta’ Marzu 2013 u t-30 ta' Mejju 2013, u kif dawn kienu maqsuma bejn Malta u Għawdex?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif kif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti f'dawn l-aħħar ħames snin akkużati li ħebbew u attakkaw membri tal-Korp tal-Pulizija waqt il-qadi ta' dmirijiethom? Kemm minn dawn instabu ħatja mill-Qorti? X'pieni ingħataw dawn il-persuni li nstabu ħatja?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2009 sal-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena kien hemm 402 persuna li tressqu l-Qorti fuq akkużi li ħebbew jew attakkaw membri tal-Korp tal-Pulizija waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Infurmat ukoll illi minn dawn kien hemm 300 persuna kellhom il-każ tagħhom deċiż u nstabu ħatja. Il-pieni mogħtija kienu jinkludu priġunerija, sentenza sospiża, probation, libertà kondizzjonata, multa u twiddiba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-fondi li nġiebu mill-Unjoni Ewropea għall-Korp tal-Pulizija mis-sena 2004 sal-lum? Kif kienu maqsuma dawn il-fondi, jekk kien hemm fondi, sena b'sena?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ġentilment nirreferi lill-Onrevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari 1850 li kienet imwieġba lill-Onor. Azzopardi ftit aktar minn xahar ilu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti ta' serq minn ġewwa:
a) residenzi;
b) vetturi; u
ċ) stabbilimenti kummerċjali,
bejn l-1 ta' Jannar u t-30 ta' Mejju 2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Mejju ta’ din is-sena ġew rapportati lill-pulizija 334 serqa minn residenzi, 651 minn vetturi u 226 -il serqa minn stabbilimenti kummerċjali.
Ministeru għal Għawdex — reklamar u public relations
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u dipartiment li hi jew hu fi ħdan dan il-Ministeru, fuq reklamar jew public relations mill-11 ta' Marzu 2013 'il hawn? F'liema media sar dan ir-reklamar u permezz ta' liema aġenzija jew kumpanija?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li fi ftit ġimgħat oħra l-Maġġuri li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, jiġu promossi għal grad ta’ Kurunell fl-Armata? Jista’ l-Ministru jikkonferma wkoll li diġà kien hemm diskussjonijiet interni fi ħdan il-Ministeru tiegħu fuq liema minn dawn it-tlieta se jkun il-Brigadier il-ġdid tal-Forzi Armati?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn it-tliet maġġuri ġew promossi għall-Kurunelli. Meta tittieħed id-deċiżjoni fuq il-Brigadier il-ġdid , din titħabbar, kif inhi n-norma li jiġu mħabbra ħatriet bħal dawn.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex għal diversi ġimgħat ma kienx hemm pulizija jiddirieġi t-traffiku fil-Marsa (ħdejn l-iStamperija tal-Gvern) u f’postijiet oħra viċin waqt ir-rush hour ta’ filgħodu? Jista’ jgħid jekk din kinitx deċiżjoni li ttieħdet bħala miżura ta’ cost cutting?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interepellant li qed ikun hemm pulizija tat-traffiku fl-intersection fejn l-istamperija tal-gvern fuq bażi regolari ħlief għal meta l-eżiġenzi tas-servizz ma jkunux jippermettu. Dan il-gvern sab lill-Korp tal-Pulizija nieqes minn hafna rizorsi umani. Ovvjament ittieħdet azzjoni immedjata billi ftaħna sejħiet kif kien meħtieġ.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-pulizija li jqassmu r-riferti, li sa ftit ġimgħat ilu kienu jintalbu jidħlu kmieni biex jassistu lill-pulizija tat-traffiku waqt ir-rush hour ta’ filgħodu, m’għadhomx jagħmlu dan? Din hija xi miżura ta’ cost cutting biex jiġi ffrankat l-overtime?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-responsabbilita primarja tal-pulizija li jqassmu r-riferti huwa propju dak li jqassmu r-riferti u għalhekk sa fejn hu possibbli dawn il-pulizija jikkonċentraw fuq dan ix-xogħol. Però ninsab infurmat ukoll illi t-tqassim tax-xogħol pulizija tat-traffiku kien ġie organizzat b’mod li jkopri ħtiġiet fir-rush hour ta’ filgħodu u filgħaxija u b’mod ġenerali kellu riżultati tajbin. Fid-dawl taż-żieda fil-budget li l-Korp tal-Pulizija kellu ghas-sena 2014, nahseb huwa ovvju li dan il-gvern mhux bihsiebu jaghmel l-ebda cost cutting fil-Korp tal-Pulizija li ghandu daqshekk funzjoni important għall-pajjiżna.
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — reklamar u public relations
Question
Jista' l-Ministru inkluż is-segretarju parlamentari jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u dipartiment li hi jew hu fi ħdan dan il-Ministeru, fuq riklamar jew public relations mill-11 ta' Marzu 2013 'il hawn? F'liema media sar dan ir-reklamar u permezz ta' liema aġenzija jew kumpanija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-nefqa totali hi dik ta €21,687.61 . Ir-riklamar sar lit-times of Malta, l-Orizzont, in-Nazzjon, The Malta Independent, Malta Today . L-Agenziji li intuzaw kienu Allied Newspaper, Union Print, Media Link, Standard Publications Ltd, Dipartment Of Information, Media Today Co Ld, Sound Vision Print Ltd u Market Link.
Ministeru għall-Finanzi — reklamar u public relations
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u dipartiment li hi jew hu fi ħdan dan il-Ministeru, fuq reklamar jew public relations mill-11 ta' Marzu 2013 'il hawn? F'liema media sar dan ir-reklamar u permezz ta' liema aġenzija jew kumpanija?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — reklamar u public relations
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u dipartiment li hi jew hu fi ħdan dan il-Ministeru, fuq reklamar jew public relations mill-11 ta' Marzu 2013 'il hawn? F'liema media sar dan ir-reklamar u permezz ta' liema aġenzija jew kumpanija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi ppreżentata fuq il-Mejda tal-Kamra.