Legislature:
Category:
Reset
Active:

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – sezzjoni YOURS — rilokazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol biex is-sezzjoni tal-YOURS tkun rilokata minn Kordin?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 2382 li ġiet mistoqsa minnu stess.

Korp tal-Pulizija – split shifts

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif qed jinħadem l-isplit shift tal-ispetturi tal-Pulizija fid-distretti?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat li fost l-Ispetturi stazzjonati fid-Distrett hemm roster li fih Spettur jaħdem split shift meta jmissu, u ċjoè mill-5.00pm sad-9.00pm. Wara d-9.00pm id-Distretti jkollhom ukoll is-servizz ta’ Spettur li jkun fl-Għases fuq bażi ta’ Distrett. B’dan il-mod, il-Korp iħoss li qed jagħti servizz aħjar. Din il-proċedura ma tiġix applikata meta l-esiġenzi tas-servizz ikunu jirrikjedu mod ieħor.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-popolazzjoni tal-priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin sal-jum li tkun imwieġba din l-interpellanza? Kemm minn dawn kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm kienu qed iservu sentenza effettiva ta' priġunerija u kemm kienu taħt arrest preventiv?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa nhar Ħamis 7 ta’ Novembru 2013 fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin kien hemm total ta’ 622 priġunier imqasmin kif ġej: Nisa: 30 ssentenzjati u 12 detenuti. Irġiel: 429 ssentenzjati u 151 detenuti.

Ħabs Ċivili – użu ta’ mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena kemm priġunieri tal-Ħabs Ċivili, inqabdu jagħmlu użu mhux awtorizzat minn mobile phone mill-1 ta’ Jannar 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Jannar sal-11 ta’ Novembru ta’ din is-sena inqabdu 26 mobile phone mhux awtorizzat fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin kif ġej: Jannar 2 Frar 1 Marzu 9 April 2 Mejju 2 Ġunju 1 Lulju 4 Awwissu xejn Settembru 1 Ottubru 3 Novembru 1 (sal-11 tax-xahar)

Ħabs – taħriġ ta’ uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq fuq taħriġ ta' uffiċjali tal-ħabs f'dawn l-aħħar ħames snin? Kif kien maqsum dan l-infiq sena b'sena?

Response (MALLIA, EMANUEL)

In-nefqa medja f’taħriġ ta’ Uffiċjali fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin f’kull sena f’dawn l-aħħar ħames snin kienet ta’ madwar €2,000 fis-sena.

Ħabs – popolazzjoni

Question

Jista' l-Ministru għall-Intern jgħid x'kienet l-average population tal-ħabs kull sena mis-sena 2008 sas-sena 2012?

Response (MALLIA, EMANUEL)

L-average population fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin full sena mis-sena 2008 sas-sena 2012 kienet kif ġej: Sena Average population 2008 423 2009 492 2010 582 2011 591 2012 596

Dipartiment tal-Probation u l-Parole — Ordnijiet ta' Superviżjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni taħt diversi ordnijiet ta' superviżjoni li qegħdin jiġu segwiti minn uffiċjali tal-probation fid-Dipartiment tal-Probation u l-Parole? Kemm minn dawn huma taħt ordni tal-probation? Kemm minn dawn huma taħt sentenza sospiża bis-superviżjoni? Kemm minn dawn huma taħt Ordni ta' Superviżjoni Proviżorja?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aħħar statistika li għandu d-Dipartiment tal-Probation u l-Parole, li tkopri sat-30 ta’ Settembru 2013 tidika li l-każijiet li qed jiġu segwiti mill-Uffiċjali tal-Probation huma kif ġej: 1. Probation Orders – 609 każijiet 2. Suspended Sentence Supervision Orders – 111 każijiet 3. Provisional Orders of Supervision – 67 każijiet Total – 787 każijiet Ta’ min jirrimarka li minbarra l-ka¿ijiet imsemmija hawn fuq, hemm diversi każijiet oħra li qed jiġu segwiti mill-uffiċjali tal-Probation, li huma: 4. Community Service Orders – 10 5. Combination Orders - 35 6. Rapporti tal-Parole Officers għall-Parole Board – 28 7. Superviżjoni ta’ Parolees – 2 8. Pre-Sentencing/Social Inquiry Reports – 37 9. Rapporti mill-Victim Support Officers għall-Parole Board – 9 Dan ifisser li t-total ta’ każijiet li sal-aħħar ta’ Settembru 2013 kienu qed jiġu segwiti mill-uffiċjali tad-Dipartiment tal-Probation u l-Parole kienu jammontaw għal 908.

Korp tal-Pulizija – sezzjoni tal-klieb

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm fil-preżent klieb fis-sezzjoni tal-klieb tal-Korp tal-Pulizija? Għal liema xogħol huma mħarrġa dawn il-klieb?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li fil-preżent it-Taqsima tal-Klieb tal-Pulizija għandha 16-il kelb. Minn dawn hemm dawk li huma mħarrġa fuq tfittix ta’ splussiv, oħrajn armi, oħrajn droga u oħrajn fuq xogħol ta’ protezzjoni. Hemm ukoll 3 li jintużaw għall-wirjiet wara li ma baqgħux tajbin għal xogħol polizjesk, 11 li għadhom fil-fażi ta’ taħriġ u 2 li huma rtirati.

Inċidenti tat-traffiku — imwiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu nies b'inċidenti tat-traffiku mill-1998 sal-lum? Kif kienu maqsumin dawn l-imwiet sena b'sena?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Korp tal-Pulizija – spetturi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm laħqu spetturi ġodda fis-sena 2011, 2012 u 2013? Kemm minn dawn l-ispetturi l-ġodda laħqu minn barra l-Korp u kemm laħqu internament minn ġol-Korp stess? Fejn ġew imqassma dawn l-ispetturi ġodda?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninform lill-Onor. Interpellant matul il-perjodu imsemmi mill-Onor. Interpellant kien hemm 31 Spettur li kienu ġew appuntanti fis-27 ta’ Settembru 2011, 8 kienu minn barra l-Korp u 23 kienu membri tal-Korp. Dawn kienu ġew stazzjonati hekk: Msida 1 Sliema 2 Rabat 1 Hamrun 1 San Giljan 2 Qawra 1 Bormla 1 M’scala 1 Valletta 1 Zurrieq 1 Rahal Gdid 1 San Gwann 1 Mosta 1 Balzan 1 Haz Zebbug 1 Mellieha 1 B’Kara 1 Zabbar 1 Qormi 1 CID 1 I.T. 1 Drugs 1 Cyber Crime 1 Mobile 1 Economic Crime 2 Special Branch 1 SAG 1 Quartermaster 1 Ninforma lil Onorevoli Interpellant li ma’ kien hemm l-ebda ‘Call for Applications’ matul is-sena 2012. Għal ‘Call for Application’ li ħarġet f’Awwissu ta’ 2013, ninsab infurmat li dawn għadhom fil-proċess sabiex jintgħażlu.

Korp tal-Pulizija – fixed point duty

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il fixed point duty qiegħda tagħmel fil-preżent il-Pulizija? Kemm minn dawn isiru matul il-ġurnata kollha? Kemm minn dawn isiru bil-lejl biss?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 26 il-point fejn issir għassa statika mill-Pulizija. Minħabba raġunijiet ta’ sigurtà, ma nħossx li tagħrif aktar dettaljat għandu jkun ippublikat.

Każijiet ta’ prostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet imressqa l-qorti b'akkuża ta' prostituzzjoni matul l-2011, 2012 u sal-lum fl-2013? Kif kienu mqassma dawn xahar b'xahar? Minn liema lokalitajiet kienu ġejjin il-persuni akkużati?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Sena Numru ta’ persuni imressqa l-Qorti Numru ta’ kazi 2011 92 634 2012 74 718 2013 (sa 31 Ottubru) 62 279 Dawn kienu minn dawn il-lokalitajiet: Birgu Kalkara Naxxar St.Paul's Bay Birkirkara Kirkop Paola Sta Venera Birzebbugia Luqa Qormi Ta’ Xbiex Bormla Marsa Safi Valletta Fgura Marsakala San Gwann Zabbar Floriana Marsaxlokk Santa Lucia Zebbug Gzira Mellieha Siggiewi Zejtun Hamrun Msida Sliema Zurrieq Isla Nadur St Julian's

Korp tal-Pulizija — vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ordnati vetturi għall-Korp tal-Pulizija mill-2011 sal-lum? Kemm minn dawn il-vetturi kienu ġodda u kemm minn dawn kienu second hand? Kif ġew imqassma dawn il-vetturi fi ħdan il-Korp tal-Pulizija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-lum il-Korp tal-Pulizija xtara 56 vettura, kollha ġodda, u 15 il-mutur, 5 minnhom ġodda. Dawn jiġu assenjati skont il-ħtiġijiet li jkollhom id-diversi Taqsimiet tal-Korp tal-Pulizija, minn żmien għall żmien.

Korp tal-Pulizija – policy dwar studju

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra x'inhi l-policy addatata fil-Korp tal-Pulizija, sabiex membri tal-Korp ikunu jistgħu jkomplu jistudjaw, sew fl-akkademja tal-Pulizija, kif ukoll f’istituzzjonijiet oħra?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minbarra t-taħriġ fl-Akkademja tal-Pulizija, l-Korp tal-Pulizija qed jagħti l-fakultà ta’ flexi time, lil dawk il-membri tal-Korp li jixtiequ jkomplu bl-istudji tagħhom f’istutuzzjonijiet edukattivi barra l-Korp. Dawk kollha li jkunu qed jattendu jew ser jattendu kors ta’ studju jinformaw li-dipartiment tar-riżorsi umani bid-dettalji tal-kors kif ukoll fuq il-livell li jkunu waslu fieh, fil-każ ta’ uffiċjali li jkunu bdew il-kors. Dan jsir billi jimlew subject form. L-applikazzjoni tingħata lil Kummissarju tal-Pulizija għal approvazzjoni. Hekk kif l-applikazzjoni tiġi approvata, id-dipartiment tar-riżorsi umani jinforma l-applikant biex jiffirma dikjarazzjoni. It-Taħriġ ta’ l-akkademja jinsab sospiż minħabba li ma kienx qed jgħati riżultati mixtieqa flimkien mal-bini tal-akkademja il-ġdida, l-amministrazzjoni tal-Pulizijaqed tħejji ukoll programm ġdid ta’ taħriġ għal Pulizija. Għal dak li jirrigwardja l-Università, għandu jingħad illi l-Ispetturi tal-Pulizija maħtura bi prova, jattendu kors part-time sponsorjat mill-Korp u organizzat mill-Universita’ ta’ Malta li jwassal għal Baċellerat bl-Unuri fix-Xogħol tal-Pulizija.

Korp tal-Pulizija – membri gradwati

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra kemm membri tal-Korp tal-Pulizija iggradwaw mill-Università ta' Malta mis-sena 2000 sal-lum, u kif dawn iggradwaw sena b'sena? Kemm minn dawn li ggradwaw għadhom fil-fatt iservu fil-Korp tal-Pulizija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi mis-sena 2000 sal-lum, kien hemm 144 membru tal-Korp tal-Pulizija li gradwa mill-Università ta' Malta. Infurmat ukoll illi 131 minn dawn għadhom qed iservu fil-Korp. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant

Korp tal-Pulizija – membri bir-reduced hours

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li qed jaħdmu bir-reduced hours fil-preżent? Fejn huma stazzjonati dawn il-membri tal-Korp tal-Pulizija nisa?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 69 membru tal-Korp tal-Pulizija, wieħed minnhom raġel, li qed jaħdmu bir-reduced hours. Dawn kollha jaħdmu f’uffiċċju fid-diversi Taqsimiet tal-Korp, minbarra 3 li jaħdmu fuq il-beat.

Korp tal-Pulizija – cadets gradwati

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-Korp tal-Pulizija kemm irnexxielu jattira gradwati fir-rank ta' cadet minn barra l-Korp sena b'sena mill-2003 sas-sena 2012? Jista' jgħid kemm minn dawn għadhom iservu fl-istess Korp?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn is-sena 2003 u s-sena 2012 kien hemm żewġ sejħiet għall-applikazjjonijiet għal post ta’ Spettur tal-Pulizija. Waħda kienet fl-2007 u l-oħra fl-2010. F’ta’ l-ewwel kien hemm 4 gradwati u fit-tieni kien hemm 9 gradwati li daħlu fil-Korp bħala Spetturi. Dawn kollha għadhom iservu fil-Korp.

Korp tal-Pulizija – studju full-time

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-Pulizija li ntbagħtu jistudjaw full-time mill-Korp tal-Pulizija f'dawn l-aħħar 15-il sena? X'kienu l-korsijiet li ġew segwiti b'suċċess minn dawn il-membri tal-Korp? Kemm minn dawn għadhom fil-fatt iservu fil-Korp?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1998 sal-lum kien hemm 93 membru li kienu ntbagħtu mill-Korp tal-Pulizija jistudjaw full-time. Minn dawn 46 għadhom iservu fil-Korp tal-Pulizija. Infurmat ukoll illi l-korsijiet li ġew segwiti kienu s-segwenti: Certificate in Policing Bachelor of Arts in Legal and Humanistic Studies Bachelor of Commerce Bachelor of Psychology Doctor of Laws (LL. D)

Korp tal-Pulizija — banda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tifforma l-banda tal-Pulizija fil-preżent? Kemm hemm persuni fid-Drill Team? Kemm hemm persuni fil-Guard of Honour?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 55 membru tal-Korp li jieħdu sehem fil-banda tal-pulizija, filwaqt li 25 oħra jieħdu sehem fil-precision drill team u 73 fil-gwardja tal-unur. Ta’ min jgħid illi dawn il-membri tal-Korp, jagħmlu xogħol normali ta’ pulizija meta ma jkunux meħtieġa biex jieħdu sehem f’dawn l-iskwadri.

Korp tal-Pulizija – membri nisa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il membru tal-Korp tal-Pulizija kienu jiffurmaw is-segwenti sezzjonijiet tal-Korp tal-Pulizija fit-8 ta’ Marzu 2013 u fit-3 ta’ Ġunju 2013:- a) sezzjoni tal-IT; b) l-Administrative Law Enforcement; ċ) il- mobile squad ; d) id-DIK (CID); e) l-ECU; f) id- drug squad ; g) il- vice squad ; h) garaxx; i) trade; j) P.C.O.; u k) M.S.S.? Kemm minn dawn il-membri tal-korp huma nisa f'dawn is-sezzjonijiet?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.