Legislature:
Category:
Reset
Active:

Applikazzjoni ta’ uniform residence permit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba għandu l-Gvern għall-applikazzjoni ta' uniform residence permit għal persuni barranin residenti f’Malta u li għall-fini tal-ivvjaġġar tagħhom fl-Unjoni Ewropea jeħtieġu dan il-permess għall-fatt li ġejjin minn pajjiżi li mhumiex stati fl-Unjoni Ewropea?

Response (MALLIA, EMANUEL)

In-numru ta’ persuni li huma ċittadini ta’ pajjiż terz (Third Country Nationals) li għandhom applikazzjoni pendenti għall-ħruġ ta’ permess ta’ residenza huwa 3,645.

Divorzji reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati divorzji minn barra minn Malta fir-reġistru pubbliku f'dawn l-aħħar ħames snin, kull sena separatament, u minn liema pajjiż? Jista' jgħid ukoll jekk xi ħadd mill-partijiet kienx barrani u jekk iva, minn liema pajjiż?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Fir-rigward tal-aħħar mistoqsija nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Reġistru Pubbliku ma jżommx statistika dwar in-nazzjonalita tal-partijiet fiż-żwieġ.

Ċittadinanza Maltija – applikazzjonijiet approvati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ġew approvati/mogħtija ċittadinanza Maltija matul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena? Liema ċittadinanza irrinunzjaw? Kemm minnhom kienu ġuvintur u xebbiet, u kemm minnhom kienu miżżewġa?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Matul l-ewwel ħames xhur tal-2013 in-numru ta’ persuni li ġew reġistrati jew naturalizzati bħala ċittadini ta’ Malta huwa 541 u 74 rispettivament. Minn dawn 192 huma miżżewġin Maltin filwaqt li 275 huma rġiel u 340 huma nisa. Skond l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap 188) persuni li akkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija m’humiex meħtieġa li jirrinunzjaw iċ-ċittadinanza Maltija (jew ċittadinanzi oħra) li għandhom biex iżommu il-Maltija.

Persuni barranin li joqogħdu Malta

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni li mhumiex Maltin, iżda li joqogħdu f'Malta? Minn liema pajjiżi ġejjin dawn il-persuni li qed joqogħdu Malta, pajjiż pajjiż? X'tip ta' kontroll isir fuq dawk li huma barranin u joqogħdu hawnhekk?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li ġejjin minn pajjiżi terzi li għandhom f'idejhom permess ta' residenza li jawtorizzhom joqgħodu hawn Malta jew dokument t'awtorizzazzjoni li joqogħdu hawn sakemm tiġi proċessata t-talba taghħom għal permess ta' residenza huwa ta’ 13, 819, kif jidher fit-tabella li qed npoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella oħra fejn hemm informazzjoni dwar in-numru ta' persuni li huma cittadini tal-UE, tal-EEA (European Economic Area) u Żvizzeri u l-membri tal-familja tagħhom li għandhom dokument ta' residenza maħrug mid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal-Expatriates, total huwa ta 5, 596. Dokument ta’ residenza jingħata wara li applikaw għal dan id-dokument minħabba li kienu qed jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta' muviment ħieles bħala ċittadini tal-UE, tal-EEA jew bħala ċittadini Żvizzeri jew għax huma u qed jakkumpanjaw membri tal-familja ta' dawn iċ-ċittadini. Ma jsirx kontrolli fuq dawn il-persuni sakemm l-Awtoritajiet pertinenti ma’ jkollhomx raġunijiet biex xi kontrolli jsiru.

Persuni li qalbu l-ID Card minn Malta għal Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-Maltin li qalbu l-karta tal-identità tagħhom minn Malta għal Għawdex f'dawn l-aħħar għaxar snin kull sena separatament?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lil Ministeru konċernat.

Persuni li ngħataw refugee status

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni ngħataw refugee status sena b'sena fl-aħħar ħames snin? Minn liema pajjiżi kienu ġejjin? Kemm minn dawn il-persuni ngħataw status ieħor li jagħtihom drittijiet ta': a) residenza; u b) ċittadinanza? Taħt liema mekkaniżmi legali?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi nformazzjoni dwar in-numru ta' persuni u l-pajjiz li ġejjin minnu li matul l-aħħar ħames snin (sena b'sena) ngħataw status ta' refuġjat. Skont il-provvedimenti tal-leġislazzjoni sussidjarja 420.07 regolamenti dwar l-istandards ta’ proċedura fl-eżami ta’ l-applikazzjonijiet għal status ta' rifuġjat. Persuni li jingħataw status ta' refugjat jinħargilhom permess ta' residenza għal tlett snin. Dawn il-persuni jistgħu jieħdu status ieħor ta' residenza f'Malta u jibqgħu iżżommu dik ta' rifuġjat jekk jiżżewġu ċittadini Maltin jew ċittadini tal-Ewropa - ma tinżammx statistika dwar jekk kienx hemm dawn il-każijiet. Kif ukoll jekk jirrizinjaw għal dan l-istatus ta' rifuġjat u jikkwolifikaw għal permess ta' residenza li mhux fil-kuntest tal-ażil - minn dawk imsemmija hawn fuq ma kien hemm ebda persuna f'dan ir-rigward. Persuna hija eliġibbli li tapplika u tigi registrata għal cittadinanza Maltija wara li jgħaddu ħames snin mid-data taż-żwieg mal-konjugi Maltin u matul dan il-perjodu jkunu għexu dejjem flimkien. Ninsab infurmat li ma saret ebda talba f'dan ir-rigward mill-persuni msemmija aktar 'il fuq. Persuna hija eliġibbli li tapplika għaċ-ċittadinanza Maltija b'reġistrazzjoni wara li tkun ilha tgħix Malta kontinwament għal ħames snin qabel isir l-applikazzjoni. Skont il-provvedimenti tal-Att Dwar ic-Cittadinanza Maltija il-Ministru risponsabbli għall-materji taċ-ċittadinanza għandu d-diskrezzjoni fl-għoti jew ir-rifjut ta talba. Ninsab infurmat li ma saret ebda f'dan ir-rigward mill-persuni msemmija aktar 'il fuq.

Proċedura għal Visa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi fil-preżent il-proċedura applikata sabiex persuni mhux ċittadini tal-Unjoni Ewropea, iżda li jkollhom tfal minn ċittadini Maltin, ikunu jistgħu jiksbu visa sabiex jibqgħu jgħixu f'Malta?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li persuni li mhumiex ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew tal-istati tal-European Economic Area jew Svizzeri, sabiex jirrisjedu f'Malta, għandhom bżonn permess ta' residenza. L-applikazzjonijiet għal dawn il-permessi jsiru lid-Direttur tad-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal-Expatriates. Fil-każijiet li qed issemmi l-Onorevoli Interpellant it-talbiet jiġu eżaminati fuq il-mertu tal-każ fejn tingħata kunsiderazzjoni speċjali għaċ-ċirkustanzi msemmija.

Persuni barranin – permess ta’ residenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni barranin li għandhom permess ta' residenza u ta' impjieg f'Malta? Jista' jagħti breakdown skont in-nazzjonalità tagħhom?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’Malta hemm 3,444 persuna barranija li għandha permess ta’ residenza u liċenzja ta’ imjieg. Il-lista ta’ pajjizi minn fejn ġejin dawn il-persuni se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Visas residenzjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li għandhom visa residenzjali f'pajjiżna llum? Kemm minnhom huma mill-Unjoni Ewropea?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, pajjiżi li huma fiż-żona Schengen meta joħorġu Visa, u Malta kif jaf l-Onorevoli Interpellant hija stat taż-żona Schengen, din il-Visa tgħati id-dritt lil persuna moviment liberu fiż-żona Schengen mingħajr ebda kontrolli fuq il-fruntieri ta’ dawn l-istati. Għaldaqstant minħabba dan il-movument ħieles u nuqqas ta’ kontrolli fuq il-fruntieri, mhux possibli li nkunu nafu il-persuni li għandhom din il-Visa f’Malta. Iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea jgawdu minn muviment ħieles f’Malta u m’għandhomx bżonn visa biex joqogħdu hawn. Kull ma għandhom bżonn jirreġistraw ir-residenza tagħhom jekk se joqogħdu hawn għal aktar minn tlett xhur. Fil-kuntest ta’ din il-Mistoqsija nirriferi lill-Onor Membru ghar-risposta li jiena tajtu għall-Mistoqsija tiegħu Numru 2553.

Korp tal-Pulizija – performance bonus

Question

Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra, jekk mis-sena 1993 sal-lum sarux il-ħlasijiet tal-performance bonus lill-uffiċjali għolja tal-Korp tal-Pulizija u dan skont il-ftehim ta' Ġunju 1993? Jekk saru tali ħlasijiet, ta' performance bonus, f'liema perċentwali saru tali ħlasijiet u lil min saru sena b'sena?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat li mir-records miżmuma jirriżulta illi l-ħlasijiet ta’ Performance Bonus bdew isiru, skont kif ipprovdut mid-Dokument dwar il-Kundizzjonijiet tal-Korp tal-Pulizija ta’ Ġunju 1993, mill-1995, bl-ewwel pagament ikopri l-perjodu Ġunju 1993 - Diċembru 1994. Il-bonus ingħata lill-fizzjali kollha fil-grad ta’ Supretendent jew ogħla, skont l-imsemmi Dokument. L-aħħar pagament li sar kien ikopri is-sena 2012. Il-bqija tal-informazzjoni mitluba hi ta’ natura kunfidenzjali.
Leg 12 PQ #2427 Sitting 84 2013-11-15 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — kuntratti b'direct order

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 182 u jgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta' konsulenza mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu permezz ta' direct order? X'kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza? X'inhu l-valur ta' kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Faċilità Korrettiva ta' Kordin – repeat offenders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ ta' repeat offenders li hemm fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li li l-persentaġġ ta' repeat offenders li bħalissa hemm fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin huwa ta’ 47.5 fil-mija.

ALE – supritendent

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu s-Supritendent fil-Korp tal-Pulizija li fil-jum li fih qed issir din l-interpellanza hu responsabbli mill-Administrative Law Enforcement (ALE) u s-Sezzjoni tat-Traffiku?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi is-Supretendent Marco Mallia hu responsabbli għat-Taqsimiet tal-Administrative Law Enforcement u tat-Traffiku mid-data li ġiet mistoqsa din il-mistoqsija, sal-lum.

Pensjonanti – somma

Question

Tista’ l-Ministru tikkonferma jekk hux minnu illi diversi pensjonanti qed jintalbu biex imorru fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista in konnessjoni mal-pensjoni tal-pensjoni li kienu tilfu meta kienu jaħdmu lura fl-1979? Jekk dan huwa minnu, tista’ l-Ministru tindika x’inhuma jintlabu sabiex ikunu intitolati jieħdu s-somma?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jirrizultalix dak li qed jistaqsi.

Third Country Nationals – permess ta’ residenza

Question

Jista' l-Ministru jiddikjara x'inhi l-pożizzjoni ta' third country national li ilu ħames snin jirrisjedi u jaħdem legalment f'Malta? Dan għandu dritt li jingħata permess ta' residenza għal ħames snin oħra, liema permess jinkorpora fih id-dritt li jaħdem? Kemm kienu t-third country nationals xahar b'xahar fl-aħħar 24 xahar li kienu ilhom ħames snin jirrisjedu u jaħdmu f'Malta u li applikaw għall-permess ta' residenza ta' ħames snin? Kemm minnhom ingħatalhom dan il-permess? Kemm minnhom ma ngħatalhomx? Minn liema pajjiż kienu ġejjin?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Community Service Orders u/jew Combination Orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew segwiti persuni taħt sentenza ta' Community Service Orders u/jew Combination Orders sena b'sena minn meta ġiet introdotta din is-sezzjoni fis-sena 2003?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2003 ma’ kien hemm l-ebda każ. Matul sena 2004 kien hemm 6 każi ta’ Combination Order u 3 każi ta’ Community Service Order. Sena 2005 ma’ kien hemm l-ebda każ ta’ Combination Order u 5 każi ta’ Community Service Order Sena 2006 ma’ kien hemm l-ebda każ ta’ Combination Order u 3 każi ta’ Community Service Order Matul is-sena 2007 kien hemm 2 każi ta’ Combination Order u każ wieħed ta’ Community Service Order Sena 2008 kien hemm 6 każi ta’ Combination Order u żewġ każi ta’ Community Service Order Fis-sena 2009, ma’ kien hemm l-ebda każ ta’ Combination Order u 3 każi ta’ Community Service Order Matul is-sena 2010 kien hemm tmien każi ta’ Combination Order u seba’ każi ta’ Community Servce Order Sena 2011, tmien każi ta Combination Order u erba’ każi ta’ Community Service Order Sena 2012, ħdax il-każ ta Combination Order u seba’ każi ta’ Community Service Order Matul din is-sena 2013, sa l-aħħar ta’ Ottubru saru tmintax il-każ ta’ Combination Order u sit każi ta’ Community Service Order

Breathalyser tests

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna saritilha l-breathalyser test fis-sena 2011, 2012 u 2013? Kemm minn dawn is-sewwieqa kienu nisa u kemm minnhom kienu rġiel? Kemm minnhom irri¿ultaw li kienu qab¿u l-limitu ta' alkoħol stabbilit mil-Liġi?

Response (MALLIA, EMANUEL)

2011 2012 2013* Numru ta’ persuni li fuqhom sar breathalyzer test Irgiel 173 109 76 Nisa 11 12 7 Perusni li qabzu l-limitu permess mil-ligi 106 70 53 * sal-aħħar ta’ Ottubru

Korp tal-Pulizija – membri re-instated

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew re-instated Pulizija mit-12 ta’ Marzu 2013 ’l hawn? F'liema grad huma dawn il-Pulizija? Kemm minn dawn il-Pulizija re-instated kienu nisa u kemm minnhom kienu rġiel?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi mit-12 ta’ Marzu sal-llum, kien hemm 23 membru tal-Korp tal-Pulizija li ġew re-instated, f’dawn il-gradi - Supretendenti 1; Surġent Maġġur 1; Surġenti 5; Kuntistabbli 16 Minn dawn 19 huma rġiel u 4 huma nisa

Ħabsin – kura għall-vizzju tad-droga

Question

Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra kemm hemm persuni fil-ħabs ta' Kordin li kienu qed jistennew biex imorru l-programm għall-kura mill-vizzju tad-droga fl-1 ta’ Ġunju 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Fl-1 ta’ Ġunju 2013 kien hemm 34 applikazzjoni minn priġunieri sabiex isegwu l-programm għall-kura ta’ rijabilitazzjoni mill-vizzju tad-droga.