Legislature:
Category:
Reset
Active:

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — programm kontra l-vizzju tad-droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, b’referenza għal dawk id-detenuti li qed jiskontaw sentenza ta’ priġunerija fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fis-7 ta’ Ġunju 2013 u li kienu qed isegwu programm residenzjali tal-PIP (riabilitazzjoni mill-vizzju tad-droga) f’Sant’Anna tal-Caritas, kemm kien baqgħalhom jiskontaw mis-sentenza ta’ priġunerija tagħhom fis-7 ta’ Ġunju 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Kien hemm seba priġunieri jsegwu l-programm PIP (Prison Inmates Program) offrut mill-Caritas. Dawn huma in-numru ta’ ġranet li kien għad iridu jiġu skontati qabel tnaqsitilhom l-amnestija. 1. 59 gurnata 2. 41 gurnata 3. 226 gurnata 4. 112 gurnata 5. 84 gurnata 6. 126 gurnata 7. 134 gurnata

Amnestiji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw amnestiji lill-ħabsin fl-aħħar 30 sena? Għaliex ingħataw u kemm żmien ingħata f’kull każ?

Response (MALLIA, EMANUEL)

B’referenza għall-mistoqsija 2617 ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta hija kif ġejja: AMNESTIJA X’ INĦAFER GĦALIEX INGĦATAT 30 ta’ Marzu 1982 Erba’ xhur darba biss Ħatra għall-ewwel darba ta’ Mara bħala President tar-Repubblika ta’Malta. 29 ta’ Jannar 1987 Xahar għal kull sena ħabs jew parti minn sena; Grad fil-każ ta’ min ikkommetta reat u ma kienx tressaq Fil-kaz li sentenza kienet ordnat illi f’ kull każ għandu jiġi skontat minimu ta’ snin ta’ habs dak il-minimu ma jibqax japplika u tiġi applikata ukoll il-maħfra; Interdizzjonijiet, probations jew sospensjonijiet ta’ liċenzji imnaqqsa b’ xahar għal kull sena jew parti minnha; Maħfur ukoll ksur tar-regolamenti tal-ħabs li jkun wassal għal telf ta’ remission. Meta ġie entrenched l-istatus ta’newtralita’ ta’ Malta fuq il-prinċipji ta’ non-alinejament u ġie msaħħaħ il-proċess demokratiku tal-pajjiż. 29 ta’ Mejju 1987 Xahrejn minn kull sena habs jew parti minnha Okażżjoni ta’ Gvern Ġdid 26 ta’ Mejju 1989 Xahrejn jekk is-sentenza hija għal anqas minn 3 snin; ħames xhur jekk is-sentneza tkun bejn 3 u 10 snin; seba’ xhur jekk is-sentenza tkun ta’ aktar minn 10 snin. Ħattra ta’ Dr.Ċensu Tabone bħala President ta’ Malta. 20 ta’ Settembru 1989 Xahrejn jekk is-sentenza hija għal anqas minn 3 snin; ħames xhur jekk is-sentenza tkun bejn 3 u 10 snin; seba’ xhur jekk is-sentenza tkun ta’ aktar minn 10 snin. Ħamsa u għoxrin anniversarju ta’ l- Indipendenza ta’Malta. 23 ta’ Mejju 1990 Xahar darba biss Visita f’ Malta tal-Qdusija Tiegħu il-Papa Giovanni Pawlu II 20 ta’ Mejju 1992 Xahrejn għal kull sena jew parti minnha Il-Ħamsin Anniversarju mill-għoti tal-George Cross lill-Poplu Malti 12 ta’ Dicembru 1996 Xahar ghal kull sena habs jew parti minnha Okażżjoni ta’ Gvern Ġdid 21 ta’ Dicembru 1999 Xahar darba biss Okażżjoni tal- Millennju Ġdid 07 ta’ Gunju 2013 100 ġurnata mis-sentenza mingħajr ma titqies xi remissjoni mogħtija skont ir-regolamenti tal-ħabs u remissjoni għanda wara terġa’ tiġi kalkolata skont is-sentenza hekk imnaqqsa. Okażżjoni ta’ Gvern Ġdid

Pulizija – tqassim ta’ referti

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għala l-Pulizija li jagħmlu użu minn muturi ż-żgħar sabiex iqassmu r-referti m'għadhomx jaħdmu mat-traffic control filgħodu? Dan sar minħabba s-siegħa u nofs overtime li kienu jieħdu?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din l-istess domanda fis-sostanza, saret minnu stess fil-31 ta Mejju 2013 u għalhekk nħoss li ma’ għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li kont tajt.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — popolazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-popolazzjoni tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fl-4 ta’ Ġunju 2013? Kemm kien hemm f’kull division, maqsumin f’dawk sentenzjati u dawk taħt arrest preventiv?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li fl-4 ta’ Ġunju 2013 il-popolazzjoni ta’ priġunieri fil-Faċilità Korrettiva kienet ta’ 595 priġunier – 432 ssentenzjati u 163 arrestati. Qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, lista komplessiva ta’ kif kienu mqassma il-priġunieri ssentenzjatu u arresstati f’kull diviżjoni u taqsimiet oħra skont kif staqsa l-Onorevoli Interpellant.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – priġunieri sentenzjati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, fl-4 ta’ Ġunju 2013, kemm kien hemm priġunieri sentenzjati f’kull division tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin maqsumin skont il-kategorija ta’ delitti?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li din it-tip ta’ statistika ma tinzammx. Nirreferi lill-Onorabbli kollega għar-risposta tal-mistoqsija numru 2659 fejn fiha hemm elenkat in-numri ta’prigunieri f’kull divizjoni jew taqsima u jekk dawn humiex arrestati jew issentenzjati. Il-priġunieri fil-Faċilita Korretiva ta’ Kordin ma jitqassmux fid-diviżjoni skond il-kategorija tad-delitti.

Korp tal-Puluzija — Ingaġġ ta’ Spetturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni għall-ingaġġ ta’ spetturi li kien hemm fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern numru 18993?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni għall-ingaġġ ta’ spetturi li kien hemm fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern numru 18993 datata 28 ta’ Novembru 2012, kienet ġiet terminata. L-applikanti li kienu jammontaw għal wieħed u erbgħin (41), kienu kollha ġew infurmati sabiex jekk għadhom interessati, setgħu jerġgħu japplikaw mill-ġdid skond l-applikazzjoni għall-ingaġġ ta’ spetturi li deher fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern numru 19123 datata 13 t’Awwissu 2013, għal liema sejħa applikaw total ta’ mija u tnax (112) applikant

Pożizzjoni rigward amnestija

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pożizzjoni espressa mill-Avukat Ġenerali, Kummissarju tal-Pulizija u Victim Support Malta dwar l-amnestija lill-ħabsin li hu ħabbar fil-5 ta’ Ġunju 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-po¿izzjoni espressa mill-Avukat Ġenerali u mill-Kummisarju tal-Pulizija qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. Mal- Victim Support Malta saru diversi laqgħat iżda ma ngħatat qatt pożizzjoni bil-miktub.

San Ġiljan — Għassa tal-Pulizija – pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ Pulizija addetti fl-Għassa tal-Pulizija ta' San Ġiljan fit-8 ta’ Marzu 2013 u kemm kien fit-30 ta’ Mejju 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

B’referenza għall-mistoqsija 2598 ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija kif ġejja: Ninsab infurmat li fit-8 ta’ Marzu kien hemm 59 Pulizja u fit-30 ta’ Mejju 55 Pulizija.

Mosta – Għassa tal-Pulizija – pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ Pulizija addetti fl-Għassa tal-Pulizija tal-Mosta fit-8 ta’ Marzu 2013 u kemm kien fit-30 ta’ Mejju 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

B’referenza għall-mistoqsija 2612 ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija kif ġejja: Ninsab infurmat li fit-8 ta’ Marzu kien hemm 28 Pulizija u fit-30 ta’ Mejju kien hemm 28 Pulizija.

Birkirkara – Għassa tal-Pulizija – pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ Pulizija addetti fl-Għassa tal-Pulizija ta’ Birkirkara fit-8 ta’ Marzu 2013 u kemm kien fit-30 ta’ Mejju 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija kif ġejja: Ninsab infurmat li fit-8 ta’ Marzu kien hemm 38 Pulizija u fit-30 ta’ Mejju kien hemm 37 Pulizija.

Raħal Ġdid – Għassa tal-Pulizija – pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ Pulizija addetti fl-Għassa tal-Pulizija ta’ Raħal Ġdid fit-8 ta’ Marzu 2013 u kemm kien fit-30 ta’ Mejju 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija kif ġejja: Ninsab infurmat li fit-8 ta’ Marzu kien hemm 29 Pulizija u fit-30 ta’ Mejju kien hemm 28 Pulizija.

Mosta – CID Lock up – pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ Pulizija addetti fis-CID lock up tal-Mosta fit-8 ta’ Marzu 2013 u kemm kien fit-30 ta’ Mejju 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat li l-Korp tal-Pulizija m’għandu l-ebda lock up ġewwa l-Mosta.

Ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija – risposta mill-PSC

Question

B’referenza għal dak li qal il-Ministru waqt is-Seduta tat-3 ta’ Ġunju 2013 waqt il-ħin tad-domandi supplimentari dwar il-ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija l-ġdid, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-risposta tal-Public Service Commission (PSC) għall-ittra tal-Gvern ta’ April 2013 biex ikun recalled fis-servizz pubbliku l-persuna magħżula għal din il-kariga?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat li l-Public Service Commission (PSC) taqa’ taħt id-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru (OPM). Għaldaqstant, l-Onor. Interpellant huwa ġentilment mitlub li jagħmel it-talba tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #2591 Sitting 95 2013-11-25 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — out of stock - Feeding pumps

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għala l-feeding pumps għal min, bħal trabi, li jitrejqu bihom bilfors, illum kienu out of stock, u meta se jkunu in stock mill-Isptar Mater Dei?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li bħalissa hemm ħmistax l-feeding pump għat-trabi u għaxra għall-adulti. Infurmat ukoll li fl-ebda ħin ma kienu out of stock.

Korp tal-Pulizija — Garaxx

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ Pulizija fil-garaxx tal-Pulizija fit-8 ta’ Marzu 2013 u kemm kien fl-1 ta’ Ġunju 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi fit-8 ta’ Marzu 2013, fil-Garaxx tal-Pulizija kien hemm kumpliment ta’ 37 membru tal-Korp, filwaqt li fl-1 ta’ Gunju 2013 kien hemm kumpliment ta’ 40 membru tal-Korp tal-Pulizija

Korp tal-Pulizija — Sezzjoni tat-Trade

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ Pulizija fis-Sezzjoni tat-Trade tal-Pulizija fit-8 ta’ Marzu 2013 u kemm kien fl-1 ta’ Ġunju 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi kemm fit-8 ta’ Marzu 2013, kif ukoll fl-1 ta’ Gunju 2013 kien hemm 25 membru tal-Korp tal-Pulizija stazzjonati fit-Taqsimiet tas-Snajja
Leg 12 PQ #2594 Sitting 95 2013-11-25 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – waste mormi fl-għelieqi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid huwiex infurmat illi fi snin li għaddew l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) kellha tintervjeni, wara li s-sid tar-razzett li jinsab fi Triq San Tumas ġewwa Ħal Tarxien, tefa' fl-għelieqi tal-madwar tar-razzett tiegħu, cow waste bi ksur tal-liġi, u li dan l-istess waste kien jitħalla ġimgħat jinxef u wara jiġi trasportat, b'konsegwenzi serjissimi għall-mijiet ta' residenti tal-madwar? Jekk iva, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-awtorità li taqa' taħtu hijex qed tissorvelja s-sitwazzjoni mill-viċin, speċjalment issa li dieħel is-sajf? Jista’ jgħid jekk x'passi u xi prevenzjoni qed tittieħed?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-ħażna ta’ waste fl-għelieqi tal-madwar hija suġġetta għall-kodiċi ta’ Prattika Tajba Agrikola kif ukoll għall-A.L. 321 tal-2011 fejn huwa permess li d-demel jitħalla barra biex jinxef fix-xhur tas-sajf. Qed tiġi evalwata l-possibilità ta’ rilokazzjoni.
Leg 12 PQ #2595 Sitting 95 2013-11-25 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

waste mormi fl-għelieqi

Question

Fid-dawl tal-fatt li mijiet ta' residenti qegħdin isofru minn inkonvenjent kontinwu minħabba razzett, u fiċ-ċirkostanzi li nbdew proċeduri legali mill-Ministeru tas-Saħħa kontra s-sid tar-razzett li hemm fi Triq San Tumas ġewwa Ħal Tarxien, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk dan ir-razzett fil-preżent huwiex qiegħed jopera kontra l-liġi minħabba l-fatt li m'għandux demmiela kif titlob l-istess liġi? Jekk iva jista' jgħid x'passi u x'moniteraġġ qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jiġu protetti l-interessi tar-residenti tal-madwar?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ngħatat f’mistoqsija parlamentari numru W23.

Ilmenti dwar razzett

Question

Fid-dawl tal-fatt li mijiet ta' residenti qegħdin isofru minn inkonvenjent kontinwu minħabba razzett, u fiċ-ċirkostanzi li nbdew proċeduri legali mill-Ministeru Biedja, u Sajd u Drittijiet tal-Annimali (ex MRRA) kontra s-sid tar-razzett li hemm fi Triq San Tumas ġewwa Ħal Tarxien, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk dan ir-razzett fil-preżent huwiex qiegħed jonora l-obbligi kollha kif titlob il-liġi? Jista' l-Ministru jgħid x'passi u x'moniteraġġ qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jiġu protetti l-interessi tar-resident tal-madwar? Jista’ jgħid jekk għandux pjanijiet sabiex dan ir-razzett jiġi rilokat band’oħra?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mis-Segretarjat Parlamentari li iva, din hi s-sitwazzjoni li writna mill-Gvern preċedenti u dan il-każ ilu għaddej numru ta’ snin u qatt ma sar xejn. Fil-ġejjieni, l-ħsieb tal-Gvern huwa li jmexxi l-proġett tar-relokazzjoni tal-irziezet.
Leg 12 PQ #2585 Sitting 94 2013-11-21 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu li ltaqgħu minn Marzu ta’ din is-sena sad-data li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bordijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ltaqgħu minn Marzu ta’ din is-sena sal-lum.