Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tisjir ta’ ikel fil-Kċina tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-ikel kollu għall-ikla li saret għal iktar minn 250 ruħ ġewwa l-Palazz tal-Girgenti għal okkażjoni li ma kellha x’taqsam xejn mal-Korp tal-Pulizija l-Ħamis, 27 ta’ Ġunju 2013 issajjar kollu fil-kċina tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija u ġie servut bħala outside catering?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ikla imsemmija saret skond il-prassi li s-soltu jissajar l-ikel mill-Pulizija għall-avvenimenti barra l-kwartieri, l-istess prassi li kienet tintuża taħt il-Gvern preċedenti għall-avvenimenti simili.

Korp tal-Pulizija — tranfers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-54 transfer li ħarġu llum, 27 ta’ Ġunju 2013, fil-Korp tal-Pulizija humiex kollha minħabba esiġenza tas-servizz?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant, illi anke f’dan il-każ kien infurmat ħażin għax ma kien hemm l-ebda transfers fil-Korp tal-Pulizija fid-data msemmija mill-Onor. Interpellant.

Korp tal-Pulizija — tranfers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-11 ta’ Marzu 2013 sal-lum ingħataw transfers fil-Korp tal-Pulizija, inklużi l-54 transfer li ħarġu fis-27 ta’ Ġunju 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward ta’ l-aħħar parti tad-domanda, l-Onor. Interpellant reġa żbalja għax ingħata informazzjoni ħażina. Fil-perjodu msemmi mill-Onor. Interpellant 134 membru tal-Korp tal-Pulizija iċċaqlaqu minn xi distrett/taqsima għall-oħra tal-Korp tal-Pulizija.

Korp tal-Pulizija — transfers

Question

Jikkonferma l-Ministru li s-serjetà u l-għaqal kienu jitolbu li l-Gvern l-ewwel jagħmel il-liġi biex tippermetti li ssir il-union tal-Pulizija u wara jsiru t-transfers kollha (iktar minn mitejn) fil-Korp tal-Pulizija li saru minn Marzu sal-lum? Għaliex il-Gvern ordna li jsiru dawn it-transfers kollha fil-Korp tal-Pulizija, inkluż 54 li saru fis-27 ta’ Ġunju 2013 qabel ma jkun hemm il-union tal-Pulizija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni kollha li qed juża bħala premessa f’din id-domanda, hija kollha ħażina. Però jekk ser nitkellmu dwar għaqal u serjetà, fil-fehma tiegħi l-għaqal u s-serjetà kienu jitolbu li Gvern Nazzjonalista f’25 sena kien jirnexxielu idaħħal hu il-union tal-Pulizija.

Korp tal-Pulizija — Banda tal-Pulizija - membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija fil-Banda tal-Pulizija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ġentilment nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari 2399, li ġejt mistoqsija mill-Onor. Interpellant stess, xahrejn biss ilu.

Forzi Armati ta’ Malta — Banda tal-Armata - membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif inhi magħmula l-Banda tal-Armata?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Il-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta hija magħmula minn Direttur tal-Mużika u tmienja w erbgħin (48) membri oħra mqassmin fuq strumenti kif indikat: Role/Band instrument No. Remarks Director of Music 1 Bandmaster * Also Principal Cornet player Drum major 1 Asst Drum Major * * Also Asst Principal Cornet player Concert Flute -- -- Vacant Oboe -- -- Vacant Eb Clarinet 1 1st Bb Clarinet 3 2nd Bb Clarinet 2 3rd Bb Clarinet 3 Bb Bass Clarinet 1 1st Eb Alto Saxophone 1 2nd Eb Alto Saxophone 2 Bb Tenor Saxophone 2 Eb Baritone Saxophone 1 1st Horn in F 1 2nd Horn in F -- -- Vacant 3rd Horn in F -- -- Vacant 4th Horn in F -- -- Vacant 1st Bb Cornet 3 Incl Bandmaster and Asst Trumpet Major 2nd BbCornet 2 3rd Bb Cornet 2 Bb Trumpets 2 Flugelhorn 1 1st Tenor Trombone 1 2nd Tenor Trombone 1 3rd Tenor Trombone -- -- Vacant Bass Trombone 1 Bb Euphonium (TC) 2 Bb Euphonium (BC) 2 EEb Bass Tuba 5 One individual is proceeding with his terminal leave Bb Bas Tuba -- -- Vacant Bass Guitar -- -- Vacant Lead Drummer 1 Cymbals 1 Bass Drummer 1 Auxiliary Percussion 3 Infantry Drummers Timpani 1 Keyboards 1

Ħruġ ta’ visas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-regoli ta' Schengen hux qed ikunu osservati fl-intier tagħhom, inkluż fl-area tal-wasla fl-ajruport ta' Malta? Jikkonferma l-Ministru li ebda visa mhi qed tinħareġ fl-ajruport stess appena jaslu ċertu passiġġieri?

Response (MALLIA, EMANUEL)

B’mod ġenerali r-regoli tas-Schengen qed jkunu kolla osservati. Ninsab infurmat illi s-sistema ta’ ħrug ta’ visas fl-ajruport jew fruntiera tal-baħar ta’ ċerti passiġġieri mal-wassla, meta każ ikun ġustifikat, ma’ nbidlitx minn meta Malta saret parti miż-żona Schengen. Dawn isiru skont dak li hemm provdut speċifikament fil-proċeduri tax-Schengen. Visas ta’ dan it-tip ma jkunux ta’ aktar min ħmistax il-ġurnata u għalkemm l-użu tagħhom ikun għal Malta biss, dawn jinħarrġu skont l-istess proċedura, ġaladarba l’elementi kollha għal ħrug tagħhom, ikunu ġustifikati. F’kull każ l-uffiċjali fil-fruntieri jkunu avżati minn qabel u l-verifiki ikun diġa saru.

Airport — immigrations officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li grupp ta' pulizija qed ikunu imħarġa biex jieħdu post l-immigration officers fl-airport?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li bħalma jiġri ħafna drabi, l-Onorevoli Interpellant kien informat ħażin.

Pulizija – membri li spiċċaw mill-Korp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li se jerġgħu jiddaħlu lura għax-xogħol għal sitt xhur pulizija li spiċċaw mix-xogħol fis-snin disgħin sabiex jieħdu pensjoni oħra?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li bħad-domanda ta qabel din, l-Onorevoli Interpellant reġa ġie informat hażin.

Malta Police Association – laqgħa rigward it-twaqqif tal-union

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-minuti tal-laqgħat kollha minn Marzu 2013 sas-27 ta’ Ġunju 2013 li matulhom il-Kummissarju tal-Pulizija ddiskuta mal-Malta Police Association u kkonsulta magħha t-twaqqif ta’ union għal Pulizija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li suppost jaf li dan it-tagħrif m’huwiex ta’ natura pubblika.

Malta Police Association – laqgħa rigward ir-Rapid Intervention Unit

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-minuti tal-laqgħat kollha minn Marzu 2013 sas-27 ta’ Ġunju 2013 li matulhom il-Kummissarju tal-Pulizija ddiskuta mal-Malta Police Association u kkonsulta magħha dwar it-twaqqif tar-Rapid Intervention Unit u x-shift il-ġdid li l-membri ta’ dan il-unit huma mistennija jaħdmu?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li kif għedt fit-tweġiba ta’ qabel dan it-tagħrif m’huwiex ta’ natura pubblika.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – tisbiħ ta’ uffiċċju

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ x’inhu x-xogħol strutturali u ta’ tisbiħ li għaddej bħalissa fl-uffiċċju privat tal-Aġent Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u x’inhi l-ispiża involuta?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li bħalissa mhu għaddej l-ebda xogħol strutturali u tisbiħ fl-uffiċju tal-Agent Direttur.

Għassa ta’ Birkirkara — trasferimenti

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għala mill-Għassa ta’ Birkirkara mill-aħħar ta’ Marzu li għadda sal-lum ittieħdu jew ġew trasferiti minn hemm numru ta’ membri tal-Korp tal-Pulizija u ħadd ma ntbagħat minflokhom?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 2613, iċ-ċaqliq u l-ispostament tal-membri fi ħdan il-Korp tal-Pulizija jsir skont il-ħtiġijiet u n-neċessitajiet tas-servizz.

Qtugħ ta’ benefiċċji

Question

Tista’ l-Ministru tara għala l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament inqatgħalha l-benefiċċju tal-mard minn Marzu li għadda, u tara li dan ikun ripristinat mill-aktar fis?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tikkwalifika għall għajnuna għal mard hemm test tal-mezzi skont il-liġi tas-sigurta soċjali li tispeċifika li persuna waħedha ma tistax taqbeż €14,000 kapital. Mhux aċċettat li persuna tiddisponi minn kapital biex tiġi tikkwalifika għal għajnuna għal mard.

Border Patrol Squad

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk bdewx il-preparamenti u jekk iva, fejn waslu, biex titwettaq il-wegħda elettorali tal-Gvern li jkollna border patrol squad?

Response (MALLIA, EMANUEL)

F’dawn l-għaxar xhur, il-Gvern irriorganizza, il-korpi dixxiplinati biex ikunu aktar effettivi, wara li kien hemm sens ta dimoralizzazjoni u nuqqas ta ħeġġa mifruxa f’kull livell f’dawn il-korp. Taħditiet inizjali diġa bdew biex ikun hemm mil-Border Patrol Squad u fiż-żmien li ġej dawn it-taħditiet ser isiru aktar konkreti permezz ta pjan speċifiku. Ta min jgħid li il-pulizija u l-Armata diġa bbenifikaw minn Border Patrol Funds u nxtara apparat li qed jiġi użat għal dan il-għan. Ġie deċiż ukoll li darba fis-sena jsir taħriġ speċifiku bejn il-Pulizija , l-Armata u ic-CPD biex isir aktar kordinament speċjalment fejn tidħol l-immigrazzjoni rrgolari u jiġi massimizzat l-użu li diġa nxtara mill-Forzi Amati ta’ Malta u l-Pulizija.

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tispjega jekk tfajla single li tirrisjedi ma’ ommha (u ommha hi legalment separata) u liema xebba kienet tirċievi l-unemployment benefit, għala d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali f’Ġunju 2013 infurmaha li se jkollha tirrifondi l-għajnuna għal disimpjieg peress li “mhijiex il-Kap tal-Familja”? Huwa korrett li jingħad li t-terminu “kap tal-familja” hu applikabbli biss meta tittratta ta’ koppja miżżewġa u mhux ta’ tfajla li tirrisjedi ma’ ommha?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li xebba li tgħix m’ommha ma tistax tiġi meqjusa li hi l-kap tal-familja. Hija l-omm li hi meqjusa l-Kap tal-familja.

Uffiċċju tal-Ombudsman

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex soddisfatt bir-riżultati miksuba mill-Uffiċċju tal-Ombusdman?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Nitlob l-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika eżattament għaliex qiegħed jirreferi permezz ta’ mistoqsija parlamentari bil-miktub.
Leg 12 PQ #3256 Sitting 106 2014-01-13 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Ombudsman

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex soddisfatt bir-riżultati miksuba mill-Uffiċċju tal-Ombusdman?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-Gvern jirrispetta u jagħti każ tal-ħidma u tal-fehmiet li minn żmien għal żmien l-Uffiċċju tal-Ombudsman iressaq ‘il quddiem. Dan b’differenza mill-amministrazzjonijiet preċedenti li f’iktar minn okkażjoni waħda attakkaw fil-pubbliku lill-Uffiċċju tal-Ombudsman wara li dan kien kritiku ta’ aspetti varji tat-tmexxija tal-Gvern.

Banda tal-Pulizija – doveri tal-ispettur anzjan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma d-doveri kollha li għandu l-ispettur anzjan li jmexxi l-Banda tal-Pulizija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi l-ispettur inkarigat mil-banda tal-pulizija għandu d-doveri li jidderieġi, jmexxi, jamminstra u jagħmel kull xogħol iehor relatat ma l-istess banda tal-Korp. Huwa ukoll jattendi l-Qorti bħala prosekutur dwar numru ta’ kawzi li għandu fil-Qorti, kif ukoll kull doveri oħra li huwa jista’ jiġi assenjat li jagħmel.