Jikkonferma l-Ministru li s-Supretendent tal-Pulizija li kien stazzjonat Bormla sa din il-ġimgħa u li issa ġie trasferit lejn iż-Żejtun sofra dan it-transfer frott ordni li ħarġet mill-Ministeru għall-Intern minħabba pressjoni li għamel is-Sindku ta' Ħaż-Żabbar, peress li dan is-Supretendent kien ħa passi u għamel dmiru fil-festa tal-Grazzja ta' Ħaż-Żabbar f'Settembru 2012?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li għal darba oħra huwa żbaljat.
Faċilità Korrettiva ta' Kordin – traffikar tad-droga
Question
Jista' l-Ministru jgħid f’kemm-il każ instab li kien hemm traffikar tad-droga fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin mid-9 ta' Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? F'kemm-il każ saret inkjesta maġisterjali?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li mid-9 ta Marzu 2013 sa llum kien hemm 19 il-każ ta Droga. F’dawn il-każijiet il-Magistrat ta l-għassa dejjem kien infurmat b’dawn is-sejbiet.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex numru ta' Pulizija, inkluż f'diversi għases, li kienu fil-jum "off" tagħhom fil-jiem tal-Ġimgħa, 28 ta' Ġunju u s-Sibt 29 ta' Ġunju 2013, ġew ordnati jidħlu għax-xogħol wara t-transfers li ġew ordnati fil-Korp fl-aħħar ġimgħat?
Response (MALLIA, EMANUEL)
L-allegazzjoni li qed jagħmel l-Onorevoli Interpellant fid-domanda hija għal kollox skoretta. Hadd ma ġie ordnat jidħol xogħol minħabba xi transfers.
Jista’ l-Ministru jispjega xi proċedura ġiet adoperata biex ħames impjegati tad-detention services Għawdxin ġew impjegati mat-taqsima tal-Protezzjoni Ċivili f’Għawdex fl-aħħar ġranet?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni hija skoretta.
Jista’ l-Ministru jispjega għala qed ikun hemm sitwazzjoni xejn feliċi tal-immaniġġar tat-traffiku fin-naħa ta' isfel ta' Malta partikolarment il-Marsa ħdejn iċ-ċimiterju u l-Istamperija tal-Gvern kull filgħodu peress li qed ikun hemm konġestjonijiet mhux normali fl-inħawi ukoll ta' Ħal Qormi u Ħal Luqa? Jaf il-Ministru li t-Tlieta 25 ta’ Ġunju 2013 numru ta' studenti u għalliema waslu tard fi żmien l-eżamijiet fl-iskola sekondarja tal-bniet tal-Ħandaq minħabba t-traffiku? Peress li bħalissa normalment it-traffiku jibda jnaqqas għax l-iskejjel, inkluż istituzzjonijiet oħra bħall-Università, l-ITS u l-MCAST, waslu biex jispiċċaw, x’inhi r-raġuni li s-sitwazzjoni hi bħal ma tkun f’Ottubru meta jkunu reġgħu bdew l-iskejjel?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-traffiku ġewwa Malta kollha żdied b’ammont konsiderevoli minn Lulju tas-sena 2011 minn meta ġiet imnedija r-riforma fit-trasport pubbliku mill-gvern preċedenti, liema riforma naqset milli taqdi l-ħtiġijiet tal-poplu Malti.
Minn studju tat-traffiku li sar dan l-aħħar fl-inkroċju bejn Vjal Santa Luċija u Vjal Sir Paul Boffa jirriżulta li l-konġestjonijiet tat-traffiku naqsu b’madwar terz. Dan kien possibbli bix-xogħol li sar minn dan il-gvern billi nfetħet it-triq li tgħaddi mill-Baċir Numru 7 li tilqa’ għat-traffiku li joriġina mill-inħawi tal-Kottonera, Xgħajra, Kalkara u partijiet minn Ħaż-Żabbar, Żejtun u Fgura u wkoll minħabba xogħol li sar fuq il-ħinijiet tat-traffic lights ta’ dan l-inkroċju.
Il-konġestjonijet li qed jinħolqu ġewwa Ħal Qormi huma minħabba l-vetturi kbar tal-ex Arriva li jridu jgħaddu mir-roundabout tal-Erba’ Qaddisin sabiex jidħlu fil-Park and Ride ta’ Ħal Qormi hekk kif kien ġie ddisinjat u mibni mill-gvern preċedenti. Transport Malta ħejjiet proposta li ttejjeb kemm is-sigurta’ kif ukoll tnaqqas mill-konġestjoni fuq ir-roundabout tas-Serkin.
Jista’ l-Prim Ministru jispjega kif l-Gvern tiegħu jgħid li hu pro-business u fl-istess waqt il-Ministeru għall-Intern jitħalla jorganizza ikliet uffiċjali u flok outside caterers iqabbad il-kċina tal-Korp tal-Pulizija?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Gvern huwa kommess li jaħdem mas-settur privat kollu, u mhux parti minnu, fejn jagħti l-opportunita' wiesgħa lil kull min irid jipprovdi servizzi. Barra minn hekk, lesti naħdmu wkoll ma' dipartimenti u NGOs biex kulhadd ihossu inkluż.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kienx jaf li l-Ministru għall-Intern u l-Kap tas-Segretarjat tal-istess Ministru kienu qed ikunu preżenti għall-iscreening u jieħdu sehem fl-interviews tas-Servizz tas-Sigurtà?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-kwistjoni kollha ġiet diskussa f’ laqgħa tal-Kumitat tas-Sigurtà li saret fit-2 ta’ Lulju 2013, fit-termini tal-liġi.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’passi ħa wara li sar magħruf li l-Ministru għall-Intern u l-Kap tas-Segretarjat tiegħu kienu qed ikunu involuti direttament fl-għażla ta' dawk li se jkunu fil-Malta Security Service?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3367.
Jaf il-Prim Ministru li mkien u f'ebda pajjiż demokratiku, inkluż fl-Ewropa, ma jkun hemm Ministru, iktar u iktar dak tal-Intern, li jkun involut direttament fit-tmexxija tas-Servizz ta' Sigurtà ta' dak il-pajjiż?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3367.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk itteħditx deċiżjoni li mill-Ħamis, 27 ta’ Ġunju 2013 l-ikel għal ikliet uffiċjali organizzati f’isem il-Gvern Malti jibda jissajjar fil-kċina tal-Korp tal-Pulizija u l-waiters ikunu pulizija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Għal darba oħra l-Onor. Interpellant kien infurmat ħażin dwar avvenimenti li seħħew fis-27 ta’ Ġunju 2013.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li kien hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li rrifjutaw li jagħmluha ta’ waiters waqt ikla organizzata mill-Gvern għal okkażjoni li ma kellha x’taqsam xejn mal-Korp tal-Pulizija fil-Palazz tal-Girgenti għal iktar minn 250 ruħ il-Ħamis, 27 ta’ Ġunju 2013 minħabba li ħassewhom umiljati?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li d-domanda tiegħu tqajjem ċertu ħsibijiet għax filwaqt li f’domanda li nqrat il-bieraħ, partikolarment, mistoqsija parlamentari 3330, l-Onorevoli Interpellant qal li l-pulizija kienu mġegħla jaħdmu dan ir-riċeviment, hawnhekk qed isaqsi fuq dawk li rrifjutaw. Ovvjament kieku kien il-każ li kienu mġegħla, ebda pulizija ma’ kien ikun jista’ jirrifjuta, minħabba din l-ispjega li tajt. Ovvjament kien hemm min irrifjuta li jaħdem din l-attivita. M’hemm xejn uffiċjali minn dak li qed jipprova jallega l-Onor. Interpellant.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-membri tal-Korp tal-Pulizija li kienu waiters waqt l-ikla organizzata fil-Palazz tal-Girgenti għal okkażjoni li ma kellha x’taqsam xejn mal-Korp tal-Pulizija għal iktar minn 250 ruħ il-Ħamis, 27 ta’ Ġunju 2013 kienu “expected” li jaħdmu ta’ waiters mingħajr ma jitħallsu extra ta’ dan?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għal darba oħra nformat ħażin.
Jista’ l-Ministru jgħid għal kemm-il function hu mistenni li l-Korp tal-Pulizija jibda jservi ta’ outside catering kif għamel il-Ħamis, 27 ta’ Ġunju 2013 filgħaxija fil-Girgenti għal ikla ta’ iktar minn 250 ruħ?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx ‘functions’ simili fi żmien li ġej. Però jekk jkun hemm, jsir jaf bihom żgur.
Peress li fl-aħħar Leġiżlatura l-Bord tal-Koperattivi kien ingħata direzzjoni biex jgħin fit-twaqqif ta’ koperattiva għall-priġunieri, jista’ l-Ministru jgħid jekk jaqbilx ma’ dan u x’qed isir f’dan ir-rigward?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-amministrazzjoni l-ġdida qiegħda tistudja din il-proposta pero’ għada ma’ laħqet l-ebda deċiżjoni fuq dan peress li għada qed titlob aktar informazzjoni.
B’referenza għall-White Paper imnedija mill-Gvern preċedenti dwar id-demanju pubbliku (public domain) jista’ l-Prim Ministru, fid-dawl ta’ dak li huwa qal dwar is-suġġett waqt il-kampanja elettorali, jikkonferma jekk tali liġi hijiex ser issir?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-impenn tal-Gvern jibqa' dak li jwettaq dak li wiegħed.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol li jagħmlu fil-Korp tal-Pulizija l-bandisti tal-Banda tal-Korp apparti dak relatat mal-banda?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm weġibt diversi domandi fuq il-Banda tal-Puliizja bl-istess sens, nerġa ntenni li s-sehem tal-bandisti fil-banda tal-Korp tal-Pulizija, huwa parti zgħira mill-ħin tax-xogħol tagħhom, liema xogħol regolari tagħhom jagħmluh fid-Distrett jew Taqsima tal-Korp fejn dawn ikunu stazzjonati.
Korp tal-Pulizija — Banda tal-Pulizija – membri pajżana
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li ċittadini se jkunu ingaġġati mal-Banda tal-Pulizija? Jekk iva, x'se jkunu l-kundizzjonijiet tal-impjieg tagħhom?
Okkażjonijiet uffiċjali – ikel mill-kċina tal-Korp tal-Pulizija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba fl-aħħar 10 snin kien hemm okkażjonijiet uffiċjali ta' ikla jew riċevimenti organizzati mill-Gvern fejn l-ikel kien imħejji mill-kċina tal-Korp tal-Pulizija? X'kienu dawn l-okkażjonijiet, jekk kien hemm?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat li ma hemmx rekords uffiċjali dwar dak li qed ikun mitlub f’din il-mistoqsija.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex fis-27 ta' Ġunju 2013, fost l-għexieren ta' transfers li ngħataw fil-Korp tal-Pulizija kien hemm transfer ordnat biex pulizija li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament jiċċaqlaq mill-SAG fejn kien stazzjonat iżda iktar tard filgħaxija fl-istess jum dan it-transfer ġie revokat u dan mar lura l-SAG? Għaliex ingħata trattament preferenzjali?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija Parlamentari 3318 fejn diġa spjegajtlu li ma kien hemm l-ebda transfers fis-27 ta’ Ġunju 2013 u għalhekk kien informat hażin. Jekk irid l-Onor. Interpellant nerġa nfakkru kemm għamel transfers l-Gvern preċendenti xahrejn qabel l-elezzjoni ġenerali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il Pulizija kien obbligat iservi ta’ waiter waqt l-ikla li saret filgħaxija l-Ħamis, 27 ta’ Ġunju 2013 ġewwa l-Palazz tal-Girgenti għal okkażjoni li ma kellha x’taqsam xejn mal-Korp tal-Pulizija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għal darba oħra ġie nformat ħażin. Ħadd ma kien obbligat jaħdem fil-palazz tal-Girgenti fis-27 ta’ Ġunju 2013. Qed ninnota li l-Onorevoli Interpellant kien infurmat hażin fuq diversi affarijiet li skond hu ġraw fis-27 ta’ Ġunju 2013.