Legislature:
Category:
Reset
Active:

Rapporti ta’ reati jew talbiet għall-assistenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta’ reati jew talbiet għal assistenza daħlu għand il-vice squad, ALE u l-għases tal-1 sad-9 Distrett tal-Pulizija, il-Ħamis, 27 ta’ Ġunju 2013 bejn it-3:00p.m. u nofsillejl?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox saru disa’ u għoxrin rapport lill-Pulizija fil- ġurnata u matul il-ħin msemmi mill-Onor. Interpellant.

Pulizija detailed

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kif kienu detailed il-pulizija li servew bħala waiters fl-ikla tal-Girgenti tal-Ħamis, 27 ta’ Ġunju 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li naħseb li kont eżawrjenti u ġust fit-tweġibiet li tajt għall-sbatax il-mistoqsija parlamentari dwar din l-attivita’. Ma’ narax li hemm raġuni valida għaliex dawn id-dettalji għandhom ikunu ppublikati.

Banda tal-pulizija — kriterji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema kriterju jew bażi se jkunu impjegati l-bandisti pajżana mal-banda tal-Pulizija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 3327 li saret minu stess.

Malta Security Service – persuni trasferiti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema kriterju ġew trasferiti l-11-il persuna lejn l-Malta Security Service fl-1 ta’ Lulju 2013 ?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 2731. F’numru ta’ domandi dwar l-Malta Security Service, għedt li mhuwiex fl-interess nazzjonali li jiġu żvelati dettaliji. Suppost l-Onorevoli Interpellant li jixxedowja dan l-Ministeru huwa nfurmat b’dan.

Malta Security Service – persuni trasferiti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hu jew iċ-Chief of Staff tiegħu kinux fuq l-interviewing board li approva t-transfers lejn il-Malta Security Service li saru fl-1 ta’ Lulju 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istess risposta li tapplika għad-domanda preċedenti, hija ukoll valida f’dan il-kuntest. Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’rabta ma’ dan l-allegat każ, il-kap tal-oppożizzjoni kien qal li għandu fiduċja fil-Malta Security Service.

Konferenza tal-European Broadcasting Union – pulizija biċ-ċertifikat ta’ food handler

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il pulizija, li sajjar u serva l-ikel għall-ikla tal-Palazz tal-Girgenti tal-Ħamis, 27 ta’ Ġunju 2013 fl-okkażjoni tal-konferenza tal-European Broadcasting Union kellu ċertifikat ta’ food handler maħruġ mill-Food Safety Commission?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi, l-membri tal-Korp li sajjru jew servew l-ikel fl-okkazzjoni imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, kellhom ic-certifikati meħtiega.
Leg 12 PQ #3416 Sitting 114 2014-01-29 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

ITS – professjoni ta’ food handling

Question

Jista’ l-Ministru jispjega x’inhu l-iskop li l-Istitut għall-Istudji Turistiċi jgħallem dwar il-professjoni tal-food handling? Jikkonferma li l-osservanza tar-regolamenti dwar food handling huma essenzjali għall-industrija tat-turiżmu f’pajjiżna?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi peress li kull persuna li tipprepara, isservi jew tbiegħ ikel u xorb għal konsum trid tkun fil-pussess ta’ food handler’s licence, l-Istitut ta’ l-Istudji Turistiċi joffri tagħlim f’dan il-qasam. Dwar it-tieni mistoqsija, ir-risposta hija fl-affermattiv.

Food Safety Act – ksur ta’ liġi

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li minn issa ’l quddiem il-pulizija mhux se jibqgħu joħorġu akkużi fuq ksur tal-Food Safety Act?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi l-pulizija toħroġ akkużi għall ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Att dwar Sigurta fl-ikel jew ta’ xi regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu, fuq ir-rapport tal-awtorita tas-saħħa. Għalissa ma’ hemm l-ebda ħsieb li din il-proċedura tinbidel
Leg 12 PQ #3418 Sitting 114 2014-01-29 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

Avviż Legali 178 tal-2001

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal min japplika l-Avviż Legali 178 tal-2001, kif emendat bl-Avviżi Legali 137 u 426 tal-2007?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-Avviz Legali 178 tal-2001 jirregola r-reġistrazzjoni tal- Food Handlers li skont it-tieni regolament tal-istess Att jiddefinixi l-Food Handlers bħala kull min ikun involut fil-preparazzjoni manifatturata u trattament skond l-Att f’xi negozju ta’l-ikel, sew jekk għal profitt sew jekk le, u li jimmaniġja jew jipprepara ikel maħsub għall-konsum mill-bniedem u l-maniġġ ta’l-ikel għandu jiftiehem skond hekk. L-Avviz Legali 137 tal-2007 mill-banda l-oħra jirreferi tas-Supretendent fir-regolamenti prinċipali li għandha tinftiehem bħala referenza għal Kummissjoni għas-sigurta fl-ikel.

Avviż Legali 178 tal-2001

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Avviż Legali 178 tal-2001, kif emendat bl-Avviżi Legali 137 u 426 tal-2007 ġiex osservat mill-Korp tal-Pulizija qabel u waqt l-ikla tal-Palazz tal-Girgenti tal-Ħamis 27 ta’ Ġunju 2013 fejn Pulizija sajru u servew l-ikel?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi l-avviżi legali msemmija mill-Onorevoli Interpellant ġew osservati.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – xogħlijiet fuq l-Uffiċċju tal-Aġent Direttur

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-quotes li ntalbu għax-xogħol kollu li qed isir fl-Uffiċċju tal-Aġent Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin inkluż tal-madum?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għada qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Korp tal-Pulizija – xogħol waqt okkażjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux korrett jingħad li fl-ikla tal-Palazz tal-Girgenti tal-Ħamis, 27 ta' Ġunju 2013 li fiha l-Pulizija sajru u kienu waiters, b'kollox kien hemm mal-100 membru tal-Korp, inkluż b'dawk li kienu fil-Banda tal-Pulizija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li qed jistaqsi l-erbatax il-mistoqsija rigward l-ikla tal-Girgenti u għal darba oħra l-informazzjoni hija żbaljata.

Faċilità Korrettiva ta' Kordin – vann bil-ħsara

Question

Jista' l-Ministru jgħid għala wieħed mill-prison vans tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin għadu, u ilu ġimgħat sħaħ, wieqaf bil-ħsara?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni hija ¿baljata pero jekk irrid l-Onorevoli Interpellant , nista ngħid lil awtoritajiet tal-ħabs jiprovdulu elenku ta’ l-affarijiet kollha li ma’ kinux jaħdmu l-ħabs fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti, inkluż affarijiet indispensabbli għas-Sigurtà fil-Facilita, bħal ma huma CCTV cameras.

Inmates bi problema tad-droga

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għala s-SATU fl-Imtaħleb, essenzjali għall-inmates li jridu jfiequ mill-problema tad-droga jew problemi simili, għadu vojt b’uffiċjali biss stazzjonati hemmhekk, minkejja li r-refurbishment tiegħu ilu li tlesta diversi xhur?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Naħseb li l-Onorevoli Interpellant qed jitfixkel ma’ żminijiet ta’ amministrazzjoni preċedenti, fejn is-SATU għamlet sena u nofs vojta u ma’ tintużax. B’differenza, il-unit tas-SATU fl-Imtaħleb bħalissa mhux qiegħda mitluqa iżda qed tintuża bħala s-sezzjoni tal-YOURS li wara ħafna żmien inħarġet mill-Facilita Korrettiva ta' Kordin. Din is-sistemazzjoni hija waħda temporanja sakemm tinbena il-Facilita l-ġdida tal-YOURS ħdejn is-SATU. Hekk kif is-sezzjoni taż-żghażagh titlesta, il-Unit tas-SATU terġa tibda' topera bħala program ta' terapija għal dawk ir-residenti li għandhom problema ta' addiction.
Leg 12 PQ #3412 Sitting 113 2014-01-28 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċini out of stock — Xanax

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għala l-Xanax ilha out of stock ġimgħat sħaħ, inkluż mill-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li din il-mediċina qatt ma’kienet out of stock.

AFM – suldati stazzjonati mal-Ministeri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il suldat mill-Forzi Armati ta’ Malta hemm stazzjonati mal-Ministeri bħalissa u kemm kien hemm qabel id-9 ta’ Marzu 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li tmien suldati mill-Forzi Armati ta’ Malta huma stazzjonati mal-Ministeri bħalissa. Ma kien hemm l-ebda suldat stazzjonat qabel id-9 ta’ Marzu 2013.

AFM – suldati stazzjonati mal-Ministeri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il Ministeru għandu stazzjonati miegħu, jew fih, suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali għandu stazzjonati miegħu żewġ suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta.

Korp tal-Pulizija – xogħol ta’ waiters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn liema għases jew taqsimiet ittieħdu l-Pulizija li kienu mġiegħla jaħdmu ta' waiters fl-ikla fil-Palazz tal-Girgenti l-Ħamis, 27 ta' Ġunju 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Għal darba oħra l-Onorevoli Interpellant kien infurmat ħażin fuq l-avveniment li seħħ fis-27 ta’ Ġunju 2013. Spjegajtlu kemm –il darba li l-Pulizija ma’ kinux imġiegħla jaħdmu din l-attivita, tant li kif spegajt f’diversi mistoqsijiet parlamentari kien hemm min irrifjuta. Minkejja li l-Onorevoli Interpellant s’issa, għamel ħdax il-Mistoqsijiet Parlamentari fuq l-istess tema, dejjem nipprova nirrepeti biex ngħati l-informazzjoni. Il-Pulizija ma’ tiħdux minn għasses jew taqsimiet imma għamlu dan bħala extra duty.

Korp tal-Pulizija – riċevimenti — tisjir

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Korp tal-Pulizija hux ħa jaċċetta offerti biex isajjar f'riċevimenti jew okkażjonijiet soċjali tal-pubbliku jew għaqdiet soċjali, u x'se jkun il-ħlas?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant illi, m’hemm l-ebda ħsieb li jsir dak li qed jimplika u jekk ikun hemm dan il-ħsieb, zgur li l-Onorevoli Interpellant ikun jaf u jagħmel kif inhu d-dritt tiegħu, serje ta’ mistoqsijiet oħra.