Jista’ l-Ministru jgħid x’sar mis-sejħa li ħarġet xhur ilu għal servizzi ta’ nursing manager fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għal darba oħra reġa ġie infurmat ħażin. Ma ħarġet l-ebda sejħa għal servizzi ta’ Nursing Manager fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallset id-ditta ta' periti li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament f'direct order biex għamlet il-pjanti eċċ. b'relazzjoni mal-impjant il-ġdid tal-elettriku f'Delimara?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont imħallas lill-kumpanija iAS huwa ta’ €189,504.28 (mija disgħa u tmenin elf, ħames mija u erbgħa, u tmienja u għoxrin ċenteżmu).
Jista’ l-Ministru jispjega għala l-Għassa ta’ Ħ’Attard qed tkun magħluqa fil-perjodu li qed issir din l-interpellanza? Għaliex sa Marzu li għadda kienet tkun miftuħa regolarment u issa regolarment magħluqa? Il-Pulizija li kienu stazzjonati fiha sa Marzu li għadda fejn huma stazzjonati issa?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi fil-perijodu imsemmi mill-Onor. Interpellant, kien qed ikun hemm pulizija iddettaljat xogħol fl-Għassa ta’ H’Attard b’mod regolari. Pero’, bħal f’kull għassa oħra li ma tkunx Għassa prinċipali, ikun hemm ħinijiet fejn il-pulizija jkun jenħtieġlu jattendi fuq xogħol barra mill-Għassa u għaldaqstant l-Għassa jkollha tingħalaq għall dak il-ħin, kif kien jiġri anke qabel Marzu li għadda.
Kummissarju tal-Pulizija – kunfidenza ma’ negozjanti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kummissarju tal-Pulizija japprovax li uffiċjali għolja tal-Korp tal-Pulizija jkollhom ħbiberija żejda ma’ negozjanti magħrufa fil-pajjiż?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-Kummissarju tal-Pulizija ma’ japprova ebda imġieba minn membri tal-Korp li tista' tagħti lok għall abbuż jew li tkun ta’ preġudizzju għall-Korp.
Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa tal-inizjattivi meħuda mill-Gvern mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum sabiex janalizza l-problema tat-trab iswed fl-arja, l-aktar fin-naħa t'isfel ta' Malta u jieħu miżuri biex jipprevjeni dan it-trab iswed? Jista' jindika s-sors ta' dan it-trab?
Response (BRINCAT, LEO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija għandha tiġi indirizzata lill-Ministeru kkonċernat li taħtu taqa’ l-funzjoni regolatorja dwar dan is-suġġett.
Forzi Armati ta’ Malta – fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm fondi mill-Unjoni Ewropea rċevew il-Forzi Armati ta' Malta fl-aħħar ħames snin, sena b'sena, taħt liema programm jew fond u għal liema skop jew proġett?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Jista’ l-Ministru jgħid kemm damu jistennew għall-eżitu tal-applikazzjoni tagħhom għall-ażil l-immigranti irregolari li waslu f'pajjiżna, sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-infomrazzjoni mitluba se tingħata biss għal dawn l-aħħar ħames snin, minħabba li fis-snin ta’ qabel ma kinitx tinżam din it-tip ta’ statistika.
Better Future: Promoting an Equal and Inclusive Labour Market – applikazzjoni għal proġett
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta saret l-applikazzjoni taħt il-European Social Fund mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid għall-proġett “Better Future: Promoting an Equal and Inclusive Labour Market” li se jsir b’kollaborazzjoni mal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, l-MCAST u l-Università ta’ Malta? X’valur għandu l-proġett?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid li l-applikazzjoni għall-proġett li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant saret fl-2011 għall-valur totali ta’ €312,419.00.
Better Future: Promoting an Equal and Inclusive Labour Market — applikazzjoni
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid meta saret l-applikazzjoni taħt il-European Social Fund mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid għall-progett “Better Future: Promoting an Equal and Inclusive Labour Market” li se jsir b’kollaborazzjoni mal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, l-MCAST u l-Università ta’ Malta? X’valur għandu l-proġett?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni għall-proġett konċernat ġiet sottomessa fl-24 ta’ Settembru 2010 w sussegwentament ġiet approvata nhar il-25 ta’ Ottubru 2011. Il-valur tal-proġett hu ta’ €312,419.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 966 u jgħid il-Korporazzoni Enemalta kemm ħallset jew se tkun mitluba tħallas għall-konsulenzi legali u pariri legali mogħtija mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum? Min hija jew huma d-ditti legali li qed jipprovdu tali servizzi legali?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.