Legislature:
Category:
Reset
Active:

Forzi Armati ta’ Malta — promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid għala r-rekwiżit fil-policy addotata f'Mejju 2013 dwar promotions għal Logutenent Kurunell minn Maġġur fil-Forzi Armati ġie mnaqqas għal sena minn sentejn kif kien?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ir-rekwiżit fil-policy dwar promozzjoni minn Maġġur għal Logutenent Kurunell ġiet imnaqqsa għal sena minn sentejn sabiex ikun hemm firxa iktar wiesa għall-għazla.

Magni tal-logħob

Question

B'referenza għar-rapport fis-Sunday Times tat-8 ta' Settembru 2013 fejn il-Gvern ikkonferma li kien ta ordni lil-Lotteries and Gaming Authority biex l-ispetturi tal-Awtorità ma jelevawx magni tal-logħob illegali, jikkonferma l-Ministru li din id-deċiżjoni hi frott wegħda li l-Partit Laburista għamel qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet mas-sidien ta' dawn il-magni?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm risposta fuq it-Times of Malta nhar il-11 ta' Settembru 2013 għal dak li deher fis-Sunday Times nhar it-8 ta' Settembru 2013 mill-istess Gvern. Il-Ministru jikkonferma li ma kien hemm ebda wegħda mill-Partit Laburista fis-sens indikat f'din il-Mistoqsija Parlamentari.

Magni tal-logħob

Question

B'referenza għar-rapport fis-Sunday Times tat-8 ta' Settembru 2013 fejn il-Gvern ikkonferma li kien ta ordni lil-Lotteries and Gaming Authority biex l-ispetturi tal-Awtorità ma jelevawx magni tal-logħob illegali, jista’ l-Ministru jgħid jekk japprezzax li dan jibgħat messaġġ ħażin li l-Gvern jippermetti li jkun hemm min hu 'l fuq mil-liġi?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentarti 4138, li qed tagħmel referenza għar-risposta fuq it-Times of Malta.
Leg 12 PQ #4140 Sitting 131 2014-03-18 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Magni tal-logħob

Question

B'referenza għar-rapport fis-Sunday Times tat-8 ta' Settembru 2013 fejn il-Gvern ikkonferma li kien ta ordni lil-Lotteries and Gaming Authority biex l-ispetturi tal-Awtorità ma jelevawx magni tal-logħob illegali, jista’ l-Prim Ministru, bħala l-Kap tal-Gvern, jgħid jekk jaqbilx ma' tali deċiżjoni li effettivament tippremja lil min jikser il-liġi u tippenalizza lil min jimxi mal-liġi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġibiet għal mistoqsijiet parlamentari 4138,4139 u 4141.

Magni tal-logħob

Question

B'referenza għar-rapport fis- Sunday Times tat-8 ta' Settembru 2013 fejn il-Gvern ikkonferma li kien ta ordni lil-Lotteries and Gaming Authority biex l-ispetturi tal-Awtorità ma jelevawx magni tal-logħob illegali, jaf il-Ministru li tali deċiżjoni timmina l-isforzi li aġenziji bħal Caritas u Sedqa jagħmlu biex jiġi miġġieled il-logħob tal-azzard illegali u l-pjaga tal-użura li timxi id f'id ma' tali logħob?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentarti 4138, li qed tagħmel referenza għar-risposta fuq it-Times of Malta.

Forzi Armati ta' Malta — promozzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, sa Marzu li għadda, kemm kien irid ikun ilu maġġur fil-Forzi Armati ta' Malta, maġġur biex ikun eliġibbli għal promotion għal Logutenent Kurunell?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wieħed kien irid ikun ilu Maġġur sabiex jilħaq Logutenet Kurunell kif stipulat hawn isfel: - Sa’ Marzu 2011 - ma kienx hemm żmien stipulat - Minn Marzu 2011 sa Marzu 2013 - sentejn

Forzi Armati ta' Malta — promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irid ikun ilu maġġur fil-Forzi Armati llum, maġġur biex ikun eliġibbli għal promotion għal Logutenent Kurunell?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li illum Maġġur fil-Forzi Armati ta’ Malta irid ikun ilu minn tal-inqas sena fir-rank ta’ Maġġur biex ikun eliġibbli għall-promozzjoni għal Logutenent Kurunell.

Uffiċċju taċ-Ċittadinanza – ġarr ta’ materjal

Question

Jista' l-Ministru jgħid għala skrivana li jaħdmu ma' kuntrattur privat fl-Uffiċċju taċ-Ċittadinanza fl-Evans Building ġew ordnati iġorru kaxxi tqal u materjal goff meta dan mhux xogħolhom?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtá Nazzjonali qabbad kuntrattur privat biex jagħmel il-ġarr.
Leg 12 PQ #4005 Sitting 130 2014-03-17 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – sospensjoni ta’ skema ta’ kirjiet kummerċjali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk għadhiex sospiża l-iskema (sospiża f'April li għadda) li d-Dipartiment tal-Artijiet kien ħareġ f'Jannar li għadda biex jinċentiva lil dawk li għandhom kirja kummerċjali ta' 6 xhur fil-Belt Valletta ikollhom kirja ħafna itwal ta' 45 sena? Jekk m'għadhiex sospiża, kemm ġew ipproċessati applikazzjonijiet s'issa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-iskema għadha qed tiġi evalwata.
Leg 12 PQ #4006 Sitting 130 2014-03-17 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bands Maltin — tiftix ta’ post fejn jiltaqgħu

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu x-xogħol li s'issa twettaq mill-persuna magħżula minnu biex issib post fejn jiltaqgħu l-bands Maltin?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #4064 Sitting 130 2014-03-17 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli – kap eżekuttiv — benefiċċji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-benefiċċji, perkaċċi u salarju tas-Kap Eżekuttiv preżenti tal-Isptar Monte Carmeli u dawk li kellu l-Kap Eżekuttiv preċedenti? Meta inħatar dak preżenti?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Il-kariga ta’ CEO hi okkupata mill-konsulent ewlini li hu Chairperson tal-psikjatrija, u ta’ dan ma jitħallasx extra ta’ din il-kariga.

Forzi Armati ta’ Malta – Army Promotions Board

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-membri kollha li minn Marzu 2013 ’l hawn għamlu u qed jagħmlu parti mill-Army Promotions Board, u kull bord ieħor li għandu l-mansjoni li japprova ingaġġ u promotions fil-Forzi Armati?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni hija kif indikat hawn isfel: Mejju 2013 - Bord sabiex jintervista numru ta’ applikanti sabiex jiġu ngaġġati fil-FAM bħala rekluti fi Skema B: President Maggur Christopher Attard Membri Kaptan Joseph Gatt Logutenent Stephanie Debono Warrant Officer 1 Geoffrey Muscat Ms Josianne Borg Awwissu 2013 - Bord għall-promozzjoni minn Maġġur għal Logutenent Kurunell: PresidentIs-Sur Kevin Mahoney Membri Brigadier Martin G Xuereb Is-Sur John Sant Ms Ramona Attard Is-Sur Clint Cutajar

Malta Freeport Corporation – uffiċjali tas-sigurtà

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma, jew jiċħad, li l-Malta Freeport Corporation bi ħsiebha timpjega numru ta' ħaddiema bħala uffiċjali tas-sigurtà, direttament jew indirettament billi jiġu assenjati minn ma' Transport Malta, u li wħud minnhom diġà ġew magħżula mingħajr sejħa għall-applikazzjonijiet, fosthom persuna li bħalissa taħdem mal-kumpanija Malta Freeport Terminals Ltd? Għalfejn ma saritx sejħa? Kemm se jkunu impjegati? Xi rwol se jkollhom?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li Malta Freeport ma ħarġet l-ebda sejħa bħal dik li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant.

Korp tal-Pulizija — overtime f’Paceville

Question

Jikkonferma l-Ministru li l-Pulizija mill-għases tad-distretti qed ikunu ordnati jaħdmu overtime fil-weekend biex ikunu xogħol Paceville?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Kif diġa rreferejt għalih fir-risposta numru 3993, ninsab infurmat illi meta jkun hemm il- bżonn li ufficcjali tal-Pulizija jagħmlu xogħol b’overtime ġewwa Paceville, il-prassi hi li l-ewwel uffiċjali li jintalbu jagħmlu dan ix-xogħol, ikunu dawk stazzjonati fid-Distrett rispettiv li taħtu jaqa Paceville, u cioe San Ġiljan. Jekk id-domanda għal dan ix-xogħol tkun ikbar, allura jintalbu uffiċċjali oħra mid-Distrett numru 6, tas-Sliema. Uffiċjali minn Distretti oħra tar-Regjun B, jintalbu jekk u meta ikun hemm il-bzonn. Barra min dan f’każ li dan ma jkunx bizzejjed it-talba tinfirex għal uffiċċjali fid-Distretti tar-Reġjun A jew inkella mil-Kwartieri Generali tal-Pulizija. Nista nikkonferma ukoll illi Pulizija mill-għases tad-distretti qed ikunu ordnati jaħdmu overtime fil-weekend ġewwa Paceville skond l-esiġenzi tas-servizz.

Korp tal-Pulizija — overtime f’Paceville

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għala l-Pulizija tad-Distretti qed ikunu ordnati jaħdmu overtime fil- weekend biex ikunu xogħol Paceville flok tkun dan ikun fuq bażi volontarja ġaladarba hu overtime, u għalhekk barra l-ħinijiet normali tax-xogħol?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Pulizija tad-Distretti qed ikunu ordnati jaħdmu overtime fil-weekend biex ikunu xogħol Paceville minħabba l-esiġenzi tas-servizz. Dan ġeneralment isir fuq bażi volontarja, ovvjament f’kull iventwalita, l-eżiġenzi tas-servizz dejjem iridu jingħataw prijorita’.

Korp tal-Pulizija – overtime f’Paceville

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għala l-Pulizija li qed ikunu ordnati jaħdmu ġewwa Paceville overtime fil-weekend mhux qed jinkludu wkoll il-Pulizija li hemm jaħdmu fl-uffiċini iżda tad-distretti biss?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġie nformat ħażin. L-uffiċjali tal-Pulizija li jagħmlu xogħol fl-uffiċini qegħdin jingħataw il-possibilta li jagħmlu over time bħal kollegi tagħhom.

Membru tal-Korp tal-Pulizija — azzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jispjega b’liema awtorità l-membru tal-Korp tal-Pulizija li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament sikwit jinstema’ jgħid li jrid li l-Pulizija ta’ twemmin Nazzjonalist “ittajjarhom” ilkoll mir-Rabat u jiftaħar fl-għassa li l-Kummissarju tal-Pulizija jisma’ minn dak li jgħidlu hu u issa li hemm il-Gvern tiegħu hu jagħmel li jrid u ħadd ma jista’ għalih? Jikkonferma l-Ministru li dan l-atteġġjament jista’ jnissel firda? X’passi ħa kontra dan il-Membru l-Kummissarju tal-Pulizija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-allegazzjonijiet imsemmija ġew mgħoddija lit-Taqsima tal-Internal Affairs għal investigazzjonijiet meħtieġa. Jekk dan il-każ jiġi verifikat, il-Ministeru jikundanna dan il-kliem u jeżiġi li jittieħdu passi dixxiplinarji.

residence permits – Kjuwijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għala qed ikun hemm kjuwijiet u diżorganizzazzjoni kbira fl-Uffiċċju taċ-Ċittadinanza fl-Evans Building fejn jinħarġu residence permits? Għala qed ikun hemm min jistenna anke ħames sigħat fil-kju?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-diżorganizzazjoni bdiet f’Jannar tal-2013 taħt l-Amministrazzjoni preċedenti meta d-dipartiment ma kienx ingħata riżorsi u twaqqfu strutturi sabiex jilqgħu għall-isfida li ngħatatlu bl-inkarigu ġdid, meta twaqqfu li jinħargu karti ta’ identita’ lill-barranin u d-dokumenti ta’ residenza li jinħarġu mid-Dipartiment bdew iservu ukoll bħala karta ta’ identifikazzjoni għal dawk il-barranin li jghixu f’Malta. Minn dak in-nhar il-Ministeru introduċa miżuri biex jorganizza d-Dipartiment li kienu jikkonsistu f’uffiċini moderni, ingaġġ ta’ personnel mad-Dipartiment, possibilita li xi applikazzjonijiet jintbagħatu bil-posta u hiving off ta’ċerti servizzi barra mill-ufficini tad-Dipartiment li għandhom x’jaqsmu mal-ħruġ ta’ dawn il-permessi sabiex ikun aktar effiċjenti fl-operat tiegħu u jnaqqas il-ħin ta’ stennija biex il-klijenti jieħdu servizz mid-Dipartiment.

residence permits — Uffiċċju taċ-Ċittadinanza

Question

Jista' l-Ministru jgħid għala r-residence permits qed joħorġu mill-Uffiċċju taċ-Ċittadinanza u mhux mill-bini tad-DOI kif kien sa ftit ġimgħat ilu? Għaliex qiegħed isir dan meta bħalissa għadu għaddej ix-xogħol fuq is-sistema tal-air conditioning?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li ma’ dik il-funzjoni li jamministra u jimplementa l-liġi u policies dwar iċ-ċittadinanza, id-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal-Expatriates hu inkarigat ukoll mill-ħruġ ta’permessi ta’ residenza u d-dipartiment m’għandu x’jaqsam xejn mad-DOI (Dipartment of Information) ħlief li l-Uffiċju tiegħu sat-12 ta’ Awwissu 2013 kien fl-istess binja tad-DOI, meta minn din id-data d-Dipartiment ġarr għal uffiċini ġodda f’Evans Building minn fejn qed jingħata servizz tal-ħruġ ta’ permessi ta’ residenza. Permezz ta din il-miżura persuni li jmorru għall residence permit, b’differenza minn qabel jistgħu jistennew f’post adekwat b’waiting area u b’uffiċini li huma ‘air-conditioned’.

Korp tal-Pulizija – Ex Membri tal-SAG integrati fl-RIU – pagi

Question

Jista’ l-Ministru jindika, imqar b’mod approssimattiv, kemm hu t-tnaqqis fil-paga kull xahar li sofrew l-ex membri tal-SAG minn meta ġew integrati fir-RIU?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għal darba oħra reġa' ġie informat ħażin. Jekk hemm xi suspett f’xi każ partikolari, nitlob lill-Onor. Membru biex jgħaddihuli b’mod kunfidenzjali sabiex inkun nista' ninvestiga.