Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – transfers ta’ impjegati fl-entitajiet li jaqgħu taħtu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il transfer ta’ impjegati saru fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, entità entità, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Entità Total ta’ Transfers Forzi Armati ta’ Malta 76 Faċilita’ Korretiva ta’ Kordin 10 Dipartiment tal-Probation u Parole 3 Office of the Manager Airport Security 2 Korp tal-Pulizija 430 Reġistru ta’ l-Artijiet 14 Reġistru Pubbliku 6 Uffiċju għal-Immaniġġjar tal-Identita’ 36 Passaporti u Reġistrazzjoni Ċivili 2 Dipartiment taċ-Ċittadinanza u Expatriate 13 Visa 5 Director Defence Matters 10 Dipartiment tad-Ditenzjoni 8 Refugee Commissioner 1 Civil Protection Department 9

Kummissarju tal-Pulizija – ordni dwar operat ta’ bar ta’ każin tal-boċċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għala l-Kummissarju tal-Pulizija f’dawn l-aħħar xahrejn ta ordni biex jitħalla jopera bar ta’ każin tal-boċċi fin-naħa t’isfel ta’ Malta li kien u għadu jopera bla permess tal-Pulizija u jservi ikel mingħajr il-permess tal-Awtoritajiet tas-Saħħa? Jista’ jgħid xi rwol kellu ċ-chief of staff tiegħu biex il-Kummissarju ta din l-ordni biex jitħalla l-ksur tal-liġi?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma’ jirriżultaliex li kien hemm xi ksur fl-operat ta’ xi klabb tal-boċċi fin-naħa t-isfel ta’ Malta, jekk l-Onor. Interpellant jista’ jkun ftit aktar speċifiku nipprova nindaga.
Leg 12 PQ #4451 Sitting 135 2014-04-01 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kastilja u Villa Francia – Tisbiħ b’għamara

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’għamara jew oġġetti oħra simili li jsebbħu l-ambjent, bħal linef tal-kristall, ġew ordnati mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru minn Marzu 2013 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza, kemm għal Kastilja u kemm għal Villa Francia? Kemm ġew jiswew u mingħand min inxtraw?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar

Satellite Charges mill-media

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie mitlub iħallas jew kemm ġew inkorsi spejjeż f’satellite charges mill-media, bħall-Public Broadcasting Services, għal-links li saru u li jkunu saru sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, biex ikun hemm kollegamenti ma’ Malta waqt li kienet qed takkumpanja lill-Prim Ministru minn Marzu 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #4336 Sitting 134 2014-03-26 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-Belt Valletta – skema ta’ kera tal-ħwienet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk għadhiex sospiża u filkas għala, l-iskema li ġiet imnedija f’Jannar li għadda għall-ħwienet fil-Belt Valletta li għandhom kera ta’ sitt xhur sitt xhur, biex jingħataw titolu ta’ 45 sena kera?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-onorevoli interpellant li jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija parlamentari Nru 4005
Leg 12 PQ #4337 Sitting 134 2014-03-26 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjaru għall-Protezzjoni tad-Data — Tribunal tal-Appell

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid għala t-Tribunal tal-Appell minn deċiżjonijiet tal-Kummissjaru għall-Protezzjoni tad-Data, għadu mhux kostitwit fil-jum li fih qed issir din l-interpellanza? Jista’ jgħid kemm, sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza, ikun dam mhux kostitwit tali Tribunal tal-Appell minn Marzu 2013 ’l hawn meta l-membri tiegħu ġew mitluba jagħtu r-riżenja tagħhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – Chief of Staff — servizz ta’ sigurtà

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għala ċ-Chief of Staff tiegħu għandu żewġ membri tas-servizz tas-sigurtà addetti miegħu fil-perijodu li fih qed issir din l-interpellanza?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li iċ-Chief of Staff tal-Ministeru la qatt kellu u lanqas għandu xi membri tas-Sigurta adetti miegħu. Għal darba oħra l-Onorevoli Interpellant informat ħażin.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – dipartimenti, aġenzija u entità — budget

Question

B’referenza għal kull dipartiment/aġenzija/entità li hu responsabbli minnha, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-budget approvat f’April 2013 ġiex imnaqqas jew le wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk iva, b’kemm u x’kienet ir-raġuni?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ebda budget ma’ ġie mnaqqas ħlief dak ta’ l-Armata li tnaqqas minħabba potenzjal ta’ użu ta’ fondi ewropej minflok fondi nazzjonali.

Enemalta — ħlas għal konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 966 u jgħid il-Korporazzjoni Enemalta kemm ħallset jew se tkun mitluba tħallas għall-konsulenzi legali u pariri legali mogħtija mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum? Min hija jew huma d-ditti legali li qed jipprovdu tali servizzi legali?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel referenza għat-tweġiba parlamentari numru 3782.

Forzi Armati ta’ Malta – membri tal-bord tal-għażla

Question

Jista' l-Ministru jgħid għala ċ-Chief of Staff tiegħu tqiegħed ex officio membru fis-SRAAC tal-Forzi Armati wara l-policy ġdida ta' Mejju 2013? Jaħsibx li mhux post għal membru tas-segretarjat privat ta' Ministru li jkun fuq bord ta' għażla tal-Forzi Armati?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li L-armata mhijiex irregolata mill-Publilc Administration Act u l-anqas mill-Public Service Commission. Minkejja li ma kien hemm l-ebda obbligu, il-kompozizzjoni tal-Bord xorta saret skond l-SRAAC- (Senior Appointments Advisory Commitee).

Forzi Armati ta’ Malta – membri tal-bord tal-għażla

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk iħossx li bil-ħatra taċ-Chief of Staff tiegħu, li tqiegħed ex officio membru fis-SRAAC tal-Forzi Armati minn Mejju 2013, inkisirx l-ispirtu ta’ Art. 14(4) tal-Public Service Commission Regulations, li jgħid li fil-każ tas-Servizz Pubbliku m’għandux ikun hemm xi membru tas-segretarjat ta' xi Ministeru fuq kwalsiasi Bord ta' Għażla? Ma jaħsibx li mhux la best practice u lanqas good governance li jkun hemm indħil politiku fuq bord ta' għażla, iktar u iktar f'bord ta' għażla tal-Forzi Armati peress li issa l-policy ta' Mejju 2013 trid li ċ-Chief of Staff ikun membru tas-SRAAC?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Armata kif kelli l-okkażjoni ninformah kemm –il darba mhix regolata mill-Public Service Commission.

Korp tal-Pulizija — Bord tal-Akkademja

Question

Jista' l-Ministru jgħid għala l-Bord tal-Akkademja tal-Pulizija li twaqqaf mhux qed jinkludi membru mill-MPA, anke jekk ex officio huwa membru?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għall mistoqsija parlamentari 5175.

Police Negotiation Board

Question

Jista' l-Ministru jgħid għala l-Police Negotiation Board mhux kostitwit?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Bord tal-Pulizija għan-Negozjar ġie kostitwit fl-1 ta' Novembru 2013 permezz tal-Avviż tal-Gvern nru: 1083 ippubblikat fil-Gazetta tal-Gvern nru: 19,160

Rapid Intervention Unit — transfers

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'wassal għat-transfers li ħarġu din il-ġimgħa mir-Rapid Intervention Unit lura f'ċertu għases? Għal liema għases ġew trasferiti?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif kien ġie spjegat għall diversi drabi fi tweġibiet preċedenti dwar is-suġġett ta’ transfers fil-korp, l-assenjament tax-xogħol lill-membri tal-Korp, dejjem jsir fl-aħjar interess ta' l-istess Korp u tal-pubbliku in ġenerali kif sar f’din l-okkażżjoni.
Leg 12 PQ #4285 Sitting 133 2014-03-25 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Satellite Charges mill-media

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kemm ġie mitlub iħallas jew kemm ġew inkorsi spejjeż f’satellite charges mill-media, bħall-Public Broadcasting Services, għal-links li saru u li jkunu saru sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, biex ikun hemm kollegamenti ma’ Malta waqt li kienet qed takkumpanja lill-Prim Ministru minn Marzu 2013?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-Public Broadcasting Services, bħalma sar fis-snin li għaddew, tiehu hsieb il-kollegamenti bis-satellita waqt żjarat tal-Prim Ministru barra minn Malta. Il-Gvern, skont ftehim li ntlaħaq fl-amministrazzjoni preċedenti, iħallas lura l-ispejjez li l-PBS jagħmel. S'issa l-PBS ħallas EUR 13,604.38.

benefiċċju tal-parole – każ ta’ individwu

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterju l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ingħata l-benefiċċju tal-parole qabel diversi priġunieri oħra li huma eliġibbli għall-parole? Għaliex din il-persuna qabżet il-queue?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rwol tad-Dipartiment tal-Probation u Parole (DPP) huwa li jħejji rapporti ta’ qabel ir-rilaxx wara li l-priġunier ikun applika għal-Liċenza tal-Parole kif ukoll f’każ li tingħata l-Liċenza tal-Parole, il-parolee jitpoġġa taħt is-supervizjoni tal-Uffiċjal tal-Parole. Mhux fil-kompetenza tad-Dipartiment tal-Probation u Parole min jiġi diskuss mill-Parole Bord. Jien infurmat li fil-każ partikolari l-persuna msemmija kienet l-unika waħda minn dawk eleġibbli li kellu care plan lest.

Forzi Armati ta' Malta — promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jispjega b'liema mod ġew riveduti l-kriterji mis-Security Services biex tingħata security clearance għal maġġur fil-Forzi Armati ta' Malta li jkun eliġibbli għall-promotion kif ġie dikjarat mill-Ministeru tiegħu wara li ħarġu l-promotions tal-erba' Logutenenti Kurunelli fit-13 ta' Settembru 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Jista’ lill-Onorevoli Interpellant jispjega għal-liema maġġur qed jirreferi?

Korp tal-Pulizija – dinghies għat-tiswija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il dinghy tal-Pulizija hemm fil-preżent għat-tiswija u fejn?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa is-sezzjoni tal-ALE (Administrative Law Enforcement) li hi risponsabbli mil-immanġjar ta’ bċejjeċ tal-baħar tal-Pulizija, m’għandha l-ebda dinghy li qiegħed għat tiswija. Fl-ebda post.

Korp tal-Pulizija – użu ta’ dinghy

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-kaġun tal-ħsara li sofra dinghy tal-Pulizija li ftit jiem ilu ttieħed biex numru ta’ Pulizija Għawdxin marru jieklu Kemmuna bla permess?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħsara li sofra d-'dinghy' kien għax inqalgħet il-kolla fuq in-naħa ta' wara tal-'fender' tiegħu u dan kien ikkaġunat minn 'wear and tear'. Fil-fatt id-'dinghy' kien diġa' ġarrab ħsara simili fil-passat. Ma jirriżultax minn investigazzjoni interna li saret, li d-'dinghy' kien intuża għall-ġar biex xi Pulizija Għawdxin marru jieklu Kemmuna bla permess.

Korp tal-Pulizija – użu ta’ dinghy

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li din il-ġimgħa dinghy tal-Pulizija ttieħed minn numru ta’ Pulizija minn Għawdex biex imorru jieklu bil-moħbi fuq Kemmuna u dan sofra ħsarat u ċċarrat? Għaliex ma ġewx infurmati mill-ewwel is-superjuri tagħhom? X’passi ttieħdu kontra dawn il-Pulizija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 4261 li saret minnu stess.