L-Imġarr (Malta) — Tempji ta’ Ħaġrat – permessi għal-żvilupp
Question
B'referenza għall-applikazzjoni tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) li dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jaf il-Prim Ministru li fl-istess żona eżatt kien hemm bosta applikazzjonijiet li ġew rifjutati? Jaf li lura fl-2008 kien inħareġ permess għal sit eżatt faċċata ta' fejn ingħata l-permess għal dan is-sit, u intervjeniet is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali Malti u esproprjat l-art inkwistjoni? Jista’ allura jinforma lil din l-Kamra għalfejn dan il-każ qed jiġi trattat differenti, u jekk dan hux każ ta' two weights two measures?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija għandha tingħata mis-Superintendence of Cultural Heritage u għaldaqstant tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.
L-Imġarr (Malta) — Tempji ta’ Ħaġrat – permessi għal-żvilupp
Question
Jaf il-Prim Ministru li bil-permess li ngħata mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) li dettalji dwaru qed jingħataw separatament, it-tempji ta' Ħaġrat meqjusin UNESCO World Heritage Site, qegħdin f'riskju li jitilfu dan l-istatus?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4765.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies, kemm full-time u kemm part-time, minn Marzu sal-lum mal-Public Broadcasting Services (PBS)? B'liema mod ġew impjegati, saret sejħa pubblika jew sejħa fid-dipartimenti tal-Gvern? Min huma n-nies li ġew impjegati u x'inhi l-paga tagħhom inkluż perkaċċi? Kemm ġew ingaġġati nies fuq bażi ta' contract for services mal-PBS? Min huma? X'inhu xogħolhom? X'inhu l-valur tal-kuntratt li għalih daħlu u għal kemm żmien? Ħarġet sejħa pubblika biex dawn ġew ingaġġati? Il-PBS għandu persuna apposta li tagħmel rapporti mill-Qorti, il-Parlament u l-MEPA? Jekk iva, min huma? Kemm hi l-paga tagħhom? Minbarra l-paga tagħhom, l-impjegati kollha li huma involuti f'xi programm tal-PBS jitħallsu iżjed mill-paga? Jekk iva, jista’ jipprovdi lista ta' min huma dawn il-persuni u kemm jitħallsu ta' dan ix-xogħol?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-PBS hija kumpanija kummerċjali u għalhekk l-informazzjoni mitluba hija kummerċjalment sensittiva.
Forzi Armati ta’ Malta – Kurunelli – security clearance
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għala fil-proċess aċċelerat biex fl-aħħar ġimagħtejn erba’ uffiċjali tal-Forzi Armati ta’ Malta saru Kurunelli minn Maġġuri, il-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji ma ġewx mitluba mill-Malta Security Service għall-informazzjoni li s-soltu dejjem tintalab f’dan il-livell biex tkun tista’ ssir security clearance f’livell ta’ top secret?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-istqarrija maħruġa mill-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali permezz tad-Dipartiment tal-Informazzjoni. In-numru tal-istqarrija hu PR 140521. Nispeċifika ukoll li dan il-proċess ma kienx aċċelerat.
Forzi Armati ta’ Malta – Kurunelli – Security clearance
Question
Jista’ l-Ministru jispjega għala l-erba’ uffiċjali tal-Forzi Armati ta’ Malta li fl-aħħar ħmistax saru Kurunelli minn Maġġuri ma sarilhomx security clearance f’livell top secret kif iridu l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-31 ta’ Marzu 2011 (2011/292/EU) dwar security rules to protect EU classified information, speċjalment l-Annex 1 ta’ dawk il-konklużjonijiet?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għal-mistoqsija parlamentari 4826.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament inħatarx konsulent legali ta’ Transport Malta xi ġimgħat ilu? Jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħa pubblika li saret għal dan ir-rwol, jekk saret, u jgħid taħt liema kondizzjonijiet sar l-ingaġġ? F’każ illi jkun hemm xi tilwima industrijali f’ Transport Malta jew f’oqsma li tirregola t-Transport Malta (bħall-qasam tal-portijiet u l-ajruport), u jekk f’din it-tilwima tkun involuta l-GWU, x’se tkun il-pożizzjoni tal-individwu li huwa wkoll konsulent legali tal-GWU?
Response (MIZZI, JOE)
Nikkonferma li l-individwu msemmi huwa konsulent legali ta’ Transport Malta, li ġie mqabbad fuq bażi ad hoc minħabba l-esperjenza fil-qasam tax-xogħol tiegħu. Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-konsulent legali ma ġiex imqabbad fuq xogħol relatat fil-qasam ta’ portijiet u avjazzjoni, jew każijiet fejn l-GWU tista’ tkun involuta, u għaldaqstant m’hemmx lok għal kunflitt t’interess.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – postijiet vakanti
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 1934, jista’ l-Ministru jgħid kif inhuma maqsumin dawn il-172 post vakanti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mija, tnejn u sebgħin post vakanti fil-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin, huma mqassma kif ġej:
1 – Psikologu Anzjan
4 – Psikoloġi
2 – Social Workers
165 – Uffiċjali Korrettivi
Jista’ l-Ministru jgħid x’sehem kellu ċ-Chief of Staff tiegħu fuq id-deċiżjoni li ttieħdet dan l-aħħar biex is-supretendent li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament jkun mogħti transfer?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li iċ-Chief of Staff tal-Ministeru ma’ kellu l-ebda sehem fit-trasferimenti ta’ dan is-Supretendent li d-dettalji dwaru ntbgħatu separatament. Kif għatlek diversi drabi min qed jgħaddilek l-informazzjoni qed jgħaddijielek ħażina. It-transfers isiru skond l-eżiġenzi tal-Korp.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il transfer saru jew ġew ordnati fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fl-aħħar xahrejn?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-aħħar xahrejn kien hemm Officer 2 li ngħaqad mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili. Dan ġie sekondat mill-Housing Authority fuq talba tiegħu stess.
Jista’ l-Ministru jgħid kif jispjega l-fatt li wara li fit-tweġiba tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 1933 qal li hemm 52 post vakanti fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, saru numru ta’ transfers mill-istess dipartiment fl-aħħar jiem u bla ebda ġustifikazzjoni?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Jien informat li n-numru li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant huwa wieħed minimu ta’ tlieta. Dawn saru skond l-esiġenzi li kien hemm bżonn.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il safra saret minn Marzu minn membri tal-Bord tal-Awtorità tal-Logħob u Lotteriji, inkluż impjegati u konsulenti tal-istess Awtorità? Min attenda, f’liema dati, f’liema pajjiżi, x’kien l-iskop tas-safra u x’kienet in-nefqa f’kull każ?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — kuntratti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb id-domanda tiegħi 1889 dwar konsulenzi b’direct order fl-entitajiet li għalihom hu responsabbli mill-11 ta’ Marzu 2013 u li minkejja li għamiltha l-ewwel darba fil-15 ta’ Mejju 2013 u anke fit-23 ta’ Mejju 2013 s’issa għadu ma weġibx? Jista’ l-Ministru jikkonferma li wħud minn dawk li ngħataw konsulenzi huma donaturi tal-Partit Laburista?
Response (MIZZI, KONRAD)
Il-Ministru jikkonferma li l-ebda Kumpanija li tat konsulenza lill-Ministeru tal-Enerġija jew lil wieħed mid-Dipartimenti tagħha jew entita’ pubblika li taqa’ fi ħdana, ma hija donatur tal-Partit Laburista. Mill-mod ta’ kif għamel il-mistoqsija l-Onor. Azzopardi joħroġ biċ-ċar li l-Onor. Interpellant għadu jaħseb li dan il-Gvern qed jopera bl-istess kriterji tal-amministrazzjoni ta’ qablu, ċioe’ li jagħti direct orders lin-nies tal-qalba. Eżempju ta’ dan huma d-direct orders li ngħataw lill-kumpanija tal-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Simon Busuttil.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 966 li jien għamilt fit-2 ta’ Mejju 2013 dwar konsulenzi legali mogħtija wara l-11 ta’ Marzu 2013 lill-Korporazzjoni Enemalta?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — kuntratti ta' konsulenza
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1888 li jien ippreżentajt fit-23 ta’ Mejju 2013 dwar kuntratti ta’ konsulenzi mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru wara l-11 ta’ Marzu 2013? Hemm xi diffikultà partikolari biex ikun hemm elenku ta’ dawn il-konsulenzi mill-11 ta’ Marzu 2013?
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi ż-Żgħar — kuntratti ta' konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1887 li jien ippreżentajt fit-23 ta’ Mejju 2013 dwar kuntratti ta’ konsulenzi mill-Ministeru wara l-11 ta’ Marzu 2013? Hemm xi diffikulta partikolari biex ikun hemm elenku ta’ dawn il-konsulenzi mill-11 ta’ Marzu 2013?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ma hemm l-ebda diffikulta li jingħata l-elenku, tant u hekk li qed inpoġġi l-elenku fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-terms of reference tal-Bord tal-Inġustizzji li twaqqaf dan l-aħħar minn Transport Malta? Jista’ jgħid jekk il-bord twaqqafx b’deċiżjoni taċ-Chairman ta’ Transport Malta, jew b’deċiżjoni tal-Bord ta’ Transport Malta jew b’deċiżjoni tal-istess Ministru? Jista’ jagħti d-dettalji dwar min huma l-membri tal-Bord, fuq liema kriterji ntgħażlu, min għażilhom u kemm qed jitħallsu? Jista’ jgħid ukoll jekk jaqbilx mal-ħatra tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament bħala Chairman ta’ dan il-Bord u jekk jidhirlux li jista’ jkun hemm kunflitt ta’ interess peress illi dan il-persuna huwa l-konsulent legali tal-GWU kif ukoll marbut fil-viċin mal-Partit Laburista?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4646.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet impjegata mad-Detention Services minn Marzu 2013 ’l hawn u kif ġew magħżula?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Mejju 2013 saret sejħa għall-applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Detention Service Officer. Mit-3 ta’ Marzu 2014 bdew jaħdmu 38 impjegat ġdid mad-Detention Service wara il-proċess ta’ l-għażla. Dan il-proċess sar skont il-proċeduri rikjesti mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.
Korp tal-Pulizija — Rapid Intervention Unit – shifts ta’ filgħodu
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-bidu tas-shift il-ġdid tal-4 ta’ filgħodu għar-Rapid Intervention Unit jibda jkun fil-5 ta’ filgħodu minħabba l-inkonvenjenza u tbatija bla bżonn li dan qed joħloq għall-membri tar-Rapid Intervention Unit?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħinijiet tax-xifts fil-Korp tal-Pulizija huma mfassla fl-aħjar interess tal-Korp u kemm jista’ jkun ukoll tal-membri tal-Korp. Dwar dan ix-xift partikolari, jien infurmat li anke’ bejn l-istess membri li jservu f’din it-Taqsima hemm opinjonijiet differenti. Madankollu jekk isiru xi suġġerimenti, jkunu kkunsidrati.
Jista’ l-Prim Ministru jispjega għalfejn il-file tas-servizz ta’ sigurtà marbut mas-security clearance tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, ġie meħud Kastilja? Jista’ jispjega x’wassal biex id-deċiżjoni li s-security clearance ta’ din il-persuna tkun rifjutata tiġi mibdula u x’inhi r-relazzjoni bejn din id-deċiżjoni u l-fatt li dan il-file ttella’ Kastilja?