Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tal-infieq f’safar li sar minn uffiċjali ta' Transport Malta mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum, inkluż dettalji ta’ min siefer, fejn u għal liema skop?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma nħossx li għandi naħli r-riżorsi tal-ħaddiema b’dan il-mod sakemm l-Onor. Interpellant m’għandux xi suspett li sar xi ħaġa b’mod abbużiv. F’dan il-każ nitlob lill-Onor. Interpellant biex jgħaddili l-informazzjoni li għandu ħalli nkun nista ninvestiga.
Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti kollha li ġew konklużi mill-IAID minn Marzu 2013 sal-lum, flimkien mad-dettalji ta' min ikkonduċa l-investigazzjonijiet kif ukoll lista tax-xhieda li nstemgħu f'kull każ? Jista’ jindika f'liema minn dawn ir-rapporti, il-persuna jew persuni investigati jew il-persuna jew persuni msemmija fir-rapporti, fejn ikun il-każ, ingħataw id-dritt li jagħmlu sottomissjonijiet bil-miktub jew bil-fomm, u fejn saru dawn is-sottomissjonijiet jekk humiex inklużi fir-rapport? Fejn ma ntalbux jista' jgħid għaliex ma sarx hekk u jispjega kif l-IAID f'dawn il-każijiet tkun waslet għall-konkluzjonijiet tagħha mingħajr ma tkun semgħet lill-persuna jew persuni kkonċernati? Jista’ jelenka wkoll x'passi jkunu ttieħdu fir-rigward ta' kull rapport, u f'dawk il-każijiet fejn ittieħdu jew se jittieħdu miżuri, jgħid ukoll jekk dawn il-persuni ngħatawx kopja tar-rapport magħmul mill-IAID, u jekk mhux mill-IAID, mill-entità kkonċernata u ċjoè l-entità li magħha jkun jew kienu impjegati l-persuna jew persuni kkoncernati? Jekk ma sarx hekk, jista' jgħid ghalfejn dan ma sarx u jikkonfermax li din il-prassi, jekk saret jew qed issir, hija kontra kull prinċipju tal-liġi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Mhuwiex legalment possibbli illi titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra u/jew tingħata l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru peress illi l-pubblikazzjoni ta’ dik l-informazzjoni tmur kontra l-Artikolu 22 tal-Kap 461.
Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — Konsulenza
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew dipartimenti li jaqgħu fi ħdanu għamlux użu mis-servizzi ta' konsulenzi tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament minn Marzu 2013 'l hawn?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna li d-dettalji dwarha intbagħtu separatament kienet ingaġġata konsulent dwar l-Immigrazzjoni Illegal u l-Għażil (Illegal Immigration and Asylum) fit-2 ta’ Mejju, 2005 fil-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Intern fuq bażi part-time. L-aħħar li dan il-kuntratt ġie mġedded kien fl-10 ta’ Jannar, 2013. Tali kuntratt ġie tterminat fit-22 t’ Awwissu, 2013.
Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema bażi ġie sospiż l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jidhirlu li dan kien trattament diċenti? Jista’ jgħid jekk l-individwu hux se jiġi kkumpensat?
Response (REFALO, ANTON)
ll-Ministeru għal Għawdex ma jindaħalx fl-operat tal-kumpanija. Dan il-Ministeru jagħti lill-kumpanija direzzjoni politika ta’ kif għandha titmexxa iżda d-day to day hija interament f’idejn il-management.
Forzi Armati ta’ Malta – Declaration of interest għal Logutenent Kurunell
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għala fil-policy li hu għamel wara Marzu 2013 neħħa d-declaration of interest mill-policy tal-2011 li kienet tirregola l-promozzjoni minn Maġġur għal-Logutenent Kurunell fil-Forzi Armati ta’ Malta?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li waħda mir-raġunijiet għala id-Declaration of Interest ma baqgħetx annessa bħala formola huwa minħabba li l-Ministeru ma jaqbilx ma’ ċertu kontenut li kien fiha dik maħruġa fl-2011. Dan għaliex il-Ministeru ma’ jaqbilx li Uffiċjal għandu japplika speċifikament għal ċertu postijiet vakanti u jkun marbut magħhom, imma la darba jkun hemm ċertu vakanzi, għandha tiġi applikata l-flessibilita’ u uffiċjal jiġi mpjegat skont l-esiġenzi tas-servizz. Minkejja dan, baqgħet xorta waħda tiġi pprovduta CV li tiġi ċċekjata u kkonfermata minn dawk eliġibbli, u jekk Uffiċjal eliġibbli ma jkollux interess jiġi kkunsidrat, sempliċiment jinforma bil-miktub li mhux se jattendi għall-proċess.
Forzi Armati ta’ Malta – rakkomandazzjonijiet fuq promozzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kull rakkomandazzjoni li għamel lill-Ministru tal-Forzi Armati ta’ Malta skont kif trid il-liġi kull Brigadier tal-Forzi Armati ta’ Malta sabiex Maġġur jieħu promozzjoni għal-Logutenent Kurunell u sabiex Logutenent Kurunell issir Kurunell fl-aħħar seba’ snin?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għandu jkun jaf li għall-promozzjonijiet imsemmija il-ligi ma titlobx rakkommandazzjoni mill-Kmandant, lill-Ministru.
Forzi Armati ta’ Malta – riżultati tal-Bord tal-Għażla għal logutenent Kurunelli u Kurunelli
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati tal-Bord tal-Għażla li huwa waqqaf wara Mejju 2013 sabiex dan jiddeċiedi min mill-Forzi Armati ta’ Malta kellu jsir Logutenent Kurunell u Kurunell? Jista’ juri l-marki li kull persuna fuq dan il-Bord tat lil kull applikant?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-riżultati ta' selezzjonijiet ta’ għażla għandhom ikunu protetti milli jiġu mxandra ma’ kulħadd peress li huma ta’ natura kunfidenzjali. Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-principju intuża ukoll fl-aħħar selezzjonijiet ta’ għazla taħt amministrazzjoni preċedenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġet tenders u call-offs Transport Malta minn Jannar 2013 sal-lum, meta ġew aġġudikati u lil min, kemm kien il-valur tagħhom u għal liema xogħol? Kemm minnhom tħallsu u lil min? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ħlasijiet pendenti għal xogħlijiet li saru, jew għal servizzi li ngħataw jew għal xiri li sar, u lil min huma dovuti l-ammonti pendenti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Transport Malta ħarġet numru ta’ “Tenders” u “Call-Offs” fi żmien speċifikat f’din il-mistoqsija. Dawn is-sejħiet jinkludu xogħlijiet varji fosthom sejħiet għal :
· Servizzi ta’ Project Management, Data Collection, Supervision Services u Consultancies,
· Disinn u Installazzjoni ta’ Tined relatati mat-Trasport Publiku,
· Dwal u Traffic Lights għal fuq in-Network ta’ Toroq,
· Servizzi ta’ printing,
· Xogħlijiet ta’ Toroq inkulż għamara relatata u manutenzjoni,
· Supply ta’ Uniformijiet
· Servizzi ta’ Artwork
· Charging Infrastructure for electric vehicles
· Sistema ta’ pvs għal uffiċini ta’ Transport Malta
· Xogħlijiet infrastrutturali oħra relatati mat-Trasport Pubbliku
Normalment, il-perjodu ta’ aġġudikazzjoni ta’ “
tenders
” u “
call-offs
” ivarja minn ħmistax sa sitt ġimgħat, pero’ dan jiddependi ukoll mill-kumplessita` tad-dokument u tas-sottomissjoni li Transport Malta tkun irċeviet (jista’ jkun iżjed). Transport Malta tikkalkula li l-valur approssimattiv ta’
“tenders”
u
“call-offs”
li ġew aġġudikati jew qiegħdin fil-proċess ta’ evalwazzjoni huwa ta’ €11, 250, 000 . Dan l’ammont huwa
committed
għal madwar 98 bejn “
tenders
” u “
call-offs
”.
Fir-rigward ta’ ħlasijiet u ammonti pendenti, ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-proċess ta’ ħlasijiet huwa wieħed kontinwu ibbażat fuq il-kundizzjonijiet partikolari tad-dokument. Normalment, ħlasijiet isiru b’mod
“interim”
skond il-perjodu ta’ tul tax-xogħolijiet u eventwalment tinżamm
“retention”
fuq il-valur finali. Din ir-“
retention
” titħallas wara li x-xogħol ikun ċertifikat mill-uffiċjal inkarigat u wara li jiskadi l-perjodu speċifikat fis-sejħa.
Dipartiment tal-Awditjar Intern u Investigazzjonijiet – rapporti
Question
Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti kollha li ġew konklużi mid-Dipartiment tal-Awditjar Intern u Investigazzjonijiet (IAID) minn Marzu 2013 sal-lum, flimkien mad-dettalji ta' min mexxa l-investigazzjonijiet kif ukoll lista tax-xhieda li nstemgħu f'kull każ? Jista’ l-Prim Ministru jindika wkoll f'liema minn dawn ir-rapporti, il-persuna jew persuni investigati jew il-persuna jew persuni msemmija fir-rapporti, fejn ikun il-każ, ingħatawx id-dritt li jagħmlu sottomissjonijiet bil-miktub jew bil-fomm, u fejn saru dawn is-sottomissjonijiet, jekk humiex inklużi fir-rapport? Fejn ma ntalbux, jista’ l-Prim Ministru jgħid għala ma sarx hekk u jispjega kif l-IAID, f'dawn il-każijiet, tkun waslet għall-konklużjonijiet tagħha mingħajr ma tkun semgħet lill-persuna jew persuni kkonċernati? Jista’ l-Prim Ministru jelenka wkoll x'passi jkunu ttieħdu fir-rigward ta' kull rapport?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
M’huwiex legalment possibbli illi titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra u/jew tingħata l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Membru peress illi l-pubblikazzjoni ta’ dik l-informazzjoni tmur kontra l-Artikolu 22 tal-Kap 461.
Transport Malta – Uffiċċji f'Sa Maison, Ħal Luqa u l-Furjana
Question
Peress li fl-ewwel żjarat li għamel lill-ħaddiema ta’ Transport Malta, il-Ministru qallhom li kienu jaħdmu f’ambjent li ma jixirqilhomx, jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu f’dan ir-rigward, speċjalment għall-ħaddiema li jaħdmu Sa Maison, il-Furjana u Ħal Luqa? Jista' jgħid jekk ġewx skartati l-pjanijiet konkreti li kellha Transport Malta qabel Marzu?
Response (MIZZI, JOE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 2739 u 7595, ninfurmah li s-sejħa għal proposti għal kiri ta’ uffiċini ġodda bħalissa tinsab fil-proċess tal-evalwazzjoni.
Forzi Armati ta’ Malta – Kurunelli – aċċess għall-classified information tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jispjega kif ma jara xejn ħażin li pajjiżna ħa jkollu erba’ uffiċjali tal-Forzi Armati ta’ Malta li fl-aħħar ħmistax saru Kurunelli minn Maġġuri li se jkollhom aċċess għall-classified information tal-Unjoni Ewropea mingħajr ma huma ġew security cleared la f’livell secret u lanqas top secret?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Nilob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-mistoqsija parlamentari 4826.
Forzi Armati ta’ Malta – kariga ta’ Logutenent Kurunell
Question
Jista’ l-Ministru jispjega għala wara Marzu 2013, biddel minn sentejn għal sena biss iż-żmien li persuna tkun ilha fir-rank ta’ Maġġur fil-Forzi Armati ta’ Malta sabiex tkun eleġibbli għal kariga ta’ Logutenent Kurunell?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 4276.
Jaf il-Ministru li l-Kurunell li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li sa ħmistax ilu kien għadu Maġġur fil-Forzi Armati ta’ Malta, ma kienx eliġibbli għal rank ta’ Lt Col li kieku f’Mejju 2013 il-Ministru ma biddilx ir-rekwiżit eżistenti sa Marzu 2013 ta’ sentejn fir-rank ta’ Maġġur għal sena biss?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant għandu jkun jaf li l-Uffiċjal imsemmi kien eliġibbli għall-promozzjonijiet għall-Logutenent Kurunell li ħargu f’Settembru 2013, anke li kieku l-Ministru ma biddilx ir-rekwiżit eżistenti sa’ Marzu 2013.
Jista’ l-Ministru jelenka l-istaff training colleges li ggradwaw minnhom l-erba’ uffiċjali li l-Ministru ried li jsiru Kurunelli fil-Forzi Armati ta’ Malta fl-aħħar ġimagħtejn u s-sena meta hekk gradwaw?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jelenka għal min qed jirreferi? Kurunelli saru sebgħa u mhux erbgħa.
Forzi Armati ta’ Malta – kurunelli – deċiżjonijiet tal-Ombudsman
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta l-Ombudsman iddeċieda lment favur xi wieħed mill-erba’ uffiċjali tal-Forzi Armati ta’ Malta li fl-aħħar ġimagħtejn saru Kurunelli, meta kien sar l-ilment u jekk id-deċiżjoni tal-Ombudsman kenitx ġiet komunikata lill-Armata u meta ġiet hekk komunikata?
Jista’ l-Ministru jgħid min mill-erba’ Kurunelli fil-Forzi Armati ta’ Malta li ħadu din il-promozzjoni fl-aħħar ġimagħtejn kien wera l-intenzjoni tiegħu fl-aħħar eżerċizzju li sar fl-2011 fil-Forzi Armati ta’ Malta li jkun ikkunsidrat għal rank ta’ Lt Col?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jelenka għal min qed jirreferi? Kurunelli saru sebgħa u mhux erbgħa.
Jista' l-Prim Ministru jagħti spjegazzjoni lil din il-Kamra fuq liema bażi ngħata l-permess bin-numru tal-applikazzjoni li dettalji dwaru qed jingħataw separatament, meta inqas minn 40 metru bogħod minn fejn se jsir dan l-iżvilupp hemm t-tempji ta' Ħaġrat tal-Imġarr li huma meqjusin mill-UNESCO bħala World Heritage Site u meta skont Policy ARC 2, li tqis dan is-sit bħala top priority conservation ma jistax jsir l-ebda żvilupp f'żona ta' 100 metru madwar l-istess tempji?