Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — reklamar u public relations

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru inkluż is-segretarju parlamentari jwieġeb mistoqsija parlamentari 2266 u jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u dipartiment li hi jew hu fi ħdan dan il-Ministeru, fuq reklamar jew public relations mill-11 ta' Marzu 2013 'il hawn? F'liema media sar dan ir-reklamar u permezz ta' liema aġenzija jew kumpanija?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li n-nefqa totali fuq reklamar mill-11 ta’ Marzu 2013 sal-11 t’April 2014 kienet ta’ madwar €230,000. Niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onor. Interpellant li l-maġġoranża ta’ din in-nefqa li tammonta għal madwar €180,000 tikkonċerna nfieq relatat ma reklamar tad-Diviżjoni għall-Ippjanar u Koordinazjoni tal-Prijoritajiet. Din l-ispiża hija ko-finanzjata minn Fondi Ewropej (85% Fondi Ewropej, 15% Fondi Lokali) w hija parti mill-obbligu li Malta għandha fuqha bħala rikonoxximent tal-proġetti li qed jiġu ffinanzjati minn Fondi Ewropej. Matul il-perjodu msemmi dehru reklami kemm fil-gazzetti lokali kollha ta’ matul il-ġimgħa kif ukoll dawk kollha li jiġu ppublikati kull nhar ta’ Ħadd. F’ċertu istanzi ġew utilizati ukoll is-servizzi pprovduti mid-DOI. Ma ġietx utilizzata l-ebda aġenżija.

Dokument ta' ftehim fuq provvista ta' gass mal-privat

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2261, ġaladarba hu stess qed jgħid li jeżistu kuntratti kemm b’kundizzjonijiet u anki b’mekkaniżmi differenti, jista’ l-Ministru jqiegħed imqar dokument wieħed fuq il-Mejda tal-Kamra li juri ftehim ta’ prezz fiss għall-għaxar snin? Jaf li din l-interpellanza ilha pendenti mit-30 ta’ Mejju 2013?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tali kuntratti jeżistu kemm f’kundizzjonijiet u anki b’mekkaniżmi differenti.
Leg 12 PQ #5818 Sitting 149 2014-05-14 Oral · Interim From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — reklamar u public relations

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2274 u jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u dipartiment li hi jew hu fi ħdan dan il-Ministeru, fuq reklamar jew public relations mill-11 ta' Marzu 2013 'il hawn? F'liema media sar dan ir-reklamar u permezz ta' liema aġenzija jew kumpanija?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ajruport Internazzjonali ta' Malta — arresti ta' persuni

Question

Jista' l-Ministru jghid kemm, fis-sena 2010, fl-2011, fl-2012, bejn Jannar - Frar 2013 u bejn Marzu 2013 u l-aħħar ta' Ottubru 2013, saru arresti ta' persuni mill-Pulizija fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta? Jista' jispeċifika f'kull każ ir-raġuni tal-arrest u jekk il-persuni konċernati tressqux eventwalment quddiem il-Qorti ?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella li turi in-numru ta’ arresti ta' persuni li mill-Pulizija fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta. Inpoġġi ukoll il-lista bir-raġuni tal-arrest u informazzjoni meta il-persuni konċernati tressqu jew ma tressqux quddiem il-Qorti fuq il-Mejda tal-Kamra.

Talba għal emergency support

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, in vista ta' dak li qal il-kap tal-EASO fit-30 ta' Ottubru 2013 fit-Times li l-Kummissjoni Ewropea kienet għadha ma rċevietx talba minn Malta għal special support jew emergency support minkejja li l-Gvern Malti kien ilu minn Lulju 2013 li indika li hekk kellu jagħmel, meta se ssir din it-talba? Jista' jgħid x'qed iwassal għal dan it-tkaxkir tas-saqajn li jistona mal-lingwaġġ ta' emerġenza fil-kriżi tal-immigrazzjoni li lissen il-Ministru u l-Prim Ministru kemm-il darba?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern għamel talba formali għal għajnuna mingħand il-Kummissjoni Ewropea f’Awwissu 2013 taħt il-Fond Ewropew għar-Refuġjati. Il-Kummissjoni Ewropea approvat din it-talba għall-għajnuna fis-17 ta’ Ottubru. Fid-29 ta’ Novembru tal-istess sena saret it-tieni talba għall-għajnuna. Din it-talba kienet approvata mill-Kummissjoni fit-18 ta’ Diċembru. Ta’ min wieħed jgħid li l-għajnuna li kellha bzonn Malta kienet relatata mal-akkoljenza tan-numru kbir ta’ immigranti li waslu fuq medda ta’ zmien pjuttost qasira, milli mal- ipproċessar tal- applikazzjonijiet għal azil. Fil-fatt, ħafna mill-applikazzjonijiet għal azil ġew deċizi fl-ewwel istanza fi zmien sitt xhur jew inqas, u dawk li ingħataw protezzjoni ħargu mid-detenzjoni kmieni, bir-rizultat li n-numru ta’ nies fiċ-Ċentri ta’ Detenzjoni naqas.

Traffic Management Unit – approvazzjoni ta’ billboards

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ billboards li ġew approvati mit-Traffic Management Unit ta’ Transport Malta, mid-9 ta’ Marzu sal-lum, imqassma b’lokalitajiet, b’site plans u bl-ismijiet tal-applikant/i?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika id-9 ta’ Marzu ta’ liema sena qiegħed jirreferi għaliha.

Trasport Malta – permessi għal jumbo screen

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permessi li hemm minn Transport Malta għall-jumbo screen li jinsab quddiem l-istudios tal-One u li jagħti għal fuq it-triq, u speċifikament jindika jekk hemmx limitu fuq il-luminosity levels tal-iscreen u jekk hemmx permess biex dan jipproġetta moving images (videos) apparti still pictures?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ma toħroġx permessi. Infurmat ukoll li n-No Objection maħruġa minn Transport Malta tistipula luminance levels u li l-istampa hija statika.

Triq Diċembru 13 – flashing lights

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jafx illi l-flashing lights mal-blokki tal-konkos li saru ħdejn l-isliproad li minn Triq Diċembru 13 tieħu għar-Regional Road, fejn trid tagħżel jekk tmurx għall-Belt Valletta jew għar-Regional Road, ilhom ma jaħdmu sew diversi ġimgħat b’periklu għas-sewwieqa fil-ħinijiet meta jidlam?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-flashing lights mal-blokki tal-konkos li kienu saru ħdejn l-islip road li minn Triq Diċembru 13 tieħu għal Regional Road ilhom li tneħħew għax it-triq tlestiet u infetħet għat-traffiku.

Il-Marsa – Triq Aldo Moro — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-konkos li sar quddiem il-Marsa Sports Ground fi Triq Aldo Moro bħala parti mill-Flood Relief Project, diġà beda juri sinjali ta’ deterjorament bil-formazzjoni ta’ diversi potholes malli niżlet ftit xita?

Response (MIZZI, JOE)

Il-konkos li qiegħed jirriferi għalih l-Onor. Interpellant hu konkos li sar b’mod temporanju sakemm saru d-devjazzjonijiet tat-traffiku f’din it-triq. Dan il-konkos sejjer ikun mibdul meta terġa ssir is- central strip.
Leg 12 PQ #5676 Sitting 148 2014-05-13 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — transfers ta' impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2262 u 459 u jagħti informazzjoni dwar kemm saru transfers fl-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-12 ta' Marzu sal-lum? Jista' jagħti din l-informazzjoni dettaljata dwar min kienu l-persuni milquta, il-postijiet minn u fejn imxew u jekk it-transfers sarux fuq talba tal-individwu jew le?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — transfers ta' impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2263 u 458 u jagħti informazzjoni dwar kemm saru transfers fl-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-12 ta' Marzu sal-lum? Jista' jagħti din l-informazzjoni dettaljata dwar min kienu l-persuni milquta, il-postijiet minn u fejn imxew u jekk it-transfers sarux fuq talba tal-individwu jew le?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Aviation Security Committee — membri

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet u l-karigi rispettivi tal-persuni li kienu jiffurmaw l-Aviation Security Committee maħtur mill-Ministru għall-Intern ta’ bejn 2008 u din is-sena?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Forzi Armati ta’ Malta — promozzjonijiet - Tenent Kurunelli u Kurunelli

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk l-uffiċjali li ġew promossi fir-rank ta’ Tenent Kurunell u Kurunell mill-aħħar elezzjoni sal-lum kinux magħżula fuq għażla biex timtela vakanza?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li iva l-uffiċjali li ġew promossi fir-rank ta’ Tenent Kurunell u Kurunell mill-aħħar elezzjoni sal-lum kienu magħżula fuq sejħa biex timtela vakanza.

Forzi Armati ta’ Malta — promozzjonijiet - Tenent Kurunelli u Kurunelli

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra liema kienu l-għażliet sabiex jimtlew il-vakanzi ta’ kull uffiċjali li ġie promossi fir-rank ta’ Tenent Kurunell u Kurunell mill-aħħar elezzjoni sal-lum?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Niforma lill-Onorevoli Interpellant li l-għażliet sabiex jimtlew il-vakanzi ta’ kull uffiċjal li ġie promossi fir-rank ta’ Tenent Kurunell u Kurunell mill-aħħar elezzjoni sal-lum, huma kif ġej: Commander Brigadier Jeffrey Curmi Deputy Commander & Colonel Personnel & Administration Colonel Mark Mallia Colonel General Staff Colonel George Galea Colonel Operations, Plans & Intelligence Colonel Claudio Spiteri Colonel International Affairs Colonel Brian Gatt Colonel Financial Management Colonel Alfred Attard Colonel Procurement & Logistics Colonel Pierre Vassallo Colonel Capabilities & Training Colonel Mark Said Commanding Officer 4 Regiment Lieutenant Colonel Marco Kirkop Staff Officer 1 Land, Plans & Operations Lieutenant Colonel Claudio Terribile Commanding Officer 1 Regiment Lieutenant Colonel Michael Cardona Staff Officer 1 Personnel Lieutenant Colonel Melvyn Haber Commanding Officer Air Wing Lieutenant Colonel Clinton O’Neill Staff Officer 1 EU Projects Lieutenant Colonel Christopher Attard

Billboards — permessi

Question

Peress illi fl-aħħar ġimgħat reġgħu bdew jinbtu numru ta’ billboards madwar it-toroq ta’ Malta u Għawdex, jista’ l-Ministru jikkonferma illi dawn kollha għandhom il-permessi meħtieġa mingħand Transport Malta u, jekk dan huwa l-każ, jgħid jekk Transport Malta għadhiex tinforza l-Guidelines for the Safe Placing of Billboards li jinsabu fl-Avviż Legali 368 tal-2004?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jipprovdi l-lista tal-billboards li għalihom qed jirreferi sabiex Transport Malta tkun tista’ tipprovdi l-informazzjoni mitluba.

Marsaxlokk — hard standing facilities

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jafx li l-hard standing facilities li jinsabu Marsaxlokk qegħdin jintużaw kummerċjalment għal dgħajjes li mhumiex dgħajjes tas-sajd, kif inhu suppost riservat għalihom l-użu ta’ dawn il-faċilitajiet, b’detriment għal u f’kompetizzjoni ma’ faċilitajiet privati oħra li joffru dan is-servizz kif ukoll possibbilment kontra l-kundizzjonijiet marbutin mal-finanzjament mill-Unjoni Ewropea ta’ dawn il-faċilitajiet?

Response (BRINCAT, LEO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m'għandhiex informazzjoni tat-tip li qed jgħid hu. Ir-regoli applikabbli sabiex wieħed jagħmel użu mill-faċilita` ma nbiddlux minn dawk li kienu applikabbli taħt l-amministrazzjoni preċedenti. Jekk l-Onor. Interpellant qed jalludi li dawn kienu ħżiena nitolbu jgħidilna kif u fejn ħalli nikkunsidrawhom.
Leg 12 PQ #5667 Sitting 147 2014-05-12 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – permessi għal jumbo screen

Question

Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permessi li hemm mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għall-jumbo screen li jinsab quddiem l-istudios tal-One u li jagħti għal fuq it-triq, u speċifikament jindika jekk hemmx limitu fuq il-luminosity levels tal-iscreen u jekk hemmx permess biex dan jipproġetta moving images (videos) apparti still pictures?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni għada qed tinġabar

lista ta’ avukati

Question

Jista’ l-Ministru jitlob mir-rappreżentant tal-Gvern fuq il-bord tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatment, lista ta’ avukati li nħatru minnha mid-9 ta’ Marzu sal-lum għall-finijiet ta’ vetting ta’ kuntratti ta’ self u bejgħ/xiri u kuntratti oħra li jirrikjedu l-vetting ta’ riċerki, u jqiegħdha fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Aġenzija Identità Malta – Executive chairman/chief executive

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta' impjieg tal-executive chairman u/jew chief executive tal-Aġenzija Identità Malta?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija sensittiva.

Aġenzija Identità Malta – perkaċċi u salarji

Question

Jista' l-Ministru jghid x'inhu s-salarju u perkaċċi pagabbli lill-executive chairman u/jew chief executive tal-Aġenzija Identità Malta?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 5415.