Jista’ l-Ministru jgħid taħt liema kriterju tneħħa r-rappreżentant tad-Dwana mill-Kumitat għas-Sigurtà tal-Ajruport biex floku tpoġġa l-Kap tas-Sigurtà tal-Ministeru tiegħu?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hija prerogattiva tal-Ministru inkarigat mis-Sigurta’ li jaħtar dawk il-Membri li jħoss li jistgħu jagħtu l-aħjar kontribut fuq dan il-Kumitat. Xejn ma jipprekludi lill-istess Ministru illi uffiċjali oħra li ma jagħmlux parti mill-Kumitat, jiġu msejħa għal xi laqgħat li jkunu jikkonċernaw l-aspett tax-xogħol tagħhom.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt jew xogħol ħadu l-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità, dipartiment, awtorità u simili li jaqgħu fi ħdanu, mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt/xogħol u f’kull każ inħarġu sejħiet għall-offerti pubbliċi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li mid-9 ta’ Marzu 2013 ‘l hawn, l-Ministeru inkluż l-entitajiet, dipartimenti u awtoritajiet li jaqgħu fi ħdanu, għamlu użu mis-servizzi tal-kumpaniji imsemmija minnu bi spiza medja ta’ €531 kull darba. F’kull każ ġew segwiti r-regoli finanzjarji tas-servizz pubbliku.
Ministeru għal Għawdex — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt jew xogħol ħadu l-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità, dipartiment, awtorità u simili li jaqgħu fi ħdanu, mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt/xogħol u f’kull każ inħarġu sejħiet għall-offerti pubbliċi?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li mid-9 ta’ Marzu 2013 sa l-aħħar ta’ April 2014 il-Ministeru għal Għawdex ta ħames biċċiet xoghol lill-kumpanija minnhom b’valur medju ta’ €500 f’kull kaz.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il kuntratt jew xogħol ħadu l-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament mill-Ministeru tagħha, inkluż kull entità, dipartiment, awtorità u simili li jaqgħu fi ħdanha, mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt/xogħol u f’kull każ inħarġu sejħiet għall-offerti pubbliċi?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili u l-entitajiet li jaqgħu taħtu għamlu użu mis-servizzi tal-kumpaniji imsemmija minnu bi spiza medja ta’ €590 kull darba. F’kull każ ġew segwiti r-regoli finanzjarji tas-servizz pubbliku.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt jew xogħol ħadu l-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità, dipartiment, awtorità u simili li jaqgħu fi ħdanu, mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt/xogħol u f’kull każ inħarġu sejħiet għall-offerti pubbliċi?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-perjodu msemmi, dawn il-Kumpaniji ingħataw xogħol li fihom intefqet is-somma medja ta €609 kull darba.
F'kull każ ġew segwiti r-regoli finanzjarji tas-servizz pubbliku.
Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u t-Tkabbir Ekonomiku — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt jew xogħol ħadu l-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament mis-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u t-Tkabbir Ekonomiku, inkluż kull entità, dipartiment, awtorità u simili li jaqgħu fi ħdanu, mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt/xogħol u f’kull każ inħarġu sejħiet għall-offerti pubbliċi?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-perjodu msemmi, dawn il-Kumpaniji ingħataw xogħol li fihom intefqet is-somma medja ta €393 kull darba.
F'kull każ ġew segwiti r-regoli finanzjarji tas-servizz pubbliku.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt jew xogħol ħadu l-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament mill-Ministeru tagħha, inkluż kull entità, dipartiment, awtorità u simili li jaqgħu fi ħdanha, mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt/xogħol u f’kull każ inħarġu sejħiet għall-offerti pubbliċi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali għamel użu mis-servizz tal-Kumpanija msemmija minnu bi spiża totali ta’ € 15,165.36. F’kull każ ġew segwiti r-regoli finanzjarji tas-servizz pubbliku.
Segretarju Parlamentari għall-Kultura u Gvern Lokali — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt jew xogħol ħadu l-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament mis-Segretarju Parlamentari għall-Kultura u Gvern Lokali, inkluż kull entità, dipartiment, awtorità u simili li jaqgħu fi ħdanu, mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt/xogħol u f’kull każ inħarġu sejħiet għall-offerti pubbliċi?
Response (BONNICI, OWEN)
L-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, inkluz għal perjodu ta’ żmien is-Segretarjat Parlamentari għall-Ġustizzja, għamel użu mis-servizzi tal-kumpaniji imsemmija minnu bi spiza medja ta’ €1,010 kull darba. Fi kwazi nofs id-drabi li sar użu mis-servizzi tal-kumpaniji imsemmija minnu l-ispiza medja kienet ta’ inqas minn €500. F’kull kaz ġew segwiti r-regoli finanzjarji tas-servizz pubbliku. Parti mill-ispejjez huma relatati ma’ zjarat f’pajjizna ta’ dinjitarji barranin u anki mal-hatra tal-President tar-Repubblika.
Ministeru għall-Finanzi — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt jew xogħol ħadu l-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità, dipartiment, awtorità u simili li jaqgħu fi ħdanu, mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt/xogħol u f’kull każ inħarġu sejħiet għall-offerti pubbliċi?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru għall-Finanzi għamel użu mis-servizzi tal-kumpaniji imsemmija fi tlett okkazjonijiet bi spiza medja ta’ €330 kull darba. F’kull każ ġew segwiti r-regoli finanzjarji tas-servizz pubbliku.
Ministeur għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt jew xogħol ħadu l-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità, dipartiment, awtorità u simili li jaqgħu fi ħdanu, mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt/xogħol u f’kull każ inħarġu sejħiet għall-offerti pubbliċi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, għamel użu mis-servizzi tal-kumpaniji msemmija minnu bi spiża medja ta’ €375.63 kull darba. F'aktar minn nofs id-drabi li sar użu mis-servizzi tal-kumpaniji msemmija minnu l-ispiża medja kienet ta’ inqas minn €250. F’kull każ ġew segwiti r-regoli finanzjarji tas-servizz pubbliku.
Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt jew xogħol ħadu l-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament mis-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni Żgħażagħ u Sport, inkluż kull entità, dipartiment, awtorità u simili li jaqgħu fi ħdanu, mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt/xogħol u f’kull każ inħarġu sejħiet għall-offerti pubbliċi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, għamel użu mis-servizzi ta' waħda mill-kumpaniji msemmija minnu bi spiża medja ta' €310.17 kull darba waqt li m'għamel ebda użu mis-servizzi tal-kumpanija l-oħra msemmija minnu. F'aktar minn nofs id-drabi li sar użu mis-servizzi ta' din il-kumpanija l-ispiża medja kienet ta' inqas minn €250. F'kull każ ġew segwiti r-regoli finanzjarji tas-servizz pubbliku.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt jew xogħol ħadu l-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità, dipartiment, awtorità u simili li jaqgħu fi ħdanu, mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt/xogħol u f’kull każ inħarġu sejħiet għall-offerti pubbliċi?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru, d-Dipartimenti, l-Entitajiet u Awtoritajiet li jaqgħu fi ħdanu għamlu użu mis-servizzi tal-kumpaniji msemmija minnu bi spiża medja ta’ €357 kull darba. F’kull każ ġew segwiti r-regoli finanzjarji tas-Servizz Pubbliku.
Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt jew xogħol ħadu l-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament mis-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, inkluż kull entità, dipartiment, awtorità u simili li jaqgħu fi ħdanu, mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt/xogħol u f’kull każ inħarġu sejħiet għall-offerti pubbliċi?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ngħatat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5968.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il kuntratt jew xogħol ħadu l-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament mill-Uffiċċju tiegħu, inkluż kull entità, dipartiment, awtorità u simili li jaqgħu fi ħdanu, mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt/xogħol u f’kull każ inħarġu sejħiet għall-offerti pubbliċi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, inkluz għall-perjodu ta’ żmien is-Segretarjat Parlamentari għall-Ġustizzja, għamel użu mis-servizzi tal-kumpaniji imsemmija minnu bi spiża medja ta’ €1,010 kull darba. Fi kwazi nofs id-drabi li sar użu mis-servizzi tal-kumpaniji imsemmija minnu l-ispiza medja kienet ta’ inqas minn €500. F’kull każ ġew segwiti r-regoli finanzjarji tas-servizz pubbliku. Parti mill-ispejjez huma relatati ma’ żjarat f’pajjiżna ta’ dinjitarji barranin u anki mal-ħatra tal-President tar-Repubblika.
Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il kuntratt jew xogħol ħadu l-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni, inkluż kull entità, dipartiment, awtorità u simili li jaqgħu fi ħdanu, mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt/xogħol u f’kull każ inħarġu sejħiet għall-offerti pubbliċi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Is-Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni għamel uzu mis-servizzi ta’ waħda mill-kumpaniji imsemmija minnu bi spiza medja ta’ €500 kull darba waqt li m’għamel ebda użu mis-servizzi tal-kumpanija l-oħra imsemmija minnu. F’iktar minn nofs id-drabi li sar użu mis-servizzi tal-kumpanija imsemmija minnu l-ispiza medja kienet ta’ inqas minn €500. F’kull kaz ġew segwiti r-regoli finanzjarji tas-servizz pubbliku.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ d-Deputat Ministru jgħid kemm-il kuntratt jew xogħol ħadu l-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità, dipartiment, awtorità u simili li jaqgħu fi ħdanu, mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt/xogħol u f’kull każ inħarġu sejħiet għall-offerti pubbliċi?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninsab infurmat l-Uffiċċju tiegħi u l-entitajiet kollha li jiffurmaw parti minn dan il-Ministeru ma utilizzawx is-servizzi tal-kumpaniji konċernati fil-perjodu msemmi.
Madankollu nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 5961 b’referenza għas-Segretarju Parlamentari għall-Affarijiet Ewropej u għall-Presidenza UE 2017.
Segretarju Parlamentari Għall-Affarijiet Ewropej u għall-Presidenza UE 2017 — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ d-Deputat Ministru jgħid kemm-il kuntratt jew xogħol ħadu l-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament mis-Segretarju Parlamentari Għall-Affarijiet Ewropej u għall-Presidenza UE 2017, inkluż kull entità, dipartiment, awtorità u simili li jaqgħu fi ħdanu, mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt/xogħol u f’kull każ inħarġu sejħiet għall-offerti pubbliċi?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari utiliżża s-servizzi ta’ waħda mill-kumpaniji konċernati fil-perjodu msemmi. Is-servizz ta’ din il-kumpanija ġie utiliżżat f’erba’ attivitajiet differenti u liema spiża totali kienet tammonta għal €1,416.
Ninsab infurmat li s-Segretarjat Parlamentari segwa l-Public Procurement Regulations tal-Gvern.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt jew xogħol ħadu l-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità, dipartiment, awtorità u simili li jaqgħu fi ħdanu, mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt/xogħol u f’kull każ inħarġu sejħiet għall-offerti pubbliċi?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kumpaniji msemmijin ma ngħatawx xogħol minn dan il-Ministeru mid-9 ta’ Marzu 2013 sa llum.
Ministeru għat-Turiżmu — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt jew xogħol ħadu l-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità, dipartiment, awtorità u simili li jaqgħu fi ħdanu, mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt/xogħol u f’kull każ inħarġu sejħiet għall-offerti pubbliċi?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministru għat-Turiżmu u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, inkluz għal perjodu ta’ żmien is-Segretarjat Parlamentari għall-Kultura u l-Gvern Locali, għamel użu mis-servizzi tal-kumpaniji imsemmija minnu bi spiża medja ta’ €500 kull darba. Fi kwazi nofs id-drabi li sar użu mis-servizzi tal-kumpanija imsemmija minnu l-ispiża medja kienet ta’ inqas minn €300. F’kull kaz ġew segwiti r-regoli finanzjarji tas-servizz pubbliku.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — reklamar u public relations
Question
Jista' l-Prim Ministru inkluż is-segretarju parlamentari jwieġeb mistoqsija parlamentari 2265 u jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u dipartiment li hi jew hu fi ħdan dan il-Ministeru, fuq reklamar jew public relations mill-11 ta' Marzu 2013 'il hawn? F'liema media sar dan ir-reklamar u permezz ta' liema aġenzija jew kumpanija?