Jista’ l-Ministru jelenka l-inizjattivi li ħa l-Ministeru tiegħu sal-jum li fih qed issir din l-interpellanza biex jiġu megħjuna l-vittmi tat-tifun tal-ġimgħa l-oħra fil-Filippini li ħalla miljuni ta’ vittmi?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Il-Ministeru sissa għadu ma ħax inizjattivi biex jiġu megħjuna l-vittmi tat-tifun tal-Filippini. Ovjamament jekk hemm mezz biex pajjiżna jagħti din l-għajnuna, din l-possibilta tiġi evaluata. Nieħu l-okkażjoni biex ngħarraf lil din l-kamra li nhar is-Sibt 7 ta’ Ġunju 2014, il-protezzjoni ċivili ser torganizza fund raising event b’risq il-vittmi tat-tifun tal-Bosnija.
Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili — Lista’ ta’ inizjattivi għall-għajnuna
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ inizjattivi ta’ ġbir ta’ materjal bħal ikel u ħwejjeġ li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ħa u għamel fl-aħħar ħames snin biex jiġu megħjuna vittmi ta’ diżastri naturali ’l hinn minn xtutna?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Fl-2009 saret ġabra fejn il-pubbliku intalab jagħti oġġetti bħal ikel fil-bottijiet, ilma u kutri għall-vittmi tal-Palestina (Gaza). Dawn l-oġġetti ġew mibgħuta bl-għajnuna tal-Medavia li ħallset l-ispejjeż tat-trasport.
Fl-2009 saret talba oħra għall-għajnuna mill-pubbliku. Intalab xi materjal kif ukoll flus depożitati f’kontijiet miftuħa apposta mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Dawn il-flus intalbu sabiex ikopru l-ispejjeż sabiex jitwassal il-materjal miġbur lejn l-Indonesia.
Fl-2010 intbagħtu erba’ kontejners mimlijin b’ikel, juices, ilma u kutri lejn Haiti bħala għajnuna għall-vittmi tat-terremot, wara sejħa oħra għall-għajnuna mill-pubblika . Id-Dipartiment bagħat dawn il-provisti bl-għajnuna tas-Socjeta’ tas-Salesjani.
Fl-2010 intbagħtu tliet kontejners mimilijn b’saqqijiet u kutri lejn l-Albania bħala għajnuna għall-vittmi tal-għargħar. Dawn il-kontejners twaslu bil-kollaborazzjoni tas-Soċjeta’ tas-Salib l-Aħmar.
Fl-2011 intbagħtu madwar 150 tunellata ta’ ilma minerali fi fliexken lejn il-Libja. Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għen ukoll finanzjarjament fir-ripatrijazzjoni ta’ persuni mill-Libja wkoll
Korp Pulizija – surġenti eleġibbli biex isiru maġġuri
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sat-12 ta’ Novembru 2013, kemm indivdwu jrid ikun ilu Surġent fil-Korp Pulizija biex ikun eliġibbli għal Maġġur?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond iċ-Ċirkulari GHQ Nru. 61/2013 tal-4 ta’ Settembru 2013, dawk il-membri tal-Korp li kienu jokkupaw il-grad ta’ Surġent tal-Ewwel Klassi (jiġifieri wara sitt snin fil-kariga) fil-Korp, setgħu japplikaw u jiġu kkunsidrati għall-ħatra ta’ Surġent Maġġur tat-Tieni Klassi.
B'referenza għall-Maġġuri fil-Korp Pulizija li nħatru fit-13 ta’ Novembru 2013, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu ilhom fir-rank ta' Surġent, wieħed wieħed?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 6046
Jista’ l-Minsitru jgħid min hu l-uffiċjal li qed imexxi d-Detention Services bħalissa u jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm tibdil fit-tmexxija fil-futur qarib?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Detention Centre jitmexxa mis-Sur Mario Schembri, kieku hemm ħsieb ta’ bidla fit-tmexxija, kienet tingħata l-informazzjoni kif dejjem ingħatat.
B’referenza għall-avviż fil-Gazzetta tal-Gvern tal-25 ta’Ottubru 2013 (Numru 1043), jista’ l-Prim Ministru jgħid xi kwalifiki, esperjenza u għarfien ta’ aviation security għandu l-head security tal-Ministeru għall-Intern li tqiegħed għall-ewwel darba fuq l-Aviation Security Committee?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nistieden lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għall-avviż fil-Gazzetta tal-Gvern tal-25 ta’ Ottubru 2013 (Numru 1043), jista’ l-Prim Ministru jgħid għala għall-ewwel darba f’iktar minn 20 sena m’hemmx l-Airmalta, id-Dwana u Civil Aviation rappreżentati fuq l-Aviation Security Committee?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nistieden lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-membri fuq l-Aviation Security Committee fl-aħħar 20 sena u liema diprtiment, kumpanija jew entità kienu jirrapreżentaw?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nistieden lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid taħt liema kriterju tneħħa r-rappreżentant tal-Avjazzjoni Ċivili mill-Kumitat għas-Sigurtà tal-Ajruport biex floku tpoġġa l-Kap tas-Sigurtà tal-Ministeru tiegħu?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hija prerogattiva tal-Ministru inkarigat mis-sigurtà li jaħtar dawk il-Membri li jħoss li jistgħu jagħtu l-aħjar kontribut fuq dan il-Kumitat. Xejn ma jipprekludi lill-istess Ministru li uffiċjali oħra li ma jagħmlux parti mill-Kumitat, jiġu msejħa għal xi laqgħat li jkunu jikkonċernaw l-aspett tax-xogħol tagħhom.
Kumitat għas-Sigurtà tal-Ajruport – Kap tas-Sigurtà tal-Air Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid taħt liema kriterju tneħħa l-Kap tas-Sigurtà tal-Air Malta mill-Kumitat għas-Sigurtà tal-Ajruport biex floku tpoġġa l-Kap tas-Sigurtà tal-Ministeru tiegħu?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 6028.
Dipartiment tal-Kummerċ – ittri lis-sidien ta’ impriżi
Question
Jista’ l-Ministru jippermettili nġib għall-attenzjoni tiegħu d-dokumenti li qed jingħataw separatament li juru ittri minn suppost investigaturi li qed jintbagħtu lis-sidien ta’ impriżi f’Ħaż-Żebbuġ li għandhom il-letterhead tad-Dipartiment tal-Kummerċ, fost l-oħrajn, u jgħid jekk dawn humiex ittri ġenwini jew le? Hu veru li d-Dipartiment tal-Kummerċ qed jibgħat dawn il-plain clothes investigators?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-ittra ma ntbagħtetx mid-Dipartiment tal-Kummerċ u lanqas bil-kunsens tad-Dipartiment tal-Kummerċ. Id-dipartiment ma bagħatx il-plain clothes investigators msemmijin fl-ittra
Nikkonkludi li din l-ittra hija falza u għaldaqstant l-Onor. Interpellant hu fid-dover li jgħaddi dawn id-dokumenti lill-Pulizija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ jew ilment daħal kemm ilha li ġiet fis-seħħ il-Liġi tal-Whistleblower?
Response (BONNICI, OWEN)
Kemm ilha li daħlet fis-seħħ il-Liġi tal-Whisleblower, il-Helpline Unit fil-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, irċieva numru kunsiderevoli ta’ talbiet, permezz ta’ telefonati kif ukoll permezz ta’ laqgħat diretti mal-uffiċjal inkarigat minn din il-Unit, għall-informazzjoni dwar il-funzjonijeit ta’ din il-Liġi.
Dawn it-talbiet ghall-informazzjoni għadhom qedin jidħlu b’rata konsistenti.
Apparti minn dawn it-talbiet għall-informazzjoni, Il-Helpline Unit fi ħdan il-Ministeru kellha xejn anqas minn tletin (30) laqgħa s’issa, ma’ diversi persuni fejn ġie diskuss il-kas jew l-ilment tagħhom u f’kull każ, dawn ingħataw parir x’għandhom jagħmlu skont il-providimenti tal-Liġi, anki bl-għajnuna ta’ Avukat mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.
Kien hemm każijiet fejn il-persuni kkonċernati ingħataw parir biex jirikorru direttament għand il-Pulizija. Fost oħrajn, kien hemm każijiet ukoll li kienu jikkonċernaw dwar ‘tampering’ ta’ l-iSmart Meters tal-EneMalta u fejn ittieħdu il-miżuri meħtieġa.
Żewġ każijiet partikolari, li għadhom fi stadju ta’ diskussjonijiet mall-persuni kkonċernati jidhru li mixjin biex jitressqu quddiem l-Awtorita` kompetenti skont il-Liġi.
Sadanittant, il-Helpline Unit qeda titratta tlett każijiet oħra li qedin fi stadju ta’ diskussjonijiet diretti mal-persuni konċernati u qedin iressqu l-każ u/jew l-ilment tagħhom biex jiġi deċiż kif se jipproċedu bil-każ rispettiv tagħhom.
Apparti mix-xogħol li l-Helpline Unit fil-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali qeda tagħmel f’dan is-settur, ninsab infurmat ukoll li qed jiġu investigati każi ta’ allegati abbuż mal-Whistleblowing Officers fi ħdan erbgħa (4) Ministeri oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il sena kien ilu Surġent l-indivdwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament qabel ma sar Maġġur fit-13 ta’ Novembru 2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirrferi għall-mistoqsija parlamentari 6046.
Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt jew xogħol ħadu l-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament mis-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva, inkluż kull entità, dipartiment, awtorità u simili li jaqgħu fi ħdanu, mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt/xogħol u f’kull każ inħarġu sejħiet għall-offerti pubbliċi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjoni — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt jew xogħol ħadu l-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità, dipartiment, awtorità u simili li jaqgħu fi ħdanu, mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt/xogħol u f’kull każ inħarġu sejħiet għall-offerti pubbliċi?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħu, inklu¿ kull entità, dipartiment, awtorità u simili li jaqgħu fi ħdanu, mid-9 ta’ Marzu 2013 għamel użu mis-servizzi tal-kumpaniji imsemmija minnu bi spiża totali ta’ € 2,152.91. F’kull każ ġew segwiti r-regoli finanzjarji tas-servizz pubbliku.
Segretarju Parlamentari għall-Kunsilli lokali u l-Kultura — xogħlijiet mill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt jew xogħol ħadu l-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament mis-Segretarju Parlamentari għall-Kunsilli lokali u l-Kultura, inkluż kull entità, dipartiment, awtorità u simili li jaqgħu fi ħdanu, mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt/xogħol u f’kull każ inħarġu sejħiet għall-offerti pubbliċi?
Response (BONNICI, OWEN)
Nistieden l-Onorevoli Interpellant jikkoregi d-domanda de quo
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt jew xogħol ħadu l-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità, dipartiment, awtorità u simili li jaqgħu fi ħdanu, mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt/xogħol u f’kull każ inħarġu sejħiet għall-offerti pubbliċi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpaniji msemmija ingħataw xogħol wara li ġew segwiti r-regoli finanzjarji tas-servizz pubbliku. Waħda mill-kumpanija ingħataw xogħol ta’ valur ta’ €1065.50 (elf u ħamsa u sittin Ewro u 50 ċenteżmu) u waqt li t-tieni kumpanija ingħataw xogħol ta’ valur ta’ €590 (ħames mija u disgħin Ewro).
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — xogħlijiet mill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt jew xogħol ħadu l-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità, dipartiment, awtorità u simili li jaqgħu fi ħdanu, mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt/xogħol u f’kull każ inħarġu sejħiet għall-offerti pubbliċi?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta numru 5964.