B'referenza għall-aħbar li kien hemm fil-ħarġa ta’ Il-Mument tal-1 ta’ Diċembru 2013 li l-Kummissarju tal-Pulizija intervjena biex is-Sindku ta' Ħal Qormi tqabbeż il-kju għall-vapur ta' Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid fuq liema bażi jew għal liema raġuni l-Kummissarju tal-Pulizija ndaħal fi kwistjoni li ma kenitx ta' ordni pubbliku?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma għandi xejn xi nżied mat-tweġibiet li ġew mogħtija l-ġimgħa l-oħra, għal-mistoqsijiet parlamentari 6557 u 6558.
B'referenza għall-aħbar li kien hemm fil-ħarġa ta’ Il-Mument tal-1 ta’ Diċembru 2013 li l-Kummissarju tal-Pulizija intervjena biex is-Sindku ta' Ħal Qormi tqabbeż il-kju għall-vapur ta' Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan it-trattament huwiex issa disponibbli għal kull ċittadin Malti u Għawdxi li jkollu bżonn jaqbad il-vapur ta' Għawdex?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma għandi xejn xi nżied mat-tweġibiet li ġew mogħtija l-ġimgħa l-oħra, għal-mistoqsijiet parlamentari 6557 u 6558.
B'referenza għall-aħbar li kien hemm fil-ħarġa ta’ Il-Mument tal-1 ta’ Diċembru 2013 li l-Kummissarju tal-Pulizija intervjena biex is-Sindku ta' Ħal Qormi tqabbeż il-kju għall-vapur ta' Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid jekk tali aġir fil-fehma tiegħu, naqqasx jew żiedx l-awtorità morali tal-Kummissarju tal-Pulizija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma għandi xejn xi nżied mat-tweġibiet li ġew mogħtija l-ġimgħa l-oħra, għal-mistoqsijiet parlamentari 6557 u 6558.
Jista’ l-Ministru jgħid għala l-Pulizija li kienu mġiegħla jaħdmu extra ta’ waiters u ħadu sehem fl-ikla tat-28 ta’ Ġunju 2013 fil-Girgenti għadhom sal-lum ma tħallsux? Jaf li ilhom minn Awwissu jgħidulhom mill-Korp li ħa jitħallsu x-xahar li ġej, xahar wara xahar għal xejn sal-lum?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 3373.
Jista’ l-Ministru jgħid għala u sa meta ħa jitħallsu l-extra tal-Pulizija li ħadmu fil-kampanja elettorali 2013, bħala xogħol f’mass meetings?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Pulizija li għamlu xi xogħol “extra” relatat mal-Elezzjonijiet tal-2013 tħallsu kollha. Nistieden l-Onorevoli Interpellant biex jekk jaf b’xi każ partikolari li għadu pendenti jgħaddihuli b’mod kunfidenzjali biex inkun nista’ ninvestiga u nieħu l-passi neċessarji.
Estradizzjoni – talbiet mill-Istati Uniti tal-Amerika
Question
Jista’ l-Ministru jelenka t-talbiet li saru mill-Istati Uniti tal-Amerika għall-estradizzjoni minn persuni arrestati f’Malta fl-aħħar ħames snin u għal liema reati saret tali talba? Min kienu l-persuni kkonċernati?
Response (BONNICI, OWEN)
L-Informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija din:
2009:
Talba għall-estradizzjoni - Pollution, false information to public authority
Talba għall-estradizzjoni - Pollution, false information to public authority
Talba għall-estradizzjoni – Fraud
2013:
Talba għall-estradizzjoni - Child Pornography
Jista’ l-Ministru jelenka kemm u min kienu dawk li ġew estraditi minn Malta lejn pajjiżi terzi fl-aħħar ħames snin? Għal liema reati ġew estraditi u lejn liema pajjiżi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Sit tal-Malta Ship Building – Espressjoni ta’ Interess
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-espressjoni ta’ interess għall-Iżvilupp tas-sit li qabel kien il-Malta Shipbuilding?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess tal-espressjoni ta’ interess għall-Iżvilupp tas-sit li qabel kien il-Malta Shipbuilding issa wasal fil-fażi tar-Request for Proposals (RFP). It-tmienja u għoxrin (28) proponent li kienu ssottomettew l-espressjoni ta’ interess tagħhom għal dan il-proġett, kollha ġew mistiedna sabiex jipproċedu għall-istadju tal-RFP billi jiġbru d-dokument tar-Request for Proposals. Dan id-dokument fil-fatt inġabar mill-proponenti kollha, li għandhom sal-10 ta’ Lulju 2014 sabiex jissottomettu l-proposti tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jitħallas u kemm tħallas s'issa l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li ngħata direct order mill-Korporazzjoni Enemalta wara Marzu 2013? Fiex jikkonsisti xogħlu? Għaliex intuża d-direct order u mhux sejħa pubblika?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija ġie appuntat biex jagħmel xogħol ta' awditjar fis-sezzjoni tal-IT tal-Koperazzjoni Enemalta. Huwa tħallas l-ammont ta' €11,800 (ħdax-il elf u tmim mitt ewro). Dan l-engagement kien intern.
B'referenza għall-aħbar li kien hemm fil-ħarġa ta’ Il-Mument tal-1 ta’ Diċembru 2013 li l-Kummissarju tal-Pulizija intervjena biex is-Sindku ta' Ħal Qormi tqabbeż il-kju għall-vapur ta' Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid jekk hu jaċċettax dan it-tip ta' aġir mill-Kap tal-Pulizija f'Malta?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm ġustifikazzjoni ta’ natura personali li waslet lil Kummissarju tal-Pulizija jieħu din id-deċiżjoni.
B'referenza għall-aħbar rappurtata fil-Mument fl-1 ta’ Diċembru 2013 li l-Kummissarju tal-Pulizija intervjena biex is-Sindku ta' Ħal Qormi tqabbeż il-kju għall-vapur ta' Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid għala la hu u lanqas il-Kummissarju tal-Pulizija ma ħarġu stqarrija pubblika sa 24 siegħa wara l-aħbar?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-materja, partikolarment li kellha raġuni personali, ma kinitx materja ta’ stqarrija pubblika.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2576 u jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu minn Marzu ta’ din is-sena sad-data li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bordijiet kollha li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħi, ltaqgħu minn Marzu tal-2013 sal-llum.
Peress illi fit-tieni ġimgħa ta' Marzu 2013 il-Ministru għall-Ekonomija waqt żjara lit-Toly Products qal li fil-ġimgħat ta' wara kien bi ħsiebu jżur il-fabbriki kollha, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il fabbrika żar minn dakinhar sal-lum?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħallset flus f’reklamar l-Aġenzija Identità Malta dwar il-bejgħ taċ-ċittadinanza sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Fuq liema mezzi u kemm intnefqu flus fuq kull mezz ta’ media?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-lum l-Aġenzija Identità Malta ħallset s-somma totali ta’ € 399.31 għal reklami li dehru fuq gazetti lokali dwar il-bejgħ taċ-ċittadinanza.
Università ta’ Malta — Fakultà tas-Soċjoloġija – rapport dwar SMEs
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’follow up sar fuq ir-rapport dwar l-SMEs li tqabbdet tagħmel il-Fakultà tas-Soċjoloġija tal-Università ta’ Malta iktar minn sena ilu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat illi tqassam u sar preżentazzjoni tar-rapport magħmul minn Dr Gillian M. Martin titolat SME’s in Focus: Exploring the experience of Micro, Small, Medium enterprise owners in Malta, lill-kumitat li jaħdem fuq l-introduzzjoni tal-leġiżlazzjoni għan-negozji tal-familja. Sussegwentement minn l-istess rapport ġie estrapolat informazzjoni u statistika utli dwar l-istess SMEs li għandhom negozji tal-familja għall-użu tal-kumitat. Bħala follow up u in segwitu ta’ dan ir-rapport, u minn l-istess fondi li għad kien fadal, l-istess Fakulta’ tas-Soċjoloġija għamlet qualitative survey fuq negozji tal-familja bħala estensjoni ta’ l-istess rapport kif ukoll taw assistenza dwar l-iżvilupp tal-quantitative survey mal-MEIB u NSO.
Jista’ l-Ministru jelenka kemm u min kienu l-Maltin li ġew estraditi lejn pajjiżi terzi fl-aħħar ħames snin? Għal liema reati ġew estraditi u lejn liema pajjiżi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni hija kif ġej:
Sena 2008: 0
Fis - Sena 2009: Persuna 1 – Fuq Drug trafficking - Olanda
Sena 2010: 0
Sena 2011: 0
Sena 2012: 0
Fis- Sena 2013: Persuni 2 - Persuna fuq Drug trafficking - Spanja
- Persuna fuq smuggling and criminal organization - Italja
Jista’ l-Ministru jgħid jekk bediex iħejji l-pjan strateġiku u operattiv għall-Forzi Armati ta’ Malta skont kif imwiegħed fil-Manifest Elettorali tal-Partit fil-Gvern?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa kkonfermat li l-pjan strateġiku u operattiv għall-Forzi Armati ta’ Malta skont kif imwiegħed fil-Manifest Elettorali beda jiġi mħejji.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – Riforma fil-Bord tal-Viżitaturi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex riformat il-Bord tal-Viżitaturi tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin biex dan ikun effettiv anke bl-involviment ta’ aktar għaqdiet voluntiera skont kif imwiegħed fil-Manifest Elettorali tal-Partit fil-Gvern?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda membru tal-Bord tal-Visitaturi kif kompost ma’ jifforma parti minn xi għaqda non governattiva u/jew għaqda voluntiera, nonostante’ dan il-fatt il-Bord kif kompost qiegħed jagħmel diversi kuntatti ma’ għaqdiet non governattivi, kif ukoll dawk voluntiera, kemm għaqdiet u kemm individwi bl-għan ewlieni jkun dak li jtejjeb il-kuntatti u l-involviment dirett, liema involviment ikun wieħed li jinħass sabiex il-ħajja ta’ kuljum tal-priġunieri fi ħdan il-faċilita korrettiva ta’ Kordin tkun waħda aħjar.