Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa kellu mal-Malta Police Association sal-lum, apparti l-laqgħa li kellu f’Mejju 2013 dwar it-twaqqif ta’ union għall-pulizija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li saret laqgħa ma’ rapreżentanza tal-Malta Police Association, fejn ġie diskuss it-twaqqif tal-Unions tal-Pulizija. Ovvjament meta l-Malta Police Association tħoss il-bżonn li titkellem miegħi, il-bieb tal-Ministeru huwa dejjem miftuħ.
Jista’ l-Ministru jgħid f’dawn l-aħħar ġimgħat f’liema data waslet għand id-Dwana l-qabda ta’ kważi żewġ miljun sigarett tal-kuntrabandu li nqabdu mill-Pulizija fil-Qala, Għawdex, fl-14 ta’ April 2013? Sal-lum ġiet ikkonsenjata lid-Dwana l-vettura li fiha kienu nstabu dawn is-sigaretti?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kwantita ta’ sigaretti msemmija għaddew għand id-Dwana fid-9 ta’ Jannar 2014. It-tieni parti tal-mistoqsija ma tistax tiġi mwieġba għar-raġuni li tajt fir-risposta tiegħi għall-mistoqsija parlamentari 6805.
Qtil ta’ Flamingo fis-Salini – Inkjesta Maġisterjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Pulizija fil-jum li fih qed issir din l-interpellanza għadha ma ħaditx passi kriminali kontra min kien involut fil-qtil ta’ flamingo fis-Salini bejn it-3 u l-4 tal-Ġunju 2013 u li dwar dan il-każ saret u intemmet l-inkjesta maġisterjali?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Pulizija ħarget it-taħrikiet kontra erba persuni li kienu nvoluta fil-ka¿ in kwistjoni, fl-24 ta' Marzu 2014. Ninforma l-Onor. Interpellant li l’Proċess Verbal fuq l-istess każ kien intbagħat lill Avukat Ġenerali mil-Maġistrat inkwerenti fis-16 ta' Dicembru 2013 u f’Jannar l-Ispettur investigattiv ħa ħsieb li jikkonsulta ma l-Avukat Ġenerali fuq il-każ, biex eventwalment setgħa jkollu il-kopja tal-Process Verbal li ġie presentat il-Qorti u joħroġ it-taħrikiet. Il-każ issa qiegħed għal ewwel dehra, għas-sebgħa ta’ Mejju, quddiem il-Magistrat.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-vera raġuni għala fil-kawża - li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - il-Prosekuzzjoni tmexxiet mis-Supretendent li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u mhux mill-iSpettur tad-distrett kif is-soltu jsir? Fl-aħħar sena, f'kemm-il każ deher għall-Prosekuzzjoni fil-Qorti l-imsemmi Supretendent?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill Onor. Interpellant li l-investigazzjoni in kwistjoni saret b'mod konġunt mis-Suprentendent u l-Ispettur responsabli tad-Diviżjon. L-istess Spettur eventwalment ħareg l-akkużi relatati. Waqt l-investigazzjoni is-Suprentendent imsemmi kien assista u fil-fatt anke kien preżenti fuq il-post waqt l-ispezzjoni li saret. Barra min dan hu ta' x-xhieda tiegħu fil-Qorti meta nstema il każ.
Din ma kienetx l-ewwel darba dan l-Uffiċjal assista lill-Spetturi ohra f'kawżi fil-Qorti kif huwa dmir tiegħu li jagħmel kif u meta kien hemm il-ħtieġa. Dan kien anke jagħmlu f'diversi seduti tad-Distrett għal raġunjiet diversi l-iktar meta Spetturi li tagħhom kien responsabbli kien ikollhom kawzi ohra, u ma kienux jistgħu ikunu presenti f'Awli differenti fl-istess ħin.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-kollaborazzjoni u għajnuna mogħtija mill-imputat lill-Pulizija fil-kawża li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li kienet tali li, fi kliem il-Prosekuzzjoni seduta stante, kienet intitolat lill-imputat għal tnaqqis sostanzjali tal-piena? Din l-għajnuna tfisser li l-Pulizija ħadet jew se tieħu passi kontra min kien biegħ jew forna lill-imputat tali logħob tan-nar illegali u li kellu jinħaraq fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-aħħar tas-sena 2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-każ relatat l-imputat ikkoppera mal-pulizija sa mill-bidu nett f’kull stadju tal-investigazzjoni u għalhekk il-Qorti flok imponiet piena ta' priġunerija ordnatlu jħallas multa ta' 250 Euro kif ukoll il-konfiska tal-materjal in kwistjoni. Kien l-istess persuna li ħadem il-loghob tan-nar illegali fl-istess kamra fejn in-nar kien instab, u l-ebda persuna oħra ma forniet dan il-loghob tan-nar lill din il-persuna. Il-każ ġie konkluż u in-nar illegali inħaraq fil-presenza tal-armata u l-Pulizija.
Kummissarju tal-Pulizija u l-Malta Police Association — laqgħat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa ta’ konsultazzjoni kien hemm bejn il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Malta Police Association bejn Marzu 2013 u Diċembru 2013 dwar it-twaqqif ta’ union għall-Pulizija, u d-data ta’ meta saret kull laqgħa?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Il-Laqgħat ta’ konsultazzjoni saru mal-Ministru u mhux mal-Kummisarju tal-Pulizija. Dawn il-laqgħat kienu suċċess tant li d-dritt tal-Union tal-għażla lill-korpi dixxiplinati, liema dritt ġie kontestat mill-Onor. Interpellant, ser isir liġi mill-aktar fis.
Kummissarju tal-Pulizija u l-Malta Police Association — laqgħat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa ta’ konsultazzjoni kien hemm bejn il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Malta Police Association bejn Marzu 2013 u Ġunju 2013 dwar it-twaqqif tar-Rapid Intervention Unit u x-shift il-ġdid tal-membri ta’ dan il-unit u d-data ta’ meta saret kull laqgħa?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm okkazzjoni fejn it-twaqqif tar-Rapid Intervention Unit u shift relatat ma din it-taqsima, kien ġie diskuss mill-Kummissarju tal Pulizija mal-Malta Police Association.
Korp tal-Pulizija — Pulizija ta’ Riżerva - kuntratt
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li qed ikun mistenni li jiffirmaw il-pulizija ta’ riżerva (part-time police officers)?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Niforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-kuntratt li jinkorpora l-kundizzjonijiet t'ingaġġ tal-Kuntistabbli tar-Riżerva.
Pussess ta’ logħob tan-nar (murtali) – każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu jew se jittieħdu kontra l-licensee tan-nar li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament talli fit-28 ta’ Diċembru 2013 instab li kellu fil-pussess tiegħu f’Ħaż-Żebbuġ ammont konsiderevoli ta’ logħob tan-nar (murtali) illegali li kellu l-ħsieb li jinħaraq fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-aħħar tas-sena fil-Belt Valletta? Fiex kienet tikkonsisti l-illegalità?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-imsemmija data ma kien hemm l-ebda inċident simili.
Jista’ l-Ministru jgħid minn fejn irriżulta li kien inxtara l-logħob tan-nar illegali (blalen/murtali) li nstab fil-pussess tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament f’Ħaż-Żebbuġ fit-28 ta’ Diċembru 2013 u li kellu jinħaraq waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-aħħar tas-sena fil-Belt Valletta?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant jagħmel referenza għall-mistoqsija parlamentari 6825.
Persuni li kkaġunaw offiżi lil pulizija/uffiċjali pubbliċi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3089 u jgħid kemm-il persuna ġiet misjuba ħatja fl-aħħar ħames snin, sena b’sena, li kkaġunat offiża fuq il-persuna ta’ Pulizija u/jew uffiċjali pubbliċi, jew inġurjatu jew għamlet theddid kontrih, ai termini tal-artikli 95 u 96 tal-Kodici Kriminali, u x’kienet il-piena?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ta’ Kandja – L-ewwel Ġebla fl-Akkademja tal-Pulizija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’sar mill-ewwel ġebla li r-ritratt tagħha qed jingħata separatament, li kienet tqiegħdet fl-Akkademja tal-Pulizija f’Ta’ Kandja?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 8220.
Il-Qala (Għawdex) – qbid ta’ sigaretti tal-kuntrabandu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’għamlu d-Dwana mill-qabda ta’ madwar miljun u disa’ mitt elf sigarett tal-kuntrabandu li nstabu mill-pulizija f’vann ġewwa l-Qala, Għawdex, fil-jum tal-14 ta’ April 2013 jew viċin u li nġiebu lejn Malta dakinhar stess li nstabu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninsab infurmat illi r-rapport tal-Pulizija dwar il-ka¿ imsemmi mill-Onor. Interpellant għadu ma għaddiex għand id-Dwana. Għaldaqstant ma nħossx illi tagħrif dwar l-andament ta’ din l-istess investigazzjoni għandu jkun ippubblikat.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Sezzjoni YOURS – Bini fl-Imtaħleb
Question
Jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’ applikazzjoni tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li saret mill-Ministeru tiegħu jew mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin jew minn min hu kkonċernat sabiex tinbena l-YOURS fl-Imtaħleb?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru tal-applikazzjoni għadu ma ngħatax, minħabba li l-applikazzjoni għada ma waslitx f’dak l-istadju.