B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4064, jista’ l-Ministru jgħid l-isem tas-CEO tal-Isptar Monte Karmeli li huwa wkoll il-konsulent ewlieni u ċ-chairperson tal-psikjatrija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Minħabba l-prerekwiżiti tal-Mental Health Act qiegħed isir ristrutturar tal-managment fil-qasam tal-kura tas-saħħa.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4286 u jgħid kemm ġie mitlub iħallas jew kemm ġew inkorsi spejjeż f’satellite charges mill-media, bħall-Public Broadcasting Services, għal-links li saru u li jkunu saru sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, biex ikun hemm kollegamenti ma’ Malta waqt li kienet qed takkumpanja lill-Prim Ministru minn Marzu 2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma għandi xejn xi nżid mar-risposta li ngħatat għal mistoqsija parlamentari 4286.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset s'issa u kemm se titħallas il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għall-istudji li ġiet imqabbda tagħmel mill-Korporazzjoni Enemalta fir-rigward tal-powerstation il-ġdida u jekk ix-xogħol li tqabbdet tagħmel ingħatax b’direct order?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3964 (tlett elef, disa’ mija, erbgħa u sittin). Fi Frar sar pagament ta’ €229,392.00 (mitejn disgħa u għoxrin elf, tlett mija, tnejn u disgħin Ewro).
Jista’ l-Ministru jsemmi d-dati meta l-MPA kienet inkluża fil-laqgħat li qegħdin isiru bejn il-unions u d-direttur tax-xogħol rigward it-twaqqif ta’ union għall-membri tal-Korp?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġie spjegat drabi oħra li l-funzjoni u l-operat tal-Malta Police Association hija awtonoma u għalhekk ma taqgħax taħt l-iskrutinju tad-dekasteru tiegħi, kif ma jaqgħax lanqas taħt id-dekasteru tiegħi d-direttur tax-xogħol. Ġentilment nissugerixxi lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat
Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-Taqsima tal-Internal Affairs tal-Korp tal-Pulizija li għaliha huwa għamel referenza fit-tweġiba tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 3999 ikkonkludietx l-investigazzjonijiet meħtieġa u fil-każ x’kien l-eżitu?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Niforma lill-Onor. Interpellant li l-investigazzjoni li qed jagħmel referenza għaliha l-interpellant ġiet konkluża. Infurmat li l-imsemmi uffiċjal ġie mwiddeb severament u nota ta’ din it-twiddiba ġiet reġistrata fid-dossier personali tiegħu.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4006 fejn il-Prim Ministru wieġeb li għandi nirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk dan ifissirx li d-Dipartiment tal-Artijiet, li għalih huwa politikament responsabbli, s’issa qatt ma ġie kkuntattjat jew intalab jagħmel xi xogħol mill-persuna magħżula mill-Gvern biex issib post fejn jiltaqgħu l-bands Maltin?
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4006 fejn il-Prim Ministru wieġeb li għandi nirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat, jista’ l-Prim Ministru jgħid għalfejn għandi nirreferiha lilMinistru ieħor meta s-suġġett tal-artijiet tal-Gvern huwa mansjoni tad-Dipartiment tal-Artijiet u jaqa’ fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern sabx post fejn jiltaqgħu l-bands Maltin wara n-nomina tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament wara l-elezzjoni tal-2013 għal dan l-iskop?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern qed jevalwa id-diversi proposti li kienu identifikati mill-persuna li l-Onor. qed jagħmel referenza għaliha.
Dipartiment tal-Artijiet – Sospensjoni ta’ skema ta’ kirjiet kummerċjali
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4005 dwar l-iskema ta’ kirjiet kummerċjali fil-Belt Valletta mnedija f’Jannar 2013, jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex wara kważi sena l-iskema għadha qed tiġi evalwata? Kif jispjega li Gvern li jgħid li huwa pro business iħalli skema ta’ fejda għall-business community tal-Belt Valletta sospiża għal kważi sena?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-Iskema qiegħda tiġi evalwata fid-dawl ta’ skema oħra li qed tinħadem kif ingħad fi tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 8608 u 8917.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reklutati mpjegati ġodda fil-Lotteries and Gaming Authority minn Marzu 2013 sal-lum? Jista’ jgħid min huma l-impjegati l-ġodda, xi rwol u pożizzjoni għandhom, x’pakkett finanzjarji u benefiċċji għandhom u xi kwalifiki għandhom biex jokkupaw il-kariga li ngħatatilhom? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħiet pubbliċi li saru għal dawn il-pożizzjonijiet u f’każ li ma saret l-ebda sejħa pubblika, jagħti r-raġuni għalfejn?
Response (CARDONA, CHRIS)
Mit-13 ta’ Marzu 2013 l-Awtorità tal-Lotteriji u logħob ħarġet dawn il-vakanzi hekk kif muri hawn taht, dan wara approvazzjoni tal-PAHRO u sejħa pubblika mil-ETC;
Systems Administrator
PR & Marketing Administrator
Head of HR
IT Manager
PR & Marketing Manager
Head of Investigations
MITA Students x4
HR Administrator
Legal Officer x 2
Player Support Administrator
Player Support Administrative Assistant x 2
Finance & Revenue Administrator
Risk and Quality Assurance Manager
Il-pakkett finanzjarju, benefiċċji u kwalifiki ma jistgħux jingħataw minħabba li huma ta' natura kunfidenzjali.
Lotteries and Gaming Authority – Executive Chairman
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk apparti s-salarju ta’ ’l fuq minn €80,000 li għandu l-Executive Chairman tal-Lotteries and Gaming Authority, l-istess chairman għandux ukoll vettura li għaliha l-awtorità qed tħallas ’il fuq minn €900 fix-xahar u jekk din l-ispiża taqax fil-parametri li għandhom jintużaw għal dawn il-pożizzjonijiet?
Response (CARDONA, CHRIS)
L-informazzjoni mitluba hija ta natura kunfidenzjali u għalhekk ma tistax tingħata. Ta min wieħed ifakkar illi fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista, l-Awtorità kellha Chairman u Kap Eżekuttiv separatament li it-tnejn kienu intitolati għall karozza. Illum, l-Awtorità għandha Chairman u Kap Eżekuttiv f’persuna waħda li fil-fatt naqqset l-ispiza ta' l-Awtorita' f’salarji u benefiċċji.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li nħatar mill-Gvern fl-2013, tneħħa mill-pożizzjoni li kellu wara biss ftit ġimgħat biex imbagħad ingħata kuntratt ieħor ta’ konsulenza mal-istess awtorità? Jista’ jgħid x’termini finanzjarji fih dan il-kuntratt?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li qed jirreferi għaliha ma tneħħiex mill-pożizzjoni tiegħu bħala Chairman tal-Awtorità, imma rriżenja minn rajħ.
Id-dettalji finanzjarji dwar il-ħlas huma ta’ natura kunfidenzjali u b’hekk ma jistgħux jinħarġu.
Lotteries and Gaming Authority – delegazzjoni fiċ-Ċina
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji dwar żjara li delegazzjoni mil-Lotteries and Gaming Authority għamlet dan l-aħħar f’Macau (fiċ-Ċina) fosthom minn min kienet komposta d-delegazzjoni, ir-raġuni taż-żjara, kemm damet iż-żjara, ma’ min iltaqgħet id-delegazzjoni, x’relevanza kellha din iż-żjara u kemm swiet l-istess żjara?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li d-delegazzjoni kienet komposta minn Executive Chairman, Chief Regulatory Officer, Chief Legal Officer u Chief Operations Officer. Ir-raġuni għaż-żjara (li damet 5 ijiem) kienet l-iGaming Asia Congress li saret f’Macau bejn 4-6 ta’ Marzu 2014, li huwa kungress internazzjonali li jsir kull sena. L-iskop kien iffukat fuq “networking”, “capacity building” u esplorazzjoni ta’ opportunitajiet ġodda għal Malta.
L-LGA ħasset li kellha tattendi għall-konferenza kif kien isir fis-snin li għaddew.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan ta’ ħidma għas-sena jew snin li ġejjin tal-Bord tal-Koperattivi?
Response (CARDONA, CHRIS)
Il-pjan ta’ ħidma tal- Bord tal-Koperattivi għas-snin 2014/2015 se ikun qed jindirizza dawn il-miżuri:
Matul l-2014 il-Bord ser ikun qiegħed imexxi riforma sħiha fil-moviment li tinkludi reviżjoni tar-regolamenti li jiggvernaw il-Fond Ċentrali tal-Koperattivi biex ikun aġġornat mal-iżviluppi li qed isiru f’dan is-settur kif ukoll niżguraw li l-fondi jintużaw bl-aktar mod effettiv għall-ġid tal-moviment koperattiv.
Jitkompla l-proċess ta’ tisħiħ tal-liġi tal-koperattivi biex jitħarsu aktar il-bżonnijiet attwali tal-koperattivi. It-tisħiħ tal-liġi ser ikun qed jindirizza fost diversi issues il-kunċett ta’ koperattivi soċjali li jħarsu l-interessi ta’ nies żvantaġġati. Għal-dan il-għan qed issir konsultazzjoni mal-partijiet kollha konċernati.
Jitfassal pjan ta’ edukazzjoni sabiex jiżdied l-għarfien tal-mudell koperattiv bħala alternattiva ta’ oħra ta’ mudell ta’ entrapriża. Dan il-pjan se jkun qed jindirizza studenti, kummerċjanti, professjonisti u l-pubbliku in ġenerali. Se jkunu qed naħdmu wkoll mill-qrib mal-kunsilli lokali sabiex nippromovu l-mudell koperattiv.
Ħidma sabiex ikun hemm level playingfield għall-koperattivi biex joperaw mingħajr żvantaġġi ma’ mudeli oħra ta’ intrapriżi. Għal dan il-għan qiegħda ssir konsultazzjoni mal-koperattvi sabiex ikun identifikati l-iżvantaġġi li qed ikunu ffaċjati bħalissa.
Nippromovu mill-ġdid l-użu tal-mudell koperattiv fis-Servizz Pubbliku.
Titkompla ħidma sabiex ikomplu jonqsu n-numru ta’ koperattivi li mhumiex konformi mal-liġi.
Titkompla ħidma sabiex jinghalqu numru ta’ każijiet ta’ stralċ li ilhom pendenti għall-numru ta’ snin.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3850, jista’ l-Ministru jgħid jekk fir-risposta hemmx xi żball, jew inkella jispjega x’kellha x’taqsam il-laqgħa li huwa kellu mal-European Broadcasting Unit ġewwa l-Iżvezja tas-17 ta’ Mejju 2013 mas-suġġett tal-mistoqsija u ċjoè r-responsibility sharing?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra korezzjoni għall-mistoqsija parlamentari 3850.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3979, jista’ l-Prim Ministru jagħti d-dati li fihom sar użu mill-private jet biex attenda għal-laqgħat tal-Mexxejja tal-Unjoni Ewropea u min akkumpanjah? F’kull każ, kemm ħallset l-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż li saru?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Id-dati li fihom sar uzu mill-private jet mill-Prim Ministru sabiex attenda għal-laqgħat tal-Mexxejja tal-Unjoni Ewropea kienu dawn :-
2013
14 -15 ta' Marzu
21 – 22 ta' Mejju
27 – 28 ta' Ġunju
23 – 24 ta' Ottubru
28 – 29 ta' Novembru
19 – 20 ta' Diċembru
2014
6 ta' Marzu
20 – 21 ta' Marzu
02 - 03 ta' April
27 ta' Mejju
26 u 27 ta' Punju
Il-laqgħat li għalihom sar uzu mill-private jet kienu dawn :-
European Council Meeting in Brussels
European Council Meeting and 150th Anniversary commemoration of the SPD Group in Brussels and Leipzig respectively
European Council Meeting in Brussels
European Council Meeting in Brussels
Eastern Partnership Summit in Vilnius
European Council Meeting in Brussels
Extraordinary Meeting of EU Heads of State or Government on Ukraine in Brussels
European Council Meeting in Brussels
EU-Africa Summit in Brussels
Il-Prim Ministru kien akkumpanjat minn membri tal-Kabinett, ufficjali tal-Ministeru tal-Finanzi, uffiċjali minn Dar Malta u uffiċjali tas-Segretarjat privat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3972 li kienet tittratta dwar xiri ta’ vetturi għas-Civil Protection Department peress li t-tweġiba li ngħatat kienet dwar reinstatement fil-Korp tal-Pulizija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni koretta għall-mistoqsija parlamentari 3972.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu fil-Korp tal-Pulizija l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li sa ftit żmien ilu kien impjegat mal-Arriva?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċjal tal-Pulizija indikat ġie ngaġġat fil-Korp bħala Kuntistabbli tar-Riżerva fit-13 ta' Frar 2014.