Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għawdex – inċident tat-traffiku

Question

B'referenza għall-aħbar fl-ewwel faċċata tal-gazzetta Il-Mument tal-Ħadd 6 ta' April 2014 dwar bdil ta' rapport ta' inċident ta' hit and run f'Għawdex li fih kien involut uffiċjal tal-Korp tal-Pulizija, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istqarrija għall-istampa li l-Korp ħareġ, jekk ħareġ, dwar dan il-fatt serju, wara li dan ir-rapport ġie ppublikat fil-gazzetta msemmija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istqarrija stampa li nħarget mil-Uffiċċju Stampa dwar l-inċident imsemmi. Nerga’ nirrepeti li ma kien hemm l-ebda bdil ta’ rapport.

Għawdex – inċident tat-traffiku

Question

B'referenza għall-aħbar fl-ewwel faċċata tal-gazzetta Il-Mument tal-Ħadd 6 ta' April 2014 dwar żewġ inċidenti li jinvolvu żewġ uffiċjali tal-Pulizija waqt li kienu fuq il-qadi ta' dmirijiethom, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn l-uffiċjali ġewx sospiżi mix-xogħol sakemm jintemmu l-passi dixxiplinari kontrihom u meta ġew sospiżi?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żewġ inċidenti li qed jagħmel referenza għalihom l-interpellant ġew investigati mid-distrett t’Għawdex. Wiehed mil-uffiċjali involuti ġie trasferit għad-disrett tal-Belt Valletta b’effett mit-02 ta’ April 2014, fejn sussegwentement dan ġie sospiż mis-07 ta’ April 2014. L-ieħor ukoll ġie trasferit għad-distrett tal-Belt Valletta b’effett mit-02 ta’ April 2014, fejn wara reġa’ ġie trasferit lura lejn Għawdex mill-11 ta’ April 2014 minhabba li nstab li l-kaz kontrih kien infondat.
Leg 12 PQ #8961 Sitting 179 2014-07-17 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Cruise Ships – żjarat f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sabiex il-cruise ship li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jerġa’ jibdatjiġi Malta, sarux xi commitments finanzjarji mill-Gvern u/jew minn entitajiet governattivi bħal Transport Malta jew l-Awtorità ta’ Malta dwar it-Turiżmu sabiex il-kumpanija tiġi b'xi mod aġevolata fl-ispejjeż marbutin maż-żjarat tal-vapuri tagħha f'Malta?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità ta’ Malta dwar it-Turiżmu tagħmel diversi agreements ta’ marketing ma’ operaturi li jaħdmu għall-Malta. Ovvjament dettalji dwar dawn l-aġenti huma ta’ natura kummerċjali u sensittivi.

Freeport – Concession Agreement

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-concession agreement li għandha l-Malta Freeport Terminals Limited, l-użu tal-faċilitajiet mikrija mill-Gvern lilha, ċjoè l-container terminals fil-Freeport f' Marsaxlokk, huwiex b'xi mod riservat esklussivament għal container/cargo handling, u jekk allura l-attività li ġiet approvata mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dan l-aħħar għall-maintenance ta’ oil rigs b'xi mod tistax tmur kontra dak li hemm fil-concession agreement? Hemm xi parir legali f'dan is-sens biex ikun ċert li m'hemmx ksur tal-kundizzjonijiet fil-concession agreement?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Satellite Charges mill-media

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie mitlub iħallas jew kemm ġew inkorsi spejjeż f’satellite charges mill-media, bħall-Public Broadcasting Services, għal-links li saru u li jkunu saru sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, biex ikun hemm kollegamenti ma’ Malta waqt li kienet qed takkumpanja lill-Prim Ministru minn Marzu 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Public Broadcasting Services, dejjem ħadet ħsieb kollegamenti bis-satellita waqt zjarat tal-Prim Ministru barra minn Malta. Hekk kien isir taħt l-amministrazzjonijiet preċedent, u hekk għadu jsir f’din l-amministrazzjoni. Minn Marzu 2013 sa’ llum, jiġifieri f’sena u erba' xhur,il-PBS ħallas € 25,967.44 f’kollegamenti bis-satellita. Tajjeb li wieħed jinnota li fil-passat kienu jintużaw l-istess rati għall-kollegamenti bis-sateliti. Pereżempju fl-2008 intefqu € 18,088.00, fl-2009 € 15,580.58, fl-2010 € 21,252.31, fl- 2011 € 12,122.18 u fl-2012 € 16,839.47.
Leg 12 PQ #8905 Sitting 178 2014-07-16 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kastilja u Villa Francia – Tisbiħ b’għamara

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4451 u jgħid x’għamara jew oġġetti oħra simili li jsebbħu l-ambjent, bħal linef tal-kristall, ġew ordnati mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru minn Marzu 2013 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza, kemm għal Kastilja u kemm għal Villa Francia? Kemm ġew jiswew u mingħand min inxtraw?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Marzu 2013 sal-llum, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ma ordna l-ebda linef tal-kristal u lanqas għamara jew oġġetti oħra simili li jsebbħu l-ambjent.
Leg 12 PQ #8925 Sitting 178 2014-07-16 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-Belt Valletta – skema ta’ kera tal-ħwienet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4336, peress li l-iskema għadha qed tiġi evalwata, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk għadhiex sospiża u filkas għala, l-iskema li ġiet imnedija f’Jannar li għadda għall-ħwienet fil-Belt Valletta li għandhom kera ta’ sitt xhur sitt xhur, biex jingħataw titolu ta’ 45 sena kera?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-Onor. Interpellant huwa mitlub li jagħmel referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsijiet parlamentari Nru 8608, 8917, 8654 u 8655.

Kummissjaru għall-Protezzjoni tad-Data — Tribunal tal-Appell

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 4337 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u issa ġiet riferuta lilha u tgħid għala t-Tribunal tal-Appell minn deċiżjonijiet tal-Kummissjaru għall-Protezzjoni tad-Data, għadu mhux kostitwit fil-jum li fih qed issir din l-interpellanza? Tista’ tgħid kemm, sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza, ikun dam mhux kostitwit tali Tribunal tal-Appell minn Marzu 2013 ’l hawn meta l-membri tiegħu ġew mitluba jagħtu r-riżenja tagħhom?

Response (DALLI, HELENA)

Għall-ewwel parti tal-mistoqsija nistieden lill-Onor. Interpellant jara t-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numru 7307 u 8701. Ninformah ukoll li r-riżenja tal-membri tat-Tribunal kienet ġiet aċċettata minn dan il-Ministeru f’Ottubru 2013 u it-Tribunal kien ġie rikostitwit fi żmien 3 xhur.

multi konvertiti f'ħabs

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il multa imposta mill-Qrati tal-Ġustizzja ġiet konvertita f'ħabs fl-aħħar 12-il xahar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar 12-il xahar kien hemm 180 multa imposta mill-Qrati tal-Ġustizzja (kemm ta' Malta u ta' Għawdex) li ġew konvertiti fi priġunerija.

Transport Malta — sponsorship

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk Transport Malta tatx sponsorship lill-produzzjoni tar-rock opera Ġensa? Jista' jgħid kemm kien jammonta dan l-isponsorship u jekk ġiex approvat mill-Bord ta’ Transport Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Trasport Malta tagħmel kampanji edukattivi u waqt il-produzzjoni li qed jagħmel referenza għaliha l-Onor. Interpellant, li attirat eluf ta’ nies, saru spots edukattivi bħala parti minn kampanja li kienet għaddejja dak iż-żmien.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa- konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-valur ta’ konsulenzi li ngħataw b’direct order, lil min u għalxiex, fl-entitajiet li għalihom hu responsabbli mill-11 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Korp tal-Pulizija — coach ta' team ta' futbol

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk membru tal-Korp tal-Pulizija jistax jkun coach ta' team tal-futbol jew xi tim sportiv ieħor? Jista' jkun president jew uffiċjal ta' każin tal-futbol jew tim sportiv?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-coaching ma' klabbijiet, anke' dawk ta' natura sportiva, jikkostitwixxi attivita' li min-natura tagħha hi parzjali, għaldaqstant, ma jkunx permess li uffiċjali tal-Korp jaġixxu ta' coaches. L-istess irid jingħad għall-membri tal-Korp li jkunu jixtiequ jservu f'kumitati ta' klabbijiet sportivi jew tal-futbol fejn it-timijiet ta' dawn jipparteċipaw f'kompetizzjonijiet lokali.

Korp tal-Pulizija — referee mal-MFA

Question

Jista' l-Ministru jekk membru tal-Korp tal-Pulizija jistax ikun referee affiljat mal-Malta Football Association?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-'refereeing' jikkostitwixxi attivita' li min-natura tagħha hi indipendenti u imparzjali u l-affiljazzjoniji ta' persuna bħala 'referee' trid tkun ukoll ma' għaqda indipendenti u imparzjali, għaldaqstant, wieħed ma jara xejn ħażin li l-uffiċjal ta-pulizija jista' jiġi kkunsidrat sabiex jipprattika din l-attività dejjem fuq bażi volontarja u fil-ħin liberu tal-membru tal-Korp.

Korp tal-Pulizija –stop leave

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ngħataw ordnijiet ta’stop leave(jew kwalsiasi ordni oħra b’isem differenti iżda bl-istess effett) fil-Korp tal-Pulizija, minn Jannar 2014 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu indikat, inħarġu tliet messaġġi ta' 'stop leave' lill-membri tal-Korp. Dawn kienu fis-7 ta' Marzu, 2014, fil-25 ta' Marzu, 2014 u fit-28 ta' Marzu, 2014.

Korp tal-Pulizija –stop leave

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ordni ta’ stop leave (jew kwalsiasi ordni oħra b’isem differenti iżda bl-istess effett) fil-Korp tal-Pulizija b’effett minn April 2014? Jekk iva, sa meta u x’inhi r-raġuni?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b'effett mix-xahar ta' April, inħarġu tliet messaġġi ta' 'stop leave' lill-membri tal-Korp u dan minħabba d-diversi eseġenzi li għandu l-Korp sa tmiem ix-xahar id-dieħel.

Ripatrijazzjoni ta’ immigranti irregolari

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4448 u jgħid kemm ġew ripatrijati immigranti irregolari minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għada qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Security Clearance – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u issa ġiet riferuta lilu u jispjega għalfejn il-file tas-servizz ta’ sigurtà marbut mas-security clearance tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, ġie meħud Kastilja? Jista’ jispjega x’wassal biex id-deċiżjoni li s-security clearance ta’ din il-persuna tkun rifjutata tiġi mibdula u x’inhi r-relazzjoni bejn din id-deċiżjoni u l-fatt li dan il-file ttella’ Kastilja?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni relatata mas-Servizz tas-Sigurta’ tingħata lis-Security Committee.
Leg 12 PQ #8655 Sitting 176 2014-07-15 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – Sospensjoni ta’ skema ta’ kirjiet kummerċjali

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4005 dwar l-iskema ta’ kirjiet kummerċjali fil-Belt Valletta, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern jafx li hemm diversi inkwilini ta’ ħwienet fil-Belt Valletta li kienu u għadhom jeħtieġu din l-iskema, li l-Gvern issospenda kważi sena ilu, biex ikollhom iċ-ċertezza tat-titolu fit-tul u b’hekk ikunu jistgħu jinvestu fil-ħanut tagħhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern huwa konxju ta’ dan il-fatt, u għalhekk qed jaħdem fuq skema ġdida li tkun aħjar minn dik ta’ qabel.
Leg 12 PQ #8656 Sitting 176 2014-07-15 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – Sospensjoni ta’ skema ta’ kirjiet kummerċjali

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4005 dwar l-iskema ta’ kirjiet kummerċjali fil-Belt Valletta, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi l-vera diffikultà tal-Gvern li tali skema ma tibqax sospiża?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant li jirrefei għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 8654 u 8655.

Forzi Armati ta’ Malta – Army Promotions Board

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4065 u allura dwar il-Bord għall-Promozzjoni minn Maġġur għal-Logutenent Kurunelli maħtur f’Awwissu 2013, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-area of expertise fil-militar u fl-Armata ta’ kull wieħed mill-membri tat-tali bord?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-Bord huma kollha uffiċjali għolja u b’ċertu responsabilità fi ħdan il-Ministeru li taħtu taqa’ l-Forzi Armati ta’ Malta, u li għaldaqstant huma familjari sew mal-operat li twettaq l-istess Forza. Il-Bord jinkludi wkoll lill-Kap Kmandant tal-Forza. L-Onor. Interpellant għandu jinnota wkoll li l-kompozizzjoni tal-Bord hija simili ħafna għal kif kienet bejn l-2011 u l-2013, għajr li ċertu karigi jirriflettu li l-Forza issa taqa’ taħt Ministeru u mhux taħt l-Ufficju tal-Prim Ministru.