Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-guardianship deeds li ġew iffirmati minn wara Marzu 2013 sal-lum?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill.Onor. Interpellant li skont infomazzjoni mgħoddija lili mis-Sovrintendent Patrimonju Kulturali, l-Atti ta’ Kurazjia li ġew iffirmati minn Marzu 2013 sal-lum jammontaw għal għaxra.
L-Atti in kwistjoni huma:
· Att ta’ Kurazija ġdid fuq it-Torri ta’ Wied iż-Żurrieq.
· Tiġdid ta’ disa’ Atti ta’ Kurazija :
Torri ta’ Qalet Marku, Naxxar
Torri ta’ Għallis, Naxxar
Torri L-Aħmar, Mellieħa
Torri ta’ Wignacourt, San Pawl il-Baħar
Torri ta’ Mamo, Marsascala
Torri ta’ Santa Maria, Kemmuna
Torri ta’ Dwejra, San Lawrenz
Batterija ta’ Santa Maria, Kemmuna
Iċ-Ċimiterju tal-Msida Bastion, Florjana.
Intant, qed inpoġġi kopja tal-Atti tal-Kurazija msemmija fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jelenka d-devolutions li saru mid-Dipartiment tal-Artijiet minn Marzu 2013 sal-lum?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant dwar devolutions li saru mid-Dipartiment tal-Artijiet minn Marzu 2013 sal-lum hija kif ġej:
Kunsill Lokali
Proprjetà devoluta
Data tal-Ftehim tal-Kirja
Swieqi LC
Sit u Ġnien fi Triq il-Keffa kantuniera ma’ Triq it-Terz.
26/02/2014
Siggiewi LC
Żewġ xelters ta’ żmien il-Gwerra.
16/04/2014
Nadur
Sit fi Triq Dun A. Tabonesabiex jiġi żvillupat f’
Educational, Social and Child Care Centre
09/05/2014
Pieta' LC
Car Park
ħdejn St. Luke's Hospital, G'Mangia
16/07/2014
Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li kien sar bejn id-Dipartiment tal-Artijiet,il-Park tal-Majjistral u NGOs biex dawn ingħataw titolu fuq barracks f'Għajn Tuffieħa fl-aħħar leġislatura?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Ftehim mitlub mill-Onor. Interpellant.
Dipartiment tal-Artijiet – talbiet mill-kunsilli lokali
Question
Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-talbiet pendenti li l-kunsilli lokali għandhom biex jingħataw artijiet pubbliċi mid-Dipartiment tal-Artijiet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema perjodu jrid din l-informazzjoni.
Government Property Department — applikazzjonijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni tal-iskema tal-ALS tal-Government Property Department ġew konklużi minn Marzu 2013 sal-lum, maqsumin bejn Malta u Għawdex, xahar b'xahar?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Marzu 2013 sal-llum kien hemm total ta’ 550 applikazzjonijiet konkluża taħt l-Iskema tal-Agricultural Land .
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – postijiet vakanti
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4708, jista’ l-Ministru jgħid kif u meta hu maħsub li jindirizza dawn il-172 post vakanti fil-Faċilita Korrettiva ta' Kordin?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn il-172 post vakanti fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, li ta’ min wieħed jinnota li tħallew vakanti mill-amministrazzjoni preċedenti, ġew indirizzati hekk:
1 – Psikologu Anzjan – intgħażlet il-persuna, ir-riżultat intbgħat il-PSC
4 – Psikoloġi – Qedin fil-proċess li tinħareġ sejħa għalihom
2 – Social Workers – Qedin fil-proċess li tinħareġ sejħa għalihom
165 – Uffiċjali Korrettivi – inħarġet is-sejħa biex jidħlu 60, il-process huwa fi stadju ta evalwazzjoni ta’ l-applikanti
Jista' l-Ministru jgħid sa meta se jitħallsu l-arretrati ta' overtime dovuti u mwiegħda lill-Korp tal-Pulizija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Peress li jidher anke minn risposti li kienu jingħataw fil-leġiżlatura preċedenti, l-amministrazzjoni preċedenti jidher li kienet tirritjeni li hemm raġunijiet biex dawn ma jitħallsux, għalhekk din l-amministrazzjoni qeda tifli mill-ġdid il-volumi ta’ files biex tistudja din is-sitwazzjoni.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li bih il-Gvern ittrasferixxa l-proprjetà ġewwa Ħad-Dingli li suppost huwa Interpretation Centre?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Kuntratt mitlub.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4765 u jagħti spjegazzjoni lil din il-Kamra fuq liema bażi ngħata l-permess bin-numru tal-applikazzjoni li dettalji dwaru qed jingħataw separatament, meta inqas minn 40 metru bogħod minn fejn se jsir dan l-iżvilupp hemm t-tempji ta' Ħaġrat tal-Imġarr li huma meqjusin mill-UNESCO bħala World Heritage Site u meta skont Policy ARC 2, li tqis dan is-sit bħala top priority conservation ma jistax jsir l-ebda żvilupp f'żona ta' 100 metru madwar l-istess tempji?
L-Imġarr (Malta) — Tempji ta’ Ħaġrat – permessi għal-żvilupp
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4766 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè b'referenza għall-applikazzjoni tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) li dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jaf il-Prim Ministru li fl-istess żona eżatt kien hemm bosta applikazzjonijiet li ġew rifjutati? Jaf li lura fl-2008 kien inħareġ permess għal sit eżatt faċċata ta' fejn ingħata l-permess għal dan is-sit, u intervjeniet is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali Malti u esproprjat l-art inkwistjoni? Jista’ allura jinforma lil din l-Kamra għalfejn dan il-każ qed jiġi trattat differenti, u jekk dan hux każ ta' two weights two measures?
Response (BONNICI, OWEN)
Bħal ma jaf l-Onor. interpellant il-Gvern diġà ħa l-passi neċessarji biex l-art in kwistjoni tiġi esproprjata u fuqha ukoll il-MEPA ħarget Emergency Conservation Order.
Għalhekk dan mhux każ ta’
two weights and two measures
L-Imġarr (Malta) — Tempji ta’ Ħaġrat – permessi għal-żvilupp
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4767 li bil-permess li ngħata mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) li dettalji dwaru qed jingħataw separatament, it-tempji ta' Ħaġrat meqjusin UNESCO World Heritage Site, qegħdin f'riskju li jitilfu dan l-istatus?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw f'tax credits permezz tal-MicroInvest fl-aħħar erba’ snin sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza sena b'sena u lil kemm negozji, sena b'sena?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar erba’snin sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza, kien hemm 840 kumpanija u 1712 sole traders li ikkwalifikaw f’tax credits permezz tal-MicroInvest.
Jista' l-Ministru jelenka l-advanced staff training courses li sal-lum attendew għalih il-Brigadier, d-Deputy Commander, u kull kurunell tal-Forzi Armati ta' Malta u s-sena meta ggradwaw jew temmewh b'suċċess?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minkejja diversi applikazzjonijiet sabiex jattendu l-advanced staff training courses l-uffiċjali msemmija qatt ma ngħataw din l-opportunita’ mill-amministrazzjoni preċedenti. Minkejja li ma ngħatawx din l-opportunita’, kollha għandhom esperjenza vasta fil-militar. L-imsemmija uffiċjali attendew diversi korsijiet oħra bħal per eżempju formation courses f’Sandhurst, korsijiet fir-Royal College of Defence Studies ta’ Londra kif ukoll Staff Course mal-Ġnus Mgħaquda, fost l-oħrajn. Apparti minn dawn, l-imsemmija uffiċjali għandhom ukoll kwalifici akkademici, b’uħud minnhom jaslu sa livell ta’ Masters. Nirrimarka wkoll li l-Brigadier attwali ingħata l-ogħla unur fir-Royal Academy f’Sandhurst li hu l-Cane of Honour.
B’referenza għall-ordni maħruġa fis-26 ta’ Marzu 2014 (serial No 15/2014) mill-Head (Operations) tad-Detention Services sabiex numru magħżula ta’ personnel jibdew jaħdmu bħala Duty Drivers f’Ħal SafiDetention Centre , jista’ l-Ministru jgħid fuq liema bażi ġew magħżula u għaliex ma nħarġitx sejħa biex kulħadd seta’ japplika għal dawn il-posts ta’ xufiera li se jaħdmu fuq bażi ta’-shifts?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. li Interpellant dawn id-duty officers ġabu l-liċenzja tagħhom wara kors mħallas mill-Gvern fi żmien amministrazzjoni preċedenti. Peress li dawn diġa kellhom il-liċenzja meħtieġa, t-tmexxija taċ-ċentri ta’ detenzjoni ħarġet l-imsemmija ċirkolari sabiex tagħmel użu minn żewġ xufiera b’kwalifiċi differenti f’kull xift, liema kwalifiċi kif diġa għedt nkisbu taħt amministrazzjoni oħra.
B'referenza għall-aħbar fl-ewwel faċċata tal-gazzetta Il-Mument tal-Ħadd 6 ta' April 2014 dwar bdil ta' rapport ta' inċident ta' hit and run f'Għawdex li fih kien involut uffiċjal tal-Korp tal-Pulizija, jista’ l-Ministru jgħid għaliex ir-rapport inbidel minn hit and run għal wieħed ta' ħabta?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ir-rapport oriġinali tal-każ imsemmi qatt ma ġie mibdul minn każ ta’ ‘hit and run’ għal wieħed ta’ kollizzjoni (ħabta). Fil-fatt fis-sistema tal-pulizija hemm żewġ rapporti fuq l-istess inċident. Hemm dak oriġinali u wieħed imdaħħal wara li jirreferi għal rapport oriġinali, pero fejn ġew inklużi iktar dettalji tal-istess incident.
B'referenza għall-aħbar fl-ewwel faċċata tal-gazzetta Il-Mument tal-Ħadd 6 ta' April 2014 dwar bdil ta' rapport ta' inċident ta' hit and run f'Għawdex li fih kien involut uffiċjal tal-Korp tal-Pulizija, jista’ l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu kontra dan l-uffiċjal u x'eżitu kien hemm?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif spjegajat fil-mistoqsija preċedenti, qatt ma kien hemm bdil ta’ rapport. L-uffiċċjali involuti ħew investigati internament, u filkaż ta’ wieħed minnhom hemm kawżi pendenti quddiem il-qorti u għalhekk l-uffiċjal ġie sospiż mis-seba’ ta’ April li għadda.