Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #9461 Sitting 186 2014-10-14 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – permessi għal jumbo screen

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5667 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permessi li hemm mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għall-jumbo screen li jinsab quddiem l-istudios tal-One u li jagħti għal fuq it-triq, u speċifikament jindika jekk hemmx limitu fuq il-luminosity levels tal-iscreen u jekk hemmx permess biex dan jipproġetta moving images (videos) apparti still pictures

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Infurmat li preżentement hemm pendenti applikazzjoni sanatorja li ggib riferenza PA2112/14 fuq is-sit imsemmi, liema applikazzjoni tittenta tissanzjona "existing led advanced electronic billboard". Billi irriżulta li saret din l- applikazzjoni sanatorja li sal- lum għadha pendenti, l-istat ta’ fatt hu regolat bl-Artiklu 86(14) tal-Att X tal-2010 b’dana illi kwalsijasi esekuzzjoni li tista tkun naxxenti minn Avviz tibqa’ bil- ligi sospiza, pendenti l-esitu tal-applikazzjoni. Dan il-prinċpju ġie affermat f'diversi deċiżjonijiet tat- Tribunal. Peress li sal- lum għad ma hemmx permess, ma jistgħu jigu imposti ebda kundizzjonijiet jew limitazzjonijiet tekniċi li jirregolaw tali permess.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — transfers ta' impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5677, 2263 u 458 u jagħti informazzjoni dwar kemm saru transfers fl-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-12 ta' Marzu sal-lum? Jista' jagħti din l-informazzjoni dettaljata dwar min kienu l-persuni milquta, il-postijiet minn u fejn imxew u jekk it-transfers sarux fuq talba tal-individwu jew le?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Korp tal-Pulizija — ingaġġ ta' instructors

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar ġimgħat ġiex ingaġġat instructor ġdid li mhux membru tal-Korp tal-Pulizija biex jgħallem fl-Akkademja tal-Pulizija? Jekk iva, min hu, kienx hemm sejħa pubblika u x'qed jgħallem?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm persuna waħda li ġiet ingaġġata mit-2 ta’ Jannar, 2014 bħala Training Manager, Security and Self Defence fl-Akkademja tal-Pulizija kif ukoll fil-Faċilità Korretiva ta’ Kordin. It-Taħriġ jingħata kemm fil-Faċilità tal-Akkademja tal-Pulizija u anke dik tal-RIU. Il-persuna konċernata hija is-sur Vincent Cilia. F’dak li jirrigwarda l-Akkademja tal-Pulizija, ta’ min wieħed jfakkar li ftit jiem ilu għall-ewwel darba kien hemm il-Passingout Parade ta’ 113–il Pulizija ġdidf’din l-akkademja. Nixtieq nirrimarka ukoll li beda l-proċess biex din l-Akkademja tieħu l-istruttura ta’ kulleġġ b’għalliema full-timers. Il-Pulizija se jottjenu ċertifikati li jkollhom ekwivalenza ta’ istituzzjonijiet edukattivi oħra f’pajjiżna. Qed isir ukoll xogħol biex dan il-kulleġġ jikkolabora ma’ ċentri ta’ studji oħra ta’ Korpi tal-Pulizija barranin.

Pulizija tad-Distrett — taħriġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siegħa taħriġ, fiżiku u akkademiku, core combat jew le, kull xahar qed jagħmel kull membru tal-Pulizija tad-Distretti fil-perijodu li fih qed issir din l-interpellanza?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-inservice training beda jingħata mil-ġdid. Fil-fatt l-ewwel uffiċjali tal-Pulizija bdew jattendu dan it-taħriġ minn nhar it-Tnejn, 29 ta’ Settembru, 2014. Fil-Preżent kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa, bejn is-7.30am u 3.30pm qed jkun hemm 31 membru tal-Korp għall taħriġ akkademiku (policies, ċirkularijiet u liġijiet). Dawn jiġu mill-ħin tax-xogħol għax jew ikunu 1st watch jew mill-uffiċini. Bejn is-1.00pm u l-5.00pm ikun hemm 8 membri tal-Korp għall taħrig fl-armi. Dawn ukoll mill-ħin tax-xogħol (2nd watch). Għaddej ukoll kors bejn it-8.00am u l-4.00pm għall 20 immigration officers (pajzana / pulizija) dwar document examination . Minn nhar it-Tnejn 6 ta’ Ottubru beda wkoll il-kors fil-għaxijiet, għall 31 officer cadets. Kulljum qed ikun hemm 90 persuna jieħdu t-taħrig fl-Akkademja tal-Pulizija

Pulizija – Pulizija ta’ riżerva

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il puliizja ta' riserva, minn Marzu 2013 sad-data tat-tweġiba ta' din l-interpellanza, ġew ingaġġati fil-Korp tal-Puliizja fl-eta ta' bejn il-25 u 35 sena, bejn 35 u 45 sena, bejn 45 u 55 sena, bejn 55 u 65 sena, bejn 65 sena u 70 sena u bejn 70 u 80 sena?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għada qed tinġabar.

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — priġunieri f'Division 6

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu ż-żmien massimu, jekk hemm li skont ir-regolamenti tal-Ħabs, priġunier jista' jdum f'Division 6 tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ir-regolamenti tal-Ħabs, m’hemmx indikat żmien massimu kemm priġunier jista’ jdum f’Diviżjoni 6.

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — Direttur

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu d-Direttur (mhux Aġent) tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin fil-jum li fih qed titwieġeb din l-Interpellanza?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li hemm Aġent Direttur ovvjament il-pożizzjoni ta’ Direttur għadha vakanti.

Korp tal-Pulizija — Direttur jew Aġent Direttur

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema sena l-aħħar li kien hemm l-istess persuna li qed tokkupa l-kariga ta' Direttur/Aġent Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin fl-istess waqt li jkollha kariga oħra fil-Korp tal-Pulizija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. interpellant li fil-bidu tas-snin disgħin kien hemm żewġ uffiċjali tal-Korp tal-Pulizzija li kienu inħatru Aġent Direttur tal-Ħabs fl-istess waqt li żammew il-kariga li kellom fil-Korp tal-Pulizija.

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn liema entitajiet ġew trasferiti ħaddiema ġodda lejn id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili minn Jannar sa April 2014? X'inhu x-xogħol li huma ser jagħmlu? Kif oriġinat it-talba għal tali trasferimenti?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlett persuni ġew trasferiti lejn il-Protezzjoni Ċivli bejn Jannar 2014 u April 2014, fuq talba tagħhom stess: · Persuna ġiet trasferita mill-Korp tal-Pulizija u taħdem fl-istazzjonijiet tad-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili · Peruna ġiet trasferita mid-dipartiment taċ-Ċentri ta-Detenzjoni u taħdem fl-istazzjonijiet tad-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili · Persuna li ġiet trasferita mill-Housing Authority u taħdem xogħol klerikali fi ħdan id-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili

Forzi Armati — Revizjoni tal-Istanding Orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-MEU intalbitx tagħmel reviżjoni jew emendi għall-Istanding Orders tal-Forzi Armati?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għandu jkun infurmat li l-MEU (Management Efficiency Unit) ma ntalbitx tagħmel reviżjoni jew emendi għall-Istanding Orders tal-Forzi Armati.

Aġenzija Identità Malta – linji gwida

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Aġenzija Identità Malta ħarġitx il-linji gwida li huma msemmija fil-klawsola 11 tal-Avviż Legali 47 tal-2014 fejn hemm miktub kif ġej: “Identity Malta shall, from time to time, issue procedural guidelines to specify the operational aspects and interpretations under these regulations.”?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li iva l-Aġenzija Identità Malta ħarġet il-linji gwida li huma msemmija fil-klawsola 11 tal-Avviż Legali 47 tal-2014.

Aġenzija Identità Malta — avviżi

Question

Jista' l-Ministru jindika l-avviż fil-Gazzetta tal-Gvern li ħarġet l-Aġenzija Identità Malta skont kif inhu provdut fl-artiklu 4(e) tal-Avviż Legali 47 tal-2014: "tintrabat li tinvesti, fost oħrajn, f'dawk l-istocks, bonds, debenturesspecial purpose vehicles jew li tagħmel investiment oħra kif Identità Malta tipprovdi minn żmien għal żmien b'avviż fil-Gazzetta"?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lil Onor. interpellant li l-avviż fil-Gazzetta tal-Gvern li ħarġet l-Aġenzija Identità Malta skont kif inhu provdut fl-artiklu 4(e) tal-Avviż Legali 47 tal-2014: "tintrabat li tinvesti, fost oħrajn, f'dawk l-istocks, bonds, debenturesspecial purpose vehicles jew li tagħmel investiment oħra kif Identità Malta tipprovdi minn żmien għal żmien b'avviż fil-Gazzetta" jinsab fil-pubblikazzjoni ta’ 8 ta Lulju 2014, numru 651.

Civil Protection u Korp tal-Pulizija — xiri ta' klieb

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar xhur inxtrawx klieb għas-Civil Protection jew għall-Korp tal-Pulizija? Jekk iva, kemm inxtraw, xi prezz tħallas minn min u meta nxtraw?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aħħar li nxtraw klieb għal u¿u fit-Taqsima tal-Klieb tal-Pulizija kien is-sena l-oħra. Wieħed inxtara fid 9 ta’ Mejju 2013 għal ammont ta’ € 1, 200. Is-seba l-oħra inxtraw għal ammont ta € 4, 800 fit 18 ta’ Settembru 2013. Kollha kienu tat-tip German Shepherd u fiż-żewġ okkażżjonijiet il-klieb tħallsu minn fondi tal-HSBC, in visa tal ftehim ta’ sponsorhsip li għadhom mal-Pulizija. F’Lulju 2014, inxtraw ukoll sitt iklieb tar-razza German Shepherd għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, fejn swew € 2, 400 il-wieħed. Dawn tħallsu mid-dipartiment stess.

Korp tal-Pulizija — muturi second hand

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar xhur fil-Korp tal-Pulizija xtarax muturi (motorcycles) second hand? Jekk iv, mingħand min, jekk hux b'direct order u kemm hu l-prezz?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Ineterpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar minħabba li kien hemm bidla fil-Kummissarju u dan ix-xiri sar minn l-ex Kummisarju.
Leg 12 PQ #9117 Sitting 183 2014-07-22 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Joint Office – fidi ta’ ċens

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għal fidi ta' ċens ta' proprjetà tal-Joint Office ġew konklużi u saru l-kuntratti relattivi tagħhom minn Marzu 2013 sal-lum, xahar b'xahar?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Marzu 2013 sal-lum, ġew konkluzi 916 applikazzjoni għal fidi ta’ċens ta’ propjetà tal-Joint Office.
Leg 12 PQ #9118 Sitting 183 2014-07-22 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissarju kontra l-Burokrazija — azzjonijiet u inizjattivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jelenka l-azzjonijiet u inizjattivi konkreti li ġew konklużi u attwati mill-Kummissarju kontra l-Burokrazija minn Marzu 2013 sal-lum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsijiet parlamentari 3274, 3285, 9719, 9721, 9722 u 9863, kif ukoll għall-stqarrija għall-stampa nru 141575 li ħarget fil-11 ta’ Lulju 2014.

Marsa Shipbuilding — membri tal-Bord

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-membri tal-bord tal-għażla u l-ismijiet tal-membri tas-sotto kumitat tekniku tas-sottomissjonijiet li saru għall-EOI tas-sit tal-Marsa Shipbuilding?

Response (CARDONA, CHRIS)

Peress li l-proċess relatat mal-proġett fuq is-sit tal-Marsa Shipbuilding għadu għaddej, mhuwiex mument opportun li jingħataw l-ismijiet tal-membri tal-bord tal-għażla u tas-sotto kumitat tekniku tas-sottomissjonijiet li saru għall-EOI. Dan sabiex tiġi evitata l-possibiltà ta’ tentativi ta’ kuntatti ma’ dawn il-membri.

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – trasferiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn għadu kemm ġie trasferit l-istation manager tad-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili f'Għawdex?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan it-trasferiment ma setax ikun possibli għax ma jeżisti l-ebda Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili f’Għawdex.

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – trasferiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn għadu kemm ġie trasferit l-istation manager tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili lejn id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien l-uffiċjal stess li talab li jiġi trasferit.