Legislature:
Category:
Reset
Active:

Transport Malta — Traffic Management Unit - billboards

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ billboards li ġew approvati mit-Traffic Management Unit ta’ Transport Malta mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, imqassma b’lokalitajiet, b’site plans u bl-ismijiet tal-applikant/i?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-approvazzjoni għat-tqegħid ta’ billboards tingħata mill-Awtorità tal-Ambjent u Ippjanar.

AFM – Kors tar-Royal College of Defence Studies

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċieva inviti mill-Gvern Ingliż mill-1 ta’ Mejju 2004 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza sabiex jibgħatuffiċjali tal-Forzi Armati ta’ Malta biex jattendu l-Kors tar-Royal College of Defence Studies ġewwa Londra?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Mejju 2004 sal-llum il-Forzi Armati ta’ Malta rċeviet invit wieħed biss, fl-2008, mill-Gvern Ingliż sabiex jintbagħtu uffiċjali tal-Forzi Armati ta’ Malta biex jattendu l-Kors tar-Royal College of Defence Studies ġewwa Londra.

AFM – Kors tar-Royal College of Defence Studies

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni ħarġet il-Forzi Armati ta’ Malta mill-1 ta’ Mejju 2004 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza sabiex uffiċjali mill-Forzi Armati jkunu jistgħu jattendu l-Kors tar-Royal College of Defence Studies ġewwa Londra?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Mejju 2004 sa’ llum il-Forzi Armati ta’ Malta ma ħarġet l-ebda applikazzjoni sabiex uffiċjali mill-Forzi Armati jkunu jistgħu jattendu l-Kors tar-Royal College of Defence Studies ġewwa Londra, minħabba li l-uniku invit li rċeviet fiż-żmien indikat mar għal-Uffiċjal magħżul direttament mingħajr sejħa, bejn Jannar 2009 u Diċembru 2009.

AFM – Kors tar-Royal College of Defence Studies

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-fizzjali tal-Forzi Armati ta’ Malta li applikaw sabiex jattendu l-Kors tar-Royal College of Defence Studies ġewwa Londra mill-1 ta’ Mejju 2004 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Mejju 2004 sal-llum ma kien hemm l-ebda fizzjal tal-Forzi Armati ta’ Malta li applika sabiex jattendu l-Kors tar-Royal College of Defence Studies ġewwa Londra għax qatt ma ħarġet l-ebda applikazzjoni. Kif għidt fil-mistoqsija parlamentari ta’ qabel għal xi raġuni taħt l-amministrazzjoni preċedenti ma kenitx nħarġet sejħa biex dawk interessati jkunu jistgħu japplikaw għal kors msemmi, iżda kienet ntagħżlet persuna partikolari li sussegwentement intagħżlet f’pożizzjoni għolja ħafna fi ħdan l-armata.

Akkademja tal-Pulizija — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dati tal-pagamenti li saru s’issa lill-kuntrattur għax-xogħol fuq il-bini u finishing tal-Akkademja l-ġdida tal-Pulizija u kemm kien l-ammont li tħallas kull darba?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-proġett ta’ l-akkademja tal-Pulizija, l-Gvern qed jinvesti fih €470,000. Ma nħossx li għandi nagħti tagħrif kummerċjali fuq pagamenti lill- kuntrattur imsemmi, li ngħata tender fi żmien Gvern Nazzjonalista u li isem il-kuntrattur ngħata f’mistoqsija parlamentari l-ġimgħa l-oħra. Nixtieq nfakkar lill-Onor. Interpellant li l-eżekuzzjoni ta’ dan l-kuntratt, ingħata spinta minni stess. Kemm-il darba semmejt li fl-akkademja tal-Pulizija ma’ kien hemm xejn, illum pero, din kważi lesta peress li anke d-dormitorju mistenni jkun lest sa Novembru.

Police Headquarters– details of duties

Question

Jista’ l-Ministru jara għalfejn dan l-aħħar il-Pulizija li jaħdmu fil-Police Headquarters mhumiex jirċievu d-detail of duties bl-email imma qed ikollhom joqogħdu jċemplu ta’ kull filgħaxija biex jaraw x’ikunu xogħol l-għada?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l'ufficju tal-RSM minn fejn toħrog id-detail tal-personnel stazzjonati id-Depot, kien qed jiġi rinovat u għaldaqstant għal xi żmien ma setgħetx tintbagħat id-detail eletronikament. Ta’ min wieħed jgħid li is-saqaf kien qed jaqa’ pero donnu ħadd ma’ nduna fl-aħħar snin, għalhekk kellha titieħed azzjoni immedjatament. Infurmat ukoll, li saru arranġamenti temporanji mis-sezzjoni tal-IT tal-Pulizija, biex minnufih u cioe mil-21 ta’ Mejju, jintuża aċċess temporanju ta’ network li ġiet installat, biex jintbagħtu id-details eletronikament, mil-istess uffiċċju li qed jintuża biex issir id-detail.

Pulizija tas-CID f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid għala żewġ pulizija tas-CID f'Għawdex illum jew fil-jiem li għaddew ġew trasferiti lejn it-Tokk?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-esiġenzi tas-servizz kienu jinħtieġu li jsir dan l-arranġament ta’ trasferimenti kif deskritt mil-Interpellant.

Korp tal-Pulizija – letter minutes ta’ ordnijiet ta’ transfers

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-letter minutes u kull dokument ieħor konness mal-ordni tat-transfers li ngħataw fil-Korp tal-Pulizija bejn id-19 u t-23 ta’ Mejju 2014?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma nħossx li tagħrif personali dwar Membri tal-Korp tal-Pulizija u l-operat tagħhom, kif ukoll kopji ta’ Komunikazzjonijiet interni tal-korp għandhom ikunu ippublikati. Nfakkar ukoll li ħafna mit-talbiet għal dawn it-trasferimenti jsiru mill-individwi stess. l-Kummissarju tal-Pulizija jikkunsidra dawn it-talbiet billi jara xi jkun l-aħjar interessi tal-Korp.

Korp tal-Pulizija — transfers

Question

Jista’ l-Ministru jagħti r-raġuni għat-transfers li ġew ordnati fil-Korp tal-Pulizija l-Ħamis 22 ta’ Mejju u l-Ġimgħa 23 ta’ Mejju 2014, lejliet l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-esiġenzi tas-servizz kienu jinħtieġu li jsiru it-trasferimenti kif deskritti mil-Interpellant.

Korp tal-Pulizija – numru ta’ transfers

Question

Jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’ transfers li ġew ordnati fil-Korp tal-Pulizija l-Ħamis 22 ta’ Mejju u l-Ġimgħa 23 ta’ Mejju 2014?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba esiġenzi ta' servizz, nhar il-Ħamis, 22 ta' Mejju 2014, kien hemm 20 trasferiment, filwaqt li l-Ġimgħa, 23 ta' Mejju 2014, ġew effetwatati 41 trasferiment ta' membri tal-Korp.
Leg 12 PQ #9464 Sitting 187 2014-10-15 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — transfers ta' impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5676, 2262 u 459 u jagħti informazzjoni dwar kemm saru transfers fl-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-12 ta' Marzu sal-lum? Jista' jagħti din l-informazzjoni dettaljata dwar min kienu l-persuni milquta, il-postijiet minn u fejn imxew u jekk it-transfers sarux fuq talba tal-individwu jew le?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba hija fit-tabella li gejja. Numru 2 Lateral Move 12 Tibdil fid-dekasteri tal-Ministeri 1 Ingaġġat fuq xogħol bħala EU Project Officer 14 Promozzjoni 51 Appointment gdid 1 Back-office work from Gozo 3 Mobility 5 Ingaġġ ġdid 1 Marret lura fuq il-post tax-xogħol fejn kienet qabel 2 Wara proċess ta' dixxiplina 5 Posizzjoni gdida 16 Skont il-ftehim li kien hemm fl-amministrazzjoni preċendenti bejn l-Uffiċju Elettorali u l-IDMO biex l-istaff kollu li kien jappartjeni għall- front office tal- ID cards mal-Uffiċju Elettorali imorru mal- ID cards tal-IDMO biex ikomplu jwettqu l-istess xogħol li kienu jagħmlu. 2 Skont il-prattika tal-Gvern dwar impjegati Għawdxin li jaħdmu Malta 1 Irritorna lura wara li skadilu l-kuntratt mal-Kummissjoni Ewropeja Trasferimenti oħra isiru jew fuq talba ta' l-impjegati stess jew skond l-esigenzi tas-Servizz.
Leg 12 PQ #9469 Sitting 187 2014-10-15 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — reklamar u public relations

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5818 u 2274 u jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u dipartiment li hi jew hu fi ħdan dan il-Ministeru, fuq reklamar jew public relations mill-11 ta' Marzu 2013 'il hawn? F'liema media sar dan ir-reklamar u permezz ta' liema aġenzija jew kumpanija?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-informazzjoni mitluba ma tinkludix il-Bank Ċentrali.

Akkademja tal-Pulizija – suġġetti mgħallma

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ suġġetti li kienu mgħallma fl-Akkademja tal-Pulizija bejn l-2007 u Marzu 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi is-suġġetti li kienu mgħallma fl-Akkademja tal-Pulizija bejn l-2007 u Marzu 2013. Ir-repetizzjoni ta’ ċertu suġġetti jew partijiet minnhom hija minħabba li dawn kienu mifruxa matul 6 snin b’indikazzjoni ta’ isem differenti.

Akkademja tal-Pulizija — għalliema

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ għalliema, suġġett b’suġġett fl-Akkademja tal-Pulizija bejn l-2007 u Marzu 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-membri tal-Korp u għalliema oħra li taw lezzjonijiet fl-Akkademja tal-Pulizija bejn Jannar 2007 u Marzu 2013, kif ukoll is-suġġetti li għallmu. Ta’ min jgħid li l-għalliema li hemm mniżżlin kienu kollha jaħdmu fuq bażi Part Time. Permezz tal-ftuħ ta’ l-akkademja l-ġdida u permezz tat-tibdiliet sabiex din l-akkademja ssir kulleġġ, għal l-ewwel darba hu maħsub li jkollna għalliema fuq bażi Full Time. Din il-bidla, fost bidliet oħra li ser isiru, ser toħloq il-possibilta` li persuni li jattendu għal korsijiet fl-akkademja tal –Pulizija jottjenu kwalifiċi ekwivalenti għal-istituzzjonijiet oħra f’pajjiżna. Nixtieq ninforma lill-Kamra li bħalissa għaddej studju ma’ Korpi tal-Pulizija barranin sabiex il-kulleġġ tal-Pulizija fil-futur jkollu aktar tagħlim fuq livell internazzjonali.

Akkademja tal-Pulizija – xogħlijiet fuq il-binja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kien il-kuntrattur li għamel ix-xogħlijiet fil-bini u l-finishing tal-Akkademja l-ġdida tal-Pulizija f’Ta’ Kandja? Min iċċertifika x-xogħol li huwa għamel u meta inħareġ tali ċertifikat? Jista’ jqiegħed dan iċ-ċertifikat fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntrattur li għamel ix-xogħlijiet fil-bini u l-finishing tal-lecturing block tal-Akkademja l-ġdida tal-Pulizija f’Ta’ Kandja huwa FMM Joint Venture c/o F Schembri Holdings, Hal Far Road, Birzebbugia, u x-xogħol ġie ċertifikat mill-Foundation for Tomorrow’s Schools, Sir Adrian Dingli Street, Pembroke. Inħarġu diversi ċertifikati skont kull stadju ta’ kostruzzjoni u kull ċertifikat fih madwar 30 paġna. Ma narax skop li dawn iċ-ċertifikati daqshekk voluminużi jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra iżda jekk l-Onorevoli Membru jinsisti li jrid jarahom inkun nista nagħmel l-arranġamenti ħalli jkun jista jarahom b’mod kunfidenzjali. Dan it-tender kien ingħata minn amministrazzjoni preċedenti u tkompla minn din l-amministrazzjoni. Ta’ min jgħid ukoll li sabiex jitlesta l-bini tal- lecture and administration block ta’ l-akkademja tal-Pulizija, biex setgħu jigħallmu lil-113 rekluta li gradwaw, għall-ewwel darba f’din l-akkademja, sar ħafna sforz minn ħafna membri tal-Korp tal-Pulizija, tal-akkademja tal-Pulizija kif ukoll mill-uffiċjali tal-Ministeru. Gvern preċedenti kien għamel ċerimonja biex jinawgura l-ewwel ġebla fis-sit fejn illum hemm l-akkademja tal-Pulizija, mingħajr ma kienu nħarrġu l-permessi kollha tal-MEPA, u x-xogħol kien waqa` ħafna lura.

Akkademja tal-Pulizija – xogħlijiet fuq bini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kien ta l-ordni to start works fuq il-bini tal-Akkademja l-ġdida tal-Pulizija f’Ta’ Kandja u meta inħarġet tali ordni?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ordni to start works għall-bini u finishing tal-blokk tal-klassijiet kienet ħarġet mill-Fondazzjoni Skejjel ta’ Għada fit-3 ta’ Settembru 2012. Minkejja din l-ordni pero kif għedt fil-mistoqsija parlamentari ta’ qabel l-bini kien waqa` ħafna lura, anke għax kien m’għadx hemm il-permessi tal-MEPA u għalhekk intilef ħafna żmien.

Korp tal-Pulizija – Trasferiment ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għala l-bieraħ l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li hu Għawdxi, ingħata transfer lejn Għawdex wara li kien diġa trasferit lejn Malta meta laħħaq maġġur, fejn il--bieraħ stess filgħodu ngħata transfer lejn Għawdex u sa filgħaxija ħareġ transfer ieħor biex jerġa’ jkun Malta? X’esiġenzi ta’ servizz hemm biex uffiċjal f’Korp tal-Pulizija li suppost qed jitmexxa b’serjetà jingħata żewġ transfers fl-istess jum?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-transfers tal-Pulizija jinħarġu mit-tmexxija tal-Korp tal-Pulizija skond dak li jirrikjedi li hemm bżonn li jsir sabiex il-Korp tal-Pulizija jiffunzjona b’mod effetiv.

Korp tal-Pulizija – Trasferiment ta’ individwi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għala l-bieraħ l-individwu lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li hu Għawdxi, wara li f’ġurnata qala żewġ transfers, fejn fl-istess jum intbagħat Għawdex u lura Malta, dan għaliex inqabeż mit-tieni individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ukoll, li by seniorty jiġi warajh imma issa t-tieni individwu ntbagħat Għawdex?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-transfers isiru dejjem mit-tmexxija tal-Korp tal-Pulizija skond kif tiddeċiedi t-tmexxija li hemm bżonn sabiex il-Korp jopera b’mod effiċjenti.

Korp tal-Pulizija — trasferimenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għala l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li kienet stazzjonata f’Malta, inqabżet mill-individwu li d-dettalji dwaru wkoll qed jingħataw separatament u li issa se jibda x-xogħol f’Għawdex mill-14 ta’ Mejju 2014 u dan by seniority jiġi wara l-ewwel persuna msemmija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn id-deċiżjonijiet jittieħdu mit-tmexxija tal-Korp tal-Pulizija li tiddeċiedi kif tuża l-kapaċitajiet tal-membri tal-Korp biex jkun jista’ jitjieb l-operat tal-Korp tal-Pulizija.

Korp tal-Pulizija — trasferiment

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għala l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ingħatat erba’ transfers fl-aħħar ġimgħa u ċjoè miż-Żejtun għat-Traffic Section, għal San Ġiljan (fejn kellha tibda llum) u issa għal Ħamrun (fejn trid tibda minn għada, 14 ta’ Mejju 2014)? X’esiġenzi ta’ servizz huma biex uffiċjal f’Korp li suppost qed jitmexxa b’serjetà, jingħata erba’ transfers f’inqas minn ġimgħa?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn id-deċiżjonijiet jittieħdu mit-tmexxija tal-Korp tal-Pulizija sabiex il-Korp tal-Pulizija jkopera bl-aħjar mod possibli.