Jista’ l-Ministru jelenka d-dati li fihom s’issa iltaqa’ formalment mal-Malta Police Association minn April 2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li nżomm kuntatt skont il-ħtieġa mal-president tal-Malta Police Association li miegħu ltqajt formalment diversi drabi fejn iddiskutejna fid-dettal diversi materji dwar il-Korp tal-Pulizija inkluż l-abboz ta’ liġi dwar id-dritt tal-membri tal-assoċjazzjoni li jissieħbu f’union tal-għażla tagħhom, kif ukoll kelli laqgħa ta’ kortesija fil-Ministeru mal-kumitat kollu.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li xi parti mill-proċess tal-għoti tal-visas ikun ipprivattizzat?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Regolament (KE) 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jistabillixi li applikazzjoni għal Viża għandha tiġi eżaminata u tittieħed deċiżjoni dwarha mill-Konsulat. Jistabilixxi wkoll li l-Istati Membri jikkoperaw ma’ fornitur estern tas-servizzi għal ġbir ta’ applikazzjonijiet u jittrasmetti l-applikazzjonijiet lill-Konsulat. Filfatt Malta għandha numru ta’ arranġamenti ma’ fornitur estern tas-servizzi għal-koperazzjoni, f’numru ta’ pajjiżi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux legalment possibli li tinħareġ karta tal-identità Maltija lill-persuni minn barra l-Unjoni Ewropea bl-isem u l-kunjom miktub fuq il-karta, iżda mingħajr indirizz jidher fuq il-karta?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-Att dwar il-Karta tal-Identità u Dokumenti oħra tal-Identità - Kapitolu 258, barranin jgħixu f’Malta m’għadhiex tinħarġilhom karta tal-identità, iżda dokument ta’ residenza, li jservi bħala dokument ta’ identifikazzjoni.
Skont il-provvedimenti ta’ dan l-Att kull dokument ta’ residenza irid ikollu indirizz tal-post prinċipali ta’ residenza.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk u kemm-il vettura inxtraw għall-Korp tal-Pulizija minn April 2013 sad-data li fiha se tkun imwieġba din il-mistoqsija? X’tip ta’ vetturi kienu? Minn fejn inxtraw u xi prezz tħallas?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Finanzi — reklamar u public relations
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2274 u jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u dipartiment li hi jew hu fi ħdan dan il-Ministeru, fuq reklamar jew public relations mill-11 ta' Marzu 2013 'il hawn? F'liema media sar dan ir-reklamar u permezz ta' liema aġenzija jew kumpanija?
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — transfers ta' impjegati
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5677, 2263 u 458 u jagħti informazzjoni dwar kemm saru transfers fl-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-12 ta' Marzu sal-lum? Jista' jagħti din l-informazzjoni dettaljata dwar min kienu l-persuni milquta, il-postijiet minn u fejn imxew u jekk it-transfers sarux fuq talba tal-individwu jew le?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn 982 impjegat fl-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, saru 27 transfers. Minnhom, 17 saru minħabba l-esiġenzi tas-servizz u 10 persuni oħra ġew trasferiti minħabba appointment ġdid.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 ġewx reinstated bi kwalsisasi mod ex uffiċjali tal-Pulizija li kienu jew irriżenjaw jew spiċċaw mill-Korp għal kwalunkwe raġuni iktar minn 15-il sena ilu? Jekk iva, kemm ġew reinstated u għal liema raġuni kienu spiċċaw mill-Korp, u meta kienu fil-fatt spiċċaw mill-Korp iktar minn 15-il sena ilu?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara Marzu 2013 ġew reinstated tletin ex uffiċjali tal-Pulizija li kienu rriżenjaw jew spiċċaw mill-Korp aktar minn 15-il sena ilu. Id-dettalji jidhru fit-tabella li qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il operations manager hemm fiċ-Ċentri ta’ Detenzjoni? Meta ġew ingaġġati u jekk hux wara sejħa pubblika jew le? Jekk mhux wara sejħa pubblika, x’kien xogħlhom qabel ma ġew hekk ingaġġati? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kwalifiki li kellu kull wieħed biex ġie hekk ingaġġat?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fiċ-Ċentri ta’ Detenzjoni ġiet ngaġġata persuna waħda abbażi ta’ position of trust bħala Operations Manager fl-10 ta’ Ġunju 2014. Dan kien Surġent mal-Forzi Armati ta’ Malta qabel.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6158 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kienu l-Maltin li qalbu l-karta tal-identità tagħhom minn Malta għal Għawdex f'dawn l-aħħar 10 snin, sena b’sena b’mod separat?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jispjega x’inhi l-proċedura li tkun adottata meta l-Pulizija jaqbdu ammont kbir ta’ sigaretti tal-kuntrabandu vis-à-vis id-Dwana? Kif u f’liema stadju tkun infurmata d-Dwana? Hemm xi seizure note li trid tkun kompilata mill-Pulizija? Jekk iva, sa meta trid tkun kompilata tali seizure note u lil min tingħata?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kemm id-Dwana, kif ukoll il-Pulizija, għandhom l-awtorità jżommu oġġetti suspettati b’kuntrabandu sakemm isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa. Il-Pulizija tinforma lid-Dwana bir-riżultat tal-investigazzjonijiet tagħha u, jekk ikun il-kas, id-Dwana tagħmel talba lill-Pulizija biex jinbdew proċeduri kriminali fil-qorti skont il-liġijiet tad-Dwana. Is-Seizure Note, jew Nota ta’ Qbid, tinħareġ mid-Dwana, mhux mill-Pulizija, dwar oġġetti miżmuma li jistgħu jiġu konfiskati taħt il-liġijiet tad-Dwana, bid-dettalji tal-oġġetti u r-raġunijiet dwar il-qbid tagħhom. In-Nota ta’ Qbid tinħareġ malli l-oġġetti miżmuma jgħaddu għand id-Dwana u tingħata lil sid l-oġġetti, jekk ikun magħruf, sa tletin jum miż-żamma tagħhom.
Jista’ l-Ministru jagħti n-numru tal-applikazzjoni tal-MEPA li saret mill-Ministeru tiegħu jew mill-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin sabiex tinbena l-YOURS fl-Imtaħleb? F’liema stadju waslet din l-applikazzjoni?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministeru jispjega b’liema mod l-għarfien speċjalizzat fl-Informatika tal-Kurunell tal-AFM li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u li ankè għandu degree minn Università fl-Ingilterra għaliha, qed jiġi adoperat u utilizzat fid-detention services?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li uffiċjali fil-Forzi Armati ta’ Malta jintu¿aw skont l-esiġenzi tas-servizz, u mhux neċessarjament skont il-kwalifiċi li jkunu ġabu privatament. Biex nagħtu eżempju, bejn 2011 u l-2012, il-Brigadier ta’ llum (dak iz-zmien Maġġur), intu¿a fil-branka tat-taħriġ minkejja l-ispeċjalizzazjoni avvanzata tiegħu huwa fl-isplussiv. Eżempju iehor kien ta’ tal-Maġġur kwalifikat fil-qasam Marittimu u li ntuża fil-Loġistika fl-istess perjodu. Dan minħabba, kif spjegat qabel, l-esigenzi tas-servizz, flessibilita’, sfidi u opportunitajiet ġodda għal kull Uffiċjal.
L-Onorevoli Interpellant għandu jkun infurmat ukoll li, apparti li l-kwalifiċi li għandu l-Uffiċjal li għalih qed issir referenza mhux l-uniċi fil-Forzi Armati ta’ Malta, is-sezzjoni tal-Informatika fil-Forzi Armati ta’ Malta ġiet emendata u llum kmandata minn Uffiċjal fir-rank ta’ Maġġur.
Wieħed jista jifhem ukoll li jkun ħasra li Logutenant Kurunell jintuża biss għall-eżigenzi ta’ informatika.
AFM – Kors tar-Royal College of Defence Studies — Fizzjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Mejju 2004 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, x'kien ir-rank tal-fizzjali tal-Forzi Armati ta’ Malta li applikaw sabiex jattendu l-Kors tar-Royal College of Defence Studies ġewwa Londra? ? Min kienu l-fizzjali tal-Forzi Armati ta’ Malta li applikaw?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 9924.
Jista’ l-Ministru jelenka l-korsijiet militari li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament temmet minn kemm ilha fil-Forzi Armati ta’ Malta sal-lum?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-korsijiet militari li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament temmet minn kemm ilha fil-Forzi Armati ta’ Malta sal-lum huma:
-Data Protection Training Programme
-International Humanitarian Law
-Aircraft Registration
Ta’ min jinnota li l-uffiċjal imsemmi hija ikkunsidrata mil-MAFA Act bħala non combatant u għalhekk il-korsijiet militari li tista tapplika jew tattendi għalihom huma limitati.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rakkomandazzjoni li l-Brigadier li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għamel skont il-liġi tal-armata biex saret accelerated promotion (imħabbra fil-Gazzetta tal-Gvern tat-13 ta’ Ġunju 2014) tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament minn Kaptan u li allura qabbżet ir-rank ta’ maġġur?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokument bir-rakkomandazzjoni tal-Uffiċjal li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, huwa dokument restritt. Il-Ministeru però ma’ jsib l-ebda oġġezzjoni li l-Onor. Interpellant jara l-istess dokument in persona.
Jista’ l-Ministru jelenka ż-żmien li kull maġġur fil-Forzi Armati ta’ Malta ilu fir-rank ta’ maġġur, isem b’isem?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni li qed jitlob. Minħabba id-Data Protection Act l-ismijiet tal-Maġġuri ma ngħatawx pubblikament, jekk l-Onor. Interpellant jixtieq din l-informazzjoni, tingħata b’mod kunfidenzjali.
Pussess ta’ logħob tan-nar (murtali) – każ ta’ individwu
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6825, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu mill-Pulizija kontra l-licensee tan-nar li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament talli fit-30 ta’ Diċembru 2013 instab li kellu fil-pussess tiegħu f’Ħaż-Żebbuġ ammont konsiderevoli ta’ logħob tan-nar (murtali) illegali ? Fiex kienet tikkonsisti l-illegalità? Hu veru li dan in-nar kellu jinħaraq fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-aħħar tas-sena fil-Belt Valletta?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma luill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija fil-mistoqsija parlamentari ġie akkużat mil-Pulizija quddiem il-Qorti u l-kawża ġiet deċiża nhar l-10 ta' Jannar 2014. Din il-persuna kienet ittellat il-Qorti għaliex kellu murtali li ma kienux maħduma skont il-liġi peress li flok blalen tal-kartun, kienu intużaw blalen tal-plastik. Dawn kienu se jintużaw fl-aħħar tas-sena. L-imputat ammetta u il-Qorti ordnatlu jħallas multa ta' €250 u ordnat il-konfiska tal-materjal in kwistjoni liema materjal ġie eventwalment distrutt.
Jista’ l-Ministru jgħid minn fejn irriżulta lill-Pulizija li kien inxtara l-logħob tan-nar illegali (blalen/murtali) li nstab fil-pussess tal-individwu li d-dettalji dwaru ingħataw separatament fil-mistoqsija parlamentari 6826 f’Ħaż-Żebbuġ fit-30 ta’ Diċembru 2013? Hu veru li dan in-nar kellu jinħaraq fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-aħħar tas-sena fil-Belt Valletta?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li waqt l-investigazzjonijiet li saru mil-Pulizija, il-persuna msemmija fil-mistoqsija parlamentari kien ammetta li kien hu stess li ħadem il-logħob tan-nar illegali fl-istess kamra fejn in-nar kien instab, u l-ebda persuna oħra ma’ forniet dan il-logħob tan-nar lilu. Dan il-logħob tan-nar kien se jkun parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-laħħar tas-sena fil-Belt Valletta. Kif diġà spjegajt fil-mistoqsija parlamentari 7023 dan il-każ ġie konkluż u n-nar illegali nħaraq fil-preżenza tal-Armata u l-Pulizija.
Kontijiet tal-dawl mhux imħallsa – qtugħ fil-provvista
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5106 u jgħid kemm-il konsumatur inqatgħatlu l-provvista tal-elettriku minn Marzu 2013 ’l hawn minħabba kontijiet mhux imħallsa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li kien hemm 1,662 (elf, sitt mija, tnejn u sittin) kont li l-provvista tal-elettriku tagħhom ġiet maqtugħa minħabba kontijiet mhux imħallsa.
Jista' l-Ministru jgħid meta se titkompla ċ-ċerimonja taċ-changing of the guards quddiem il-Palazz il-Belt, li meta twaqqfet f'Marzu 2014, kien intqal li kienet ġiet sospiża temporanjament?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-ċerimonja taċ-Changing of the Guards se titkompla mill-aktar fiss possibli, meta jkun hemm skwadra mħarrġa tajba u biżżejjed sabiex tagħmel dan ix-xogħol li ikun segwit minn numru ta’ turisti minn madwar id-dinja kollha.
Ta’ min wieħed jinnota li minn mindu ġiet sospiża ċ-Changing of the Guards, l-Armata żdiditilha numru ta’ commitments oħra f’diversi oqsma sabiex tissaħaħ is-sigurtà ta’ pajjiżna. Din iż-żieda qed tiġi indirizzata billi nżidu r-riżorsi umani, minn Marzu 2013, infatti daħħlu 230 membru ġdid fil-Forzi Armati ta’ Malta.